Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 14 ta' Marzu 2017 - Strasburgu

PRESIDENZA: Antonio TAJANI
President

5. Avviż mill-Presidenza
CRE

°
° ° °

Interventi ta': William (The Earl of) Dartmouth, Jo Leinen, Anna Maria Corazza Bildt u Ana Gomes.

°
° ° °

Bi qbil mal-Artikolu 166 tar-Regoli ta' Proċedura, il-President iddeċieda li jimponi sanzjoni kontra Janusz Korwin-Mikke minħabba r-rimarki inaċċettabbli tiegħu dwar in-nisa matul is-seduta tal-1 ta' Marzu 2017. Il-President ikkonstata li dawn ir-rimarki jikkostitwixxu ksur tal-prinċipji definiti fl-Artikolu 11 tar-Regoli ta' Proċedura.

Wara li ħa nota tal-osservazzjonijiet bil-miktub ippreżentati minn Janusz Korwin-Mikke, il-President iddeċieda li jimponilu sanzjoni li tikkonsisti, l-ewwel nett, fit-telf tad-dritt għall-allowance tas-sussistenza għall-perjodu ta' 30 jum, it-tieni nett, u mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju tad-dritt tal-vot fis-seduta plenarja, f'sospensjoni tal-parteċipazzjoni fl-attivitajiet kollha tal-Parlament u tal-korpi tiegħu, għall-perjodu ta' 10 ijiem konsekuttivi li matulhom jiltaqgħu l-Parlament jew kwalunkwe wieħed mill-korpi, kumitati jew delegazzjonijiet tiegħu, li jibda jgħodd mill-14 ta' Marzu 2017, u t-tielet nett, fil-projbizzjoni li jirrappreżenta lill-Parlament f'delegazzjoni interparlamentari, f'konferenza interparlamentari jew fi kwalunkwe forum interistituzzjonali, għall-perjodu ta' sena, li jibda jgħodd mill-14 ta' Marzu 2017. Id-deċiżjoni ġiet innotifikata lill-persuna kkonċernata.

Avviż legali - Politika tal-privatezza