Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 15 ta' Marzu 2017 - Strasburgu

3. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura)

Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tal-aċidu fosforiku, tal-fosfati, tad-difosfati, tat-trifosfati u tal-polifosfati (E 338-452) f’ċerti preparati tal-laħam (D048361/03 - 2017/2587(RPS) - skadenza: 3 ta' Mejju 2017)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tal-butan (E 943a), l-isobutan (E 943b) u l-propan (E 944) fil-preparati tal-kulur (D048363/04 - 2017/2604(RPS) - skadenza: 10 ta' Mejju 2017)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-użu tan-nitriti (E 249 – 250) fil-golonka peklowana (D048366/03 - 2017/2592(RPS) - skadenza: 4 ta' Mejju 2017)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livell massimu ta’ ċjanur tal-idroġenu fil-lewż tal-berquq mhux ipproċessat sħiħ, mitħun, ikkrekkjat u imqatta’, imqiegħed fis-suq għall-konsumatur finali (D048376/04 - 2017/2590(RPS) - skadenza: 4 ta' Ġunju 2017)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 68/2013 dwar il-Katalgu tal-materjali tal-għalf (D048781/02 - 2017/2584(RPS) - skadenza: 2 ta' Ġunju 2017)
irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI

- Regolament tal-Kummissjoni li jagħmel il-korrezzjonijiet għall-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bil-Finlandiż, bil-Ġermaniż, bil-Portugiż u bl-Ispanjol, tar-Regolament (UE) Nru 432/2012, li jistabbilixxi lista ta’ indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (D049950/01 - 2017/2607(RPS) - skadenza: 10 ta' Ġunju 2017)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
opinjoni: JURI, IMCO

Avviż legali - Politika tal-privatezza