4. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)
L-abbozzi ta' atti delegati ntbagħtu lill-Parlament:
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/117 li jistabbilixxi miżuri ta' konservazzjoni tas-sajd għall-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar fil-Baħar Baltiku u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) 2015/1778 (C(2017)01249 - 2017/2588(DEA)) Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-2 ta' Marzu 2017 Irriferut lill-kumitat responsabbli: PECH
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (C(2017)01324 - 2017/2589(DEA)) Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-2 ta' Marzu 2017 Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/921 fir-rigward tar-riallokazzjoni ta’ kwantitajiet mhux użati nnotifikati skont l-Artikolu2(4) ta’ dak ir-Regolament (C(2017)01373 - 2017/2591(DEA)) Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-3 ta' Marzu 2017 Irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) billi jistabbilixxi standards tekniċi regolatorji dwar il preżentazzjoni, il-kontenut, ir-rieżami u r-reviżjoni tad-dokumenti bl-informazzjoni ewlenija u l-kundizzjonijiet biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit li jiġu pprovduti dawn id-dokumenti (C(2017)01473 - 2017/2602(DEA)) Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-8 ta' Marzu 2017 Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
- Direttiva Delegata tal-Kummissjoni li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għall-kadmju u għaċ-ċomb fil-ħġieġ li jiffiltra u fil-ħġieġ użat għall-istandards tar-riflettanza (C(2017)01518 - 2017/2609(DEA)) Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-13 ta' Marzu 2017 Irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Direttiva Delegata tal-Kummissjoni li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-AnnessIII tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb f'ċilindri ta' ġewwa u ta' barra tal-bearings għal ċerti kompressuri li jkun fihom refriġerant (C(2017)01521 - 2017/2613(DEA)) Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-13 ta' Marzu 2017 Irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-penali li jridu jiġu applikati f’dawk is-setturi u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (C(2017)01528 - 2017/2610(DEA)) Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-13 ta' Marzu 2017 Irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI