9.1. Ftehim Brażil-UE: modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tal-Kroazja matul l-adeżjoni tagħha *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Kroazja matul l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea [13037/2016 - C8-0490/2016 - 2016/0307(NLE)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra (A8-0052/2017)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)