Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
Il-Ħamis, 16 ta' Marzu 2017 - Strasburgu

PRESIDENZA: Ioan Mircea PAŞCU
Viċi President

5. Avviż mill-Presidenza
Rapporti Verbatim

Interventi ta': António Marinho e Pinto, biex ifakkru d-39 anniversarju mill-ħtif tal-bniedem politiku Taljan Aldo Moro, li nqatel mill-Brigate Rosse fid-9 ta' Mejju 1978, u Olaf Stuger, dwar id-dikjarazzjonijiet tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Tork rigward ir-riżultati tal-elezzjonijiet leġiżlattivi fin-Netherlands (il-President ħa nota ta' dan).

°
° ° °

Il-President ikkomunika li l-Konferenza tal-Presidenti approvat it-talba tal-Kumitat ta' Inkjesta inkarigat mill-eżami tal-allegazzjonijiet ta' ksur u ta' amministrazzjoni ħażina fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-ħasil tal-flus, tal-evażjoni tat-taxxa u tal-frodi, bil-għan tiġi estiża l-validità tal-mandat tiegħu bi tliet xhur.

Din l-estensjoni hija neċessarja sabiex il-kumitat ikun jista' jwettaq għal kollox u korrettament il-mandat tiegħu, hekk kif kien adottat mill-Parlament fit-8 ta' Ġunju 2016, billi jitqies in-numru ta' dokumenti li għad iridu jiġu eżaminati, l-analiżi meħtieġa, kif ukoll il-partijiet ikkonċernati differenti li għad iridu jinstemgħu.

Il-Parlament qabel ma' din l-estensjoni.

Avviż legali - Politika tal-privatezza