Il-President esprima l-kondoljanzi tal-Parlament lill-poplu Kolombjan u lill-familji tal-vittmi tal-valanga tat-tajn li laqtet lill-belt ta' Mocoa fit-2 ta' April 2017.
Il-President esprima l-kondoljanzi tal-Parlament lill-poplu Russu u lill-familji tal-vittmi tal-attentat f'San Pietruburgu li seħħ illum it-3 ta' April 2017.
° ° ° °
Il-President iddispjaċih għad-deċiżjoni tal-President tal-Grupp tal-Euro Jeroen Dijsselbloem li ma jipparteċipax fid-dibattitu tal-għada dwar is-sitwazzjoni attwali tat-tieni rieżami tal-programm ta' aġġustament ekonomiku għall-Greċja (punt 88 tal-PDOJ).