B'konformità mal-Artikolu 166 tar-Regoli ta' Proċedura u wara li sema' lill-Membri kkonċernati, il-President iddeċieda li jimponi sanzjoni fuq Piernicola Pedicini talli uża lingwaġġ offensiv fir-rigward ta' Membri oħrajn matul l-intervent tiegħu fil-plenearja tal-14 ta' Marzu 2017. Is-sanzjoni tinvolvi t-telf tad-dritt għal kumpens ta' sussistenza għal perjodu ta' jumejn. Id-deċiżjoni ġiet innotifikata lill-Membru kkonċernat.