Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 5 ta' April 2017 - Strasburgu

5. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura)

Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda d-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-siliċju organiku (monometilsilanetrijol) u l-oligosakkaridi tal-kalċju fosforil (POs-Ca®) miżjuda mal-ikel u użati fil-manifattura ta’ supplimenti tal-ikel (D049176/01 - 2017/2630(RPS) - skadenza: l-24 ta' Ġunju 2017)
irriferut lill-kumitat responsabbli ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jirrifjuta l-awtorizzazzjoni ta’ ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa mogħtija fuq l-ikel, minbarra dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (D049265/01 - 2017/2631(RPS) - skadenza: l-24 ta' Ġunju 2017)
irriferut lill-kumitat responsabbli ENVI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)
opinjoni: IMCO (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament tal-Kummissjoni li jirrifjuta l-awtorizzazzjoni ta’ ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa mogħtija fuq l-ikel, minbarra dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (D049411/01 - 2017/2632(RPS) - skadenza: l-24 ta' Ġunju 2017)
irriferut lill-kumitat responsabbli ENVI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)
opinjoni: IMCO (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament tal-Kummissjoni li ma jagħtix kunsens li tiġi awtorizzata indikazzjoni dwar is-saħħa li tirrigwarda l-ikel, għajr indikazzjonijiet li jirreferu għal tnaqqis ta' riskju ta' mard u ta' riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal (D049412/01 - 2017/2633(RPS) - skadenza: l-24 ta' Ġunju 2017)
irriferut lill-kumitat responsabbli ENVI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)
opinjoni: JURI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura), IMCO (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-benżovindiflupir, għall-klorantraniliprol, għad-deltametrin, għall-etofumesat, għall-alossifop, għall-iżolat Ħafif VC1 tal-Virus tal-Mużajk tal-Pepino, għall-iżolat Ħafif VX1 tal-Virus tal-Mużajk tal-Pepino, għall-oksatijapiprolin, għall-pentijopirad, għall-piraklostrobin, għall-ispirotetramat, għaż-żejt tal-ġirasol, għat-tolklofos-metil u għat-trineksapak f’ċerti prodotti jew fuqhom (D049578/02 - 2017/2650(RPS) - skadenza: l-1 ta' Ġunju 2017)
irriferut lill-kumitat responsabbli ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għal fluwopiram, eżakloroċikloeżan (HCH), alfa-isomeru, eżakloroċikloeżan (HCH), beta-isomeru, eżakloroċikloeżan (HCH), somma ta’ isomeri, għajr il-gamma-isomeru, lindan (eżakloroċikloeżan (HCH), gamma-isomeru), nikotina u profenofos f’ċerti prodotti jew fuqhom (D049581/03 - 2017/2639(RPS) - skadenza: it-28 ta' Mejju 2017)
irriferut lill-kumitat responsabbli ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għat-triċiklażol f’ċerti prodotti jew fuqhom (D049627/02 - 2017/2638(RPS) - skadenza: it-28 ta' Mejju 2017)
irriferut lill-kumitat responsabbli ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II u III għar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livell massimu ta’ residwi għad-dimetoat u l-ometoat f’ċerti prodotti jew fuqhom (D049632/02 - 2017/2637(RPS) - skadenza: it-28 ta' Mejju 2017)
irriferut lill-kumitat responsabbli ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (D049872/01 - 2017/2616(RPS) - skadenza: is-17 ta' Ġunju 2017)
irriferut lill-kumitat responsabbli ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (D049873/01 - 2017/2619(RPS) - skadenza: is-17 ta' Ġunju 2017)
irriferut lill-kumitat responsabbli ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda [l-Appendiċijiet tal-] Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) fir-rigward tas-sustanzi CMR (D049962/02 - 2017/2640(RPS) - skadenza: it-28 ta' Ġunju 2017)
irriferut lill-kumitat responsabbli ENVI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)
opinjoni: ITRE (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura), IMCO (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (D049972/02 - 2017/2627(RPS) - skadenza: it-23 ta' Ġunju 2017)
irriferut lill-kumitat responsabbli ENVI

Avviż legali - Politika tal-privatezza