9. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)
L-abbozzi ta' atti delegati ntbagħtu lill-Parlament:
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista ta’ sustanzi li jistgħu jiġu miżjuda ma’ ikel proċessat biċ-ċereali u ikel tat-trabi u ma’ ikel għal skopijiet mediċi speċjali (C(2017)02255 - 2017/2661(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-10 ta' April 2017
irriferut lill-kumitat responsabbli ENVI
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) 2015/98 dwar l-implimentazzjoni tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu15(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, taħt il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku u tal-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura dwar is-Sajd fil-Majjistral tal-Atlantiku (C(2017)02358 - 2017/2664(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-18 ta' April 2017
irriferut lill-kumitat responsabbli PECH
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-iskali tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni ta' karkassi taċ-ċanga, tal-majjal u tan-nagħaġ u dwar ir-rapportar tal-prezzijiet tas-suq ta' ċerti kategoriji ta' karkassi u annimali ħajjin (C(2017)02411 - 2017/2666(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-20 ta' April 2017
irriferut lill-kumitat responsabbli AGRI
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali ta’ appoġġ għall-produtturi ta' ċertu frott (C(2017)02416 - 2017/2667(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-20 ta' April 2017
irriferut lill-kumitat responsabbli AGRI
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifiki lill-Kummissjoni ta’ informazzjoni u dokumenti (C(2017)02417 - 2017/2668(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-20 April 2017
irriferut lill-kumitat responsabbli AGRI
Abbozz ta' att delegat li għalih it-terminu għall-oġġezzjonijiet ġie prorogat:
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/118 li jistabbilixxi l-miżuri ta’ konservazzjoni fis-sajd għall-protezzjoni tal-ambjent marittimu fil-Baħar tat-Tramuntana (C(2017)01162 – 2017/2580(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-24 ta' Frar 2017
Proroga tat-terminu għal oġġezzjoni: xahrejn fuq talba tal-Parlament
irriferut lill-kumitat responsabbli PECH
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/117 li jistabbilixxi miżuri ta' konservazzjoni tas-sajd għall-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar fil-Baħar Baltiku u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) 2015/1778 (C(2017)01249 – 2017/2588(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-2 ta' Marzu 2017
Proroga tat-terminu għal oġġezzjoni: xahrejn fuq talba tal-Parlament
irriferut lill-kumitat responsabbli PECH
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/1675 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tat-tħassir tal-Guyana mit-tabella fil-punt I tal-Anness u ż-żieda tal-Etjopja f’dik it-tabella (C(2017)01951 – 2017/2634(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment tal-24 ta' Marzu 2017
Proroga tat-terminu għal oġġezzjoni: xahar fuq talba tal-Parlament