Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 26 ta' April 2017 - Brussell

13. Ordni tal-ħidma
CRE

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' ta' April II 2017 (PE 603.274/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 149a tar-Regoli ta' Proċedura):

L-Erbgħa

Wara konsultazzjonijiet mal-gruppi politiċi, il-President ippropona li l-abbozz finali tal-aġenda jiġi mmodifikat kif ġej :

- It-tieni u t-tielet punti tal-aġenda se jinqalbu sabiex id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-"Deċiżjoni adottata dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-inizjattiva tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata"(Punt 14 tal-PDOJ) tkun it-tieni punt wara d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Is-sitwazzjoni fl-Ungerija" (point 103 tal-PDOJ).

Il-Parlament laqa' din it-talba għal modifika.

- Talba tal-Grupp S&D biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Is-sitwazzjoni fl-Ungerija" (punt 103 tal-PDOJ) bit-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li se jkunu vvutati fis-sessjoni ta' Mejju I.

Interventi ta': Gianni Pittella f'isem il-Grupp S&D, li ġġustifika t-talba, Marek Jurek, kontra t-talba, u Marie-Christine Vergiat li talbet li tintbagħat missjoni fl-Ungerija (Il-President għarraf li l-assemblea kienet se tiddiskuti biss l-aġenda).

It-talba tal-Grupp S&D ġiet approvata.

- Talba tal-Grupp ENF biex tiddaħħal fl-aġenda "Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà" dwar is-sitwazzjoni tal-Kopti fl-Eġittu, wara d-dibattitu dwar "Is-sitwazzjoni attwali fit-Turkija, b'mod partikolari fir-rigward tar-referendum kostituzzjonali" (punt 36 tal-PDOJ). Id-dibattitu dwar ir-rapport Mircea Diaconu (A8-0340/2016) dwar is-"Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali" se jitressaq għas-sessjoni ta' Mejju I.

Interventi ta': Franz Obermayr f'isem il-Grupp ENF, li ġġustifika t-talba, Cristian Dan Preda li ppropona li dan id-dibattitu jikkonċerna s-sitwazzjoni tal-Insara fir-reġjun kollu tal-Lvant Nofsani u għandu jseħħ waqt is-sessjoni ta' Mejju I, Franz Obermayr li kkonferma t-talba tal-Grupp tiegħu, Peter van Dalen u Victor Boştinaru.

B'VSI (101 favur, 300 kontra, 30 astensjoni), il-Parlament ċaħad it-talba.

Il-President ippreċiża li l-Konferenza tal-Presidenti kienet se tiddeċiedi dwar jekk iddaħħalx dan is-suġġett fl-aġenda tas-sessjoni ta' Mejju I. Huwa impenja ruħu li kien se jgħarraf lill-Gran Mufti tal-Eġittu – fil-laqgħa tiegħu miegħu tal-għada - dwar il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew li hija dik tat-tolleranza u tad-djalogu bejn ir-reliġjonijiet.

Il-Ħamis

Il-President għarraf li r-rapport ta' Gilles Lebreton dwar it-"Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' António Marinho e Pinto" (A8-0163/2017) u l-oġġezzjoni dwar ir-"Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika sistema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati" se jiddaħħlu fil-ħin tal-votazzjonijiet.

°
° ° °

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

Avviż legali - Politika tal-privatezza