Indiċi 
Minuti
PDF 238kWORD 76k
It-Tnejn, 15 ta' Mejju 2017 - Strasburgu
1.Tkomplija tas-sessjoni
 2.Dikjarazzjoni tal-Presidenza
 3.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduti preċedenti
 4.Kompożizzjoni tal-gruppi politiċi
 5.Kompożizzjoni tal-kumitati
 6.Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (approvazzjoni) (Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura)
 7.Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura)
 8.Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)
 9.Interpellanzi maġġuri (Artikolu 130b tar-Regoli ta' Proċedura) (tressiq)
 10.Dokumenti mressqa
 11.Mistoqsijiet orali għal tweġiba orali (tressiq)
 12.Trażmissjoni ta' testi ta' ftehimiet mill-Kunsill
 13.Azzjonijiet meħuda dwar ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
 14.Ordni tal-ħidma
 15.Rapport Annwali 2015 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE – Ġlieda kontra l-frodi (dibattitu)
 16.Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja (dibattitu)
 17.L-effiċjenza fir-riżorsi: tnaqqis tal-ħela tal-ikel, titjib tas-sikurezza alimentari (dibattitu)
 18.L-evalwazzjoni tal-aspetti esterni tal-prestazzjoni u l-ġestjoni doganali bħala għodda biex jiġi ffaċilitat il-kummerċ u jiġi miġġieled il-kummerċ illeċitu (dibattitu)
 19.Il-pjan ta' azzjoni 2016-2020 tal-UE dwar gvern elettroniku (preżentazzjoni qasira)
 20.Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
 21.L-aġenda tas-seduta li jmiss
 22.Għeluq tas-seduta
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA


PRESIDENZA: Antonio TAJANI
President

1. Tkomplija tas-sessjoni

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 17.00.


2. Dikjarazzjoni tal-Presidenza

Il-President għamel dikjarazzjoni fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Familja. Issottolinja li l-Parlament dejjem stinka favur rikonċiljazzjoni aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja u se jibqa' jagħmel dan.

°
° ° °

Interventi ta':

—   Peter Lundgren dwar il-parteċipazzjoni ta' Marita Ulvskog f'dimostrazzjoni quddiem l-Emiċiklu fi Brussell;

—   Rosa D'Amato dwar l-imblukkar fil-Kunsill ta' deċiżjoni dwar l-għajnuna lir-reġjuni Taljani milquta mit-terremoti (il-President fakkarha fil-pożizzjoni tal-Parlament);

—   James Carver dwar l-intervent tiegħu rigward id-diskors ta' Konstantinos Papadakis dwar Iżrael (punt 15 tal-Minuti ta' 14.2.2017) u staqsa għalfejn il-Bureau ma ħax pożizzjoni (il-President wieġbu illi jqis li m'għandux jiċċensura d-dibattitu politiku diment li dan jirrispetta l-valuri tal-Unjoni u li d-diskors li jsir ma jonqos mir-rispett lejn ħadd);

—   Lefteris Christoforou dwar it-tensjonijiet ikkawżati mit-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran.


3. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduti preċedenti

Il-Minuti tas-seduti tad-dati 26 ta' April 2017 u 27 ta' April 2017 ġew approvati.


4. Kompożizzjoni tal-gruppi politiċi

Renato Soru ser jingħaqad mal-grupp S&D sa mis-16 ta' Mejju 2017.


5. Kompożizzjoni tal-kumitati

Il-President irċieva mis-Segretarjat tal-Membri mhux affiljati t-talba ta' ħatra li ġejja:

Kumitat IMCO: Steven Woolfe minflok Renato Soru

Din il-ħatra se titqies ratifikata jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.


6. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (approvazzjoni) (Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar li ma rċieva l-ebda talba dwar id-deċiżjonijiet rigward dħul f'negozjati interistituzzjonali mħabbra fil-Minuti tal-Erbgħa 26 ta' April 2017 (punt 7 tal-Minuti tas-26.4.2017).

Il-Kumitati TRAN, AFET, DEVE, BUDG u ECON, għaldaqstant, setgħu jibdew in-negozjati wara li għaddiet l-iskadenza stipulata fl-Artikolu 69c(2) tar-Regoli ta' Proċedura.


7. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar id-deċiżjonijiet ta' diversi Kumitati biex jidħlu f'negozjati interistituzzjonali, bi qbil mal-Artikolu 69c(1) tar-Regoli ta' Proċedura:

—   Kumitat CULT, abbażi tar-rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva fid-dawl tar-realtajiet tas-suq li qed jinbidlu (COM(2016)0287 – C8-0193/2016 – 2016/0151(COD))
Rapporteurs: Petra Kammerevert u Sabine Verheyen (A8-0192/2017)

—   Kumitat ITRE, abbażi tar-rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 fejn tidħol il-promozzjoni tal-konnettività tal-internet fil-komunitajiet lokali (COM(2016)0589 – C8-0378/2016 – 2016/0287(COD))
Rapporteur: Carlos Zorrinho (A8-0181/2017)

—   Kumitat IMCO, abbażi tar-rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku u forom oħrajn ta' diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-konsumaturi fi ħdan is-suq intern u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (COM(2016)0289 – C8-0192/2016 - 2016/0152(COD))
Rapporteur: Róża Gräfin von Thun und Hohenstein (A8-0172/2017)

—   Kumitat PECH, abbażi tar-rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-miżuri ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll li japplikaw fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1936/2001, (KE) Nru 1984/2003 u (KE) Nru 520/2007 (COM(2016)0401 – C8-0224/2016 – 2016/0187(COD))
Rapporteur: Gabriel Mato (A8-0173/2017)

—   Kumitat LIBE, abbażi tar-rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni) (COM(2016)0465 – C8-0323/2016 – 2016/0222(COD))
Rapporteur: Sophia in 't Veld (A8-0186/2017)

—   Kumitat INTA, abbażi tar-rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Moldova (COM(2017)0014 – C8-0016/2017 - 2017/0007(COD))
Rapporteur: Sorin Moisă (A8-0185/2017)

Bi qbil mal-Artikolu 69c(2) tar-Regoli ta' Proċedura, Membri jew grupp(i) politiku/ċi li jilħqu tal-inqas il-limitu medju jistgħu jitolbu bil-miktub, qabel nofs-il lejl ta' għada, it-Tlieta 16 ta' Mejju 2017, li deċiżjoni ta' kumitat li jkun se tidħol f'negozjati titqiegħed għall-votazzjoni.


8. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa 17 ta' Mejju 2017 se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 258/2014 dwar l-istabbiliment ta' Programm tal-Unjoni għas-sostenn ta' attivitajiet speċifiċi fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u l-awditjar għall perijodu 2014-2020 (00017/2017/LEX - C8-0156/2017 - 2016/0110(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' programm tal-Unjoni biex jappoġġa attivitajiet speċifiċi li jsaħħu l-involviment tal-konsumaturi u utenti aħħarin oħrajn tas-servizzi finanzjarji fit-tfassil tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji għall-perjodu 2017-2020 (00016/2017/LEX - C8-0155/2017 - 2016/0182(COD))

- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali (2018) (00010/2017/LEX - C8-0154/2017 - 2016/0259(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali għall-perijodu mill-2017 sal-2020 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 1305/2013 (00008/2017/LEX - C8-0153/2017 - 2015/0263(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa (L-Ukrajna) (00013/2017/LEX - C8-0152/2017 - 2016/0125(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-merkurju, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1102/2008 (00004/2017/LEX - C8-0151/2017 - 2016/0023(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 531/2012 fir-rigward tar-regoli għas-swieq tar-roaming bl-ingrossa (00007/2017/LEX - C8-0149/2017 - 2016/0185(COD))

- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tal-banda ta’ frekwenzi 470–790 MHz fl-Unjoni (00005/2017/LEX - C8-0148/2017 - 2016/0027(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta' armi (00062/2016/LEX - C8-0146/2017 - 2015/0269(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' qafas tal-Unjoni għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta' data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 (riformulazzjoni) (00006/2017/LEX - C8-0145/2017 - 2015/0133(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2007/36/KE rigward l-inkoraġġiment ta' involviment fit-tul tal-azzjonisti (00002/2017/LEX - C8-0139/2017 - 2014/0121(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista għall-importaturi tal-Unjoni ta’ landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u ta’ riskju għoli (00060/2016/LEX - C8-0138/2017 - 2014/0059(COD)).


9. Interpellanzi maġġuri (Artikolu 130b tar-Regoli ta' Proċedura) (tressiq)

L-interpellanza maġġuri għal tweġiba bil-miktub b'dibattitu tqiegħdet fuq il-Mejda (Artikolu 130b tar-Regoli ta' Proċedura)

- (O-000019/2017) imressqa minn Dubravka Šuica, Franc Bogovič, Daniel Buda, Pál Csáky, Andor Deli, György Hölvényi, Marijana Petir, Ivan Štefanec, Patricija Šulin, Alojz Peterle, Marian-Jean Marinescu, Miroslav Mikolášik, Ivana Maletić, Milan Zver, Tomáš Zdechovský, Inese Vaidere, Traian Ungureanu, Željana Zovko, Eduard Kukan, Krišjānis Kariņš, Ivica Tolić, Romana Tomc, Dariusz Rosati, Artis Pabriks, Adam Szejnfeld, Renate Sommer, Pavel Svoboda, Michaela Šojdrová, Iuliu Winkler, Zigmantas Balčytis, Nicola Caputo, Doru-Claudian Frunzulică, Georgi Pirinski, Monika Smolková, Olga Sehnalová, Biljana Borzan, Tonino Picula, Anna Elżbieta Fotyga, Ruža Tomašić, Monica Macovei, Jana Žitňanská, Georgios Epitideios, Ivan Jakovčić, Ivo Vajgl, Merja Kyllönen u Julia Pitera, lill-Kummissjoni: Differenzi fid-dikjarazzjonijiet, il-kompożizzjoni u t-togħma tal-prodotti fis-swieq Ċentrali/tal-Lvant u tal-Punent tal-UE (2017/2676(RSP)) (B8-0220/2017)


10. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni

- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE (COM(2017)0253 - C8-0137/2017 - 2017/0085(COD))
F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

EMPL

opinjoni :

FEMM, JURI

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-aċċettazzjoni f'isem l-Unjoni Ewropea ta' Emenda lill-Protokoll tal-1999 għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfini tal-Arja Fuq Distanza Twila Sabiex Jitnaqqsu l-Aċidifikazzjoni, l-Ewtrofikazzjoni u l-Ożonu Troposferiku (07524/2017 - C8-0143/2017 - 2013/0448(NLE))

irriferut

responsabbli :

ENVI

opinjoni :

ITRE

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar il-kummerċ ta' prodotti organiċi (05530/2017 - C8-0144/2017 - 2016/0383(NLE))

irriferut

responsabbli :

INTA

opinjoni :

AFET, AGRI

2) mill-kumitati parlamentari, rapporti

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Mongolja, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (09264/2016 - C8-0455/2016 - 2015/0113(NLE)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Helmut Scholz (A8-0074/2017)

- Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea (2015/2059(INI)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Adam Szejnfeld (A8-0123/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 480/2009 li jistabbilixxi Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni (COM(2016)0582 - C8-0374/2016 - 2016/0274(COD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Eider Gardiazabal Rubial (A8-0132/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament li jappoġġaw proġetti ta' investiment barra mill-Unjoni Ewropea (COM(2016)0583 - C8-0376/2016 - 2016/0275(COD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Eider Gardiazabal Rubial (A8-0135/2017)

- Rapport dwar it-taħlita ta' finanzjament it-tajba għar-reġjuni tal-Ewropa: ibbilanċjar tal-istrumenti u l-għotjiet finanzjarji fil-politika ta' koeżjoni tal-UE (2016/2302(INI)) - Kumitat REGI - Rapporteur: Andrey Novakov (A8-0139/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-2017, billi jestendih għall-2018-2020 (COM(2016)0557 - C8-0367/2016 - 2016/0265(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Roberto Gualtieri (A8-0158/2017)

- Rapport dwar ir-Rapport Annwali 2015 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE – Ġlieda kontra l-frodi (2016/2097(INI)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Julia Pitera (A8-0159/2017)

- Rapport dwar l-evalwazzjoni tal-aspetti esterni tal-prestazzjoni u l-ġestjoni doganali bħala għodda biex jiġi ffaċilitat il-kummerċ u jiġi miġġieled il-kummerċ illeċitu (2016/2075(INI)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Tiziana Beghin (A8-0162/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sistema ta' spezzjonijiet għall-operazzjoni bla periklu ta' laneċ ro-ro u bċejjeċ tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri f'servizz regolari u li temenda d-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE (COM(2016)0371 - C8-0210/2016 - 2016/0172(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Dominique Riquet (A8-0165/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/45/KE dwar regoli u standards ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (COM(2016)0369 - C8-0208/2016 - 2016/0170(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Daniela Aiuto (A8-0167/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE dwar ir-reġistrazzjoni ta' persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet tal-Istati Membri tal-Komunità u li temenda d-Direttiva 2010/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-formalitajiet ta' rappurtar għal bastimenti li jaslu fi u/jew jitilqu minn portijiet tal-Istati Membri (COM(2016)0370 - C8-0209/2016 - 2016/0171(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Izaskun Bilbao Barandica (A8-0168/2017)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (13824/2016 - C8-0527/2016 - 2016/0311(NLE)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Cristian Dan Preda (A8-0169/2017)

- * Rapport dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi fil-Kroazja (05318/2017 - C8-0033/2017 - 2017/0801(CNS)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Claude Moraes (A8-0171/2017)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar regoli supplementari fir-rigward tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu 2014 sa 2020 (13710/2016 - C8-0005/2017 - 2016/0322(NLE)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Tomáš Zdechovský (A8-0174/2017)

- Rapport dwar l-inizjattiva dwar l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi: innaqqsu l-ħela tal-ikel, intejbu s-sikurezza tal-ikel (2016/2223(INI)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Biljana Borzan (A8-0175/2017)

- Rapport dwar FinTech: l-influwenza tat-teknoloġija fuq il-futur tas-settur finanzjarju (2016/2243(INI)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Cora van Nieuwenhuizen (A8-0176/2017)

- Rapport dwar pjan ta' azzjoni 2016-2020 tal-UE dwar gvern elettroniku (COM(2016)0179 - 2016/2273(INI)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Sabine Verheyen (A8-0178/2017)

- Rapport on future perspectives for Technical Assistance in Cohesion Policy (2016/2303(INI)) - Kumitat REGI - Rapporteur: Ruža Tomašić (A8-0180/2017)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Kumitat Konsultattiv Internazzjonali dwar il-Qoton (ICAC) (15540/2016 - C8-0024/2017 - 2016/0349(NLE)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Fernando Ruas (A8-0187/2017)

- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni ppreżentata mill-Finlandja - FEG/2016/008 FI/Nokia Network Systems) (COM(2017)0157 - C8-0131/2017 - 2017/2058(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Petri Sarvamaa (A8-0196/2017)


11. Mistoqsijiet orali għal tweġiba orali (tressiq)

Il-mistoqsijiet orali għal tweġiba orali li ġejjin tressqu mill-Membri (Artikolu 128 tar-Regoli ta' Proċedura):

—   (O-000023/2017) imressqa minn Bernd Lange, f'isem il-Kumitat INTA, lill-Kummissjoni: Iż-żieda fid-dazji imposti fin-Norveġja fuq prodotti agrikoli/in-negozjati riċenti dwar il-protokoll dwar il-kummerċ tal-ħut (2016/0052(NLE)) (2017/2618(RSP)) (B8-0215/2017);

—   (O-000037/2017) imressqa minn Bernd Lange u Sajjad Karim, f'isem il-Kumitat INTA, lill-Kummissjoni: dwar is-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tal-Patt dwar is-Sostenibbiltà fil-Bangladesh (2017/2636(RSP)) (B8-0217/2017);

—   (O-000038/2017) imressqa minn Thomas Händel, f'isem il-Kumitat EMPL, lill-Kummissjoni: Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja (2016/2798(RSP)) (B8-0218/2017);

—   (O-000039/2017) imressqa minn Soraya Post, Tanja Fajon, Elena Valenciano, Knut Fleckenstein, Pier Antonio Panzeri, f'isem il-Grupp S&D, Ulrike Lunacek, Rebecca Harms, Heidi Hautala, f'isem il-Grupp Verts/ALE, Dennis de Jong, Malin Björk, Eleonora Forenza, Marisa Matias, Helmut Scholz, Stefan Eck, Cornelia Ernst, Merja Kyllönen, Rina Ronja Kari, Marina Albiol Guzmán, Gabriele Zimmer, f'isem il-Grupp GUE/NGL, Marietje Schaake, f'isem il-Grupp ALDE, Ian Duncan, f'isem il-Grupp ECR, lill-Kummissjoni (Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà): Implimentazzjoni tal-Linji Gwida tal-Kunsill dwar l-LGBTI, b'mod partikolari fir-rigward tal-persekuzzjoni tal-irġiel (meqjusa bħala) omosesswali fiċ-Ċeċenja, ir-Russja (2017/2688(RSP)) (B8-0219/2017).


12. Trażmissjoni ta' testi ta' ftehimiet mill-Kunsill

Il-Kunsill għadda kopji ċċertifikati tad-dokumenti li ġejjin:

—   Ftehim ta' Sħubija Ekonomika interim bejn il-Ghana, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra;

—   Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sħubija u Żvilupp bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan, min-naħa l-oħra;

—   Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea;

—   Protokoll tal-Adeżjoni mal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, biex tittieħed inkonsiderazzjoni l-adeżjoni tal-Ekwador.


13. Azzjonijiet meħuda dwar ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament

Il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward tar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjoni parzjali ta' Diċembru 2016 hija disponibbli fuq is-sit Europarl.


14. Ordni tal-ħidma

L-abbozz definittiv tal-aġenda tas-seduti plenarji tad-dati Mejju I 2017 (PE 603.781/PDOJ) tqassam. Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.


15. Rapport Annwali 2015 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE – Ġlieda kontra l-frodi (dibattitu)

Rapport dwar ir-Rapport Annwali 2015 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE – Ġlieda kontra l-frodi [2016/2097(INI)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Julia Pitera (A8-0159/2017)

Julia Pitera ippreżentat ir-rapport.

PRESIDENZA: Ioan Mircea PAŞCU
Viċi President

Intervent ta': Marianne Thyssen (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Caterina Chinnici (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat LIBE), Ingeborg Gräßle f'isem il-Grupp PPE, Inés Ayala Sender f'isem il-Grupp S&D, Notis Marias f'isem il-Grupp ECR, Nedzhmi Ali f'isem il-Grupp ALDE, Benedek Jávor f'isem il-Grupp Verts/ALE, Marco Valli f'isem il-Grupp EFDD, Barbara Kappel f'isem il-Grupp ENF, Georgios Epitideios Membru mhux affiljat, Tomáš Zdechovský, Tibor Szanyi, Bernd Kölmel, Izaskun Bilbao Barandica, Jonathan Arnott, Patricija Šulin, Maria Grapini, António Marinho e Pinto u Beatrix von Storch.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Nicola Caputo u Eleftherios Synadinos.

Interventi ta': Marianne Thyssen u Julia Pitera.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 6.6 tal-Minuti ta' 16.5.2017.


16. Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja (dibattitu)

Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000038/2017) mressqa minn Thomas Händel, f'isem il-Kumitat EMPL, lill-Kummissjoni: Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja (2016/2798(RSP)) (B8-0218/2017)

Marita Ulvskog daħal aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.

Marianne Thyssen (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb il-mistoqsija.

Intervent ta': David Casa f'isem il-Grupp PPE.

PRESIDENZA: Evelyne GEBHARDT
Viċi President

Interventi ta': Javi López f'isem il-Grupp S&D, Jana Žitňanská f'isem il-Grupp ECR, Renate Weber f'isem il-Grupp ALDE, Paloma López Bermejo f'isem il-Grupp GUE/NGL, Laura Agea f'isem il-Grupp EFDD, Dominique Martin f'isem il-Grupp ENF, Konstantinos Papadakis Membru mhux affiljat, Michaela Šojdrová, Elena Gentile, Czesław Hoc, Kostadinka Kuneva, Claude Rolin, Monika Smolková, Notis Marias, Neoklis Sylikiotis, Thomas Mann, Momchil Nekov, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Julie Ward, Romana Tomc, Verónica Lope Fontagné, Ádám Kósa u Stanislav Polčák.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Csaba Sógor, Takis Hadjigeorgiou, Milan Zver u Krzysztof Hetman.

Intervent ta': Marianne Thyssen.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 10.9 tal-Minuti ta' 17.5.2017.


17. L-effiċjenza fir-riżorsi: tnaqqis tal-ħela tal-ikel, titjib tas-sikurezza alimentari (dibattitu)

Rapport dwar inizjattiva dwar l-effiċjenza fir-riżorsi: tnaqqis tal-ħela tal-ikel, titjib tas-sikurezza alimentari [2016/2223(INI)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Biljana Borzan (A8-0175/2017)

Biljana Borzan ippreżentat ir-rapport.

Intervent ta': Vytenis Povilas Andriukaitis (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': James Nicholson (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AGRI), Angélique Delahaye f'isem il-Grupp PPE, u Miriam Dalli f'isem il-Grupp S&D.

PRESIDENZA: Ryszard CZARNECKI
Viċi President

Interventi ta': Mark Demesmaeker f'isem il-Grupp ECR, Ulrike Müller f'isem il-Grupp ALDE, Merja Kyllönen f'isem il-Grupp GUE/NGL, Davor Škrlec f'isem il-Grupp Verts/ALE, Julia Reid f'isem il-Grupp EFDD, Mireille D'Ornano f'isem il-Grupp ENF, Diane James Membru mhux affiljata, Marijana Petir, Daciana Octavia Sârbu, Julie Girling, Jan Huitema, Kateřina Konečná, Linnéa Engström, Piernicola Pedicini, Pilar Ayuso, Simona Bonafè, Bolesław G. Piecha, Anneli Jäätteenmäki, Josu Juaristi Abaunz, Michèle Rivasi, Karin Kadenbach, Jana Žitňanská, Estefanía Torres Martínez, Maria Heubuch, Andrzej Grzyb, Soledad Cabezón Ruiz, Zbigniew Kuźmiuk, Stefan Eck, Francesc Gambús, Massimo Paolucci, Ángela Vallina, Seán Kelly, Damiano Zoffoli, Jiří Pospíšil, Nicola Caputo, Stanislav Polčák, Ricardo Serrão Santos, Renate Sommer, Elena Gentile u Tibor Szanyi.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Anna Záborská u Notis Marias.

PRESIDENZA: Sylvie GUILLAUME
Viċi President

Intervent skont il-proċedura "catch the eye" ta': Georgios Epitideios, Igor Šoltes, Miroslav Mikolášik, Michaela Šojdrová u Tomáš Zdechovský.

Interventi ta': Vytenis Povilas Andriukaitis u Biljana Borzan.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 6.7 tal-Minuti ta' 16.5.2017.


18. L-evalwazzjoni tal-aspetti esterni tal-prestazzjoni u l-ġestjoni doganali bħala għodda biex jiġi ffaċilitat il-kummerċ u jiġi miġġieled il-kummerċ illeċitu (dibattitu)

Rapport dwar l-evalwazzjoni tal-aspetti esterni tal-prestazzjoni u l-ġestjoni doganali bħala għodda biex jiġi ffaċilitat il-kummerċ u jiġi miġġieled il-kummerċ illeċitu [2016/2075(INI)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Tiziana Beghin (A8-0162/2017)

Tiziana Beghin ippreżentat ir-rapport.

Intervent ta': Valdis Dombrovskis (Viċi President tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Nedzhmi Ali (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat CONT), Bendt Bendtsen f'isem il-Grupp PPE, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández f'isem il-Grupp S&D, Martina Anderson f'isem il-Grupp GUE/NGL, Bronis Ropė f'isem il-Grupp Verts/ALE, Jonathan Arnott f'isem il-Grupp EFDD, Stanislav Polčák u Maria Grapini.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Michaela Šojdrová, Nicola Caputo, Notis Marias u Ivana Maletić.

Interventi ta': Valdis Dombrovskis u Tiziana Beghin.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 6.8 tal-Minuti ta' 16.5.2017.


19. Il-pjan ta' azzjoni 2016-2020 tal-UE dwar gvern elettroniku (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar il-pjan ta' azzjoni 2016-2020 tal-UE dwar gvern elettroniku [2016/2273(INI)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Sabine Verheyen (A8-0178/2017)

Sabine Verheyen għamlet il-preżentazzjoni.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Stanislav Polčák, Julie Ward, Notis Marias, João Ferreira, Igor Šoltes, Ivana Maletić, Maria Grapini, Ruža Tomašić, Csaba Sógor, Nicola Caputo, Jiří Pospíšil u Victor Negrescu.

Intervent ta': Valdis Dombrovskis (Viċi President tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 6.5 tal-Minuti ta' 16.5.2017.


20. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika

Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura:

Tomáš Zdechovský, Javi López, Notis Marias, Jasenko Selimovic, Kostas Chrysogonos, Jordi Solé, Sotirios Zarianopoulos, Stanislav Polčák, Virginie Rozière, João Ferreira, Josep-Maria Terricabras, Jiří Pospíšil, Momchil Nekov, Xabier Benito Ziluaga, Anna Záborská, Emilian Pavel, Patrick Le Hyaric, Andrea Bocskor, Maria Grapini, Csaba Sógor, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Michaela Šojdrová u Romana Tomc.


21. L-aġenda tas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 603.781/OJMA).


22. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 22.45.

Klaus Welle

Ramón Luis Valcárcel Siso

Segretarju Ġenerali

Viċi President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Preżenti:

Adaktusson, Adinolfi, Affronte, Agea, Agnew, Aguilera García, Aiuto, Albrecht, Ali, Aliot, Anderson Lucy, Anderson Martina, Andersson, Andrieu, Andrikienė, Androulakis, Annemans, Arena, Arnautu, Arnott, Arthuis, Assis, Atkinson, Auštrevičius, Ayala Sender, Ayuso, van Baalen, Bach, Balas, Balczó, Barekov, Bashir, Batten, Bearder, Becerra Basterrechea, Becker, Beghin, Belder, Belet, Bendtsen, Benifei, Benito Ziluaga, Berès, Bettini, Bilbao Barandica, Bilde, Bizzotto, Blanco López, Blinkevičiūtė, Bocskor, Böge, Bogovič, Bonafè, Boni, Borghezio, Borrelli, Borzan, Boştinaru, Bours, Boutonnet, Bové, Boylan, Bresso, Briano, Briois, Buchner, Buda, Bullmann, Buşoi, Buzek, Cabezón Ruiz, Cadec, Calvet Chambon, van de Camp, Campbell Bannerman, Caputo, Carver, Casa, Caspary, Castaldo, Charanzová, Chauprade, Childers, Chinnici, Chountis, Christensen, Christoforou, Chrysogonos, Cicu, Ciocca, Cirio, Coburn, Coelho, Collin-Langen, Collins, Corbett, Corrao, Couso Permuy, Cramer, Cristea, Csáky, Czarnecki, Czesak, van Dalen, Dalli, Dalunde, D'Amato, Dance, Dăncilă, Danti, Dantin, De Castro, Delahaye, Deli, Delli, Delvaux, Demesmaeker, De Monte, Denanot, Deprez, Deß, Diaconu, Díaz de Mera García Consuegra, Dlabajová, Dodds, Dorfmann, D'Ornano, Duncan, Durand, Dzhambazki, Eck, Eickhout, Engel, Engström, Epitideios, Erdős, Ernst, Ertug, Estaràs Ferragut, Evans, Evi, Fajon, Federley, Ferber, Fernandes, Fernández, Ferrand, Ferrara, Ferreira, Finch, Fisas Ayxelà, Fitto, Fjellner, Flanagan, Beňová, Florenz, Fontana, Ford, Foster, Fotyga, Fountoulis, Fox, Freund, Frunzulică, Gabriel, Gahler, Gál, Gambús, García Pérez, Gardiazabal Rubial, Gardini, Gasbarra, Gebhardt, Gentile, Gerbrandy, Gericke, Geringer de Oedenberg, Gierek, Gill Neena, Girling, Giuffrida, Goerens, Gollnisch, Gomes, González Pons, Gosiewska, de Graaff, Grammatikakis, de Grandes Pascual, Grapini, Gräßle, Graswander-Hainz, Griesbeck, Griffin, Grigule-Pēterse, Grossetête, Grzyb, Gualtieri, Guerrero Salom, Guillaume, Guteland, Gutiérrez Prieto, Gyürk, Hadjigeorgiou, Halla-aho, Hannan, Harkin, Harms, Häusling, Hautala, Hayes, Hedh, Henkel, Herranz García, Hetman, Heubuch, Hoc, Hohlmeier, Hökmark, Hölvényi, Honeyball, Hortefeux, Hübner, Hudghton, Huitema, Hyusmenova, in 't Veld, Iturgaiz, Ivan, Iwaszkiewicz, Jaakonsaari, Jäätteenmäki, Jadot, Jahr, Jakovčić, Jalkh, James, Jáuregui Atondo, Jávor, Jazłowiecka, Ježek, Joly, de Jong, Jongerius, Joulaud, Juaristi Abaunz, Jurek, Kadenbach, Kaili, Kalinowski, Kallas, Kalniete, Kammerevert, Kappel, Karas, Kari, Karim, Kariņš, Karlsson, Karski, Kaufmann, Kefalogiannis, Kelam, Keller Jan, Kelly, Kłosowski, Koch, Kofod, Kohlíček, Kohn, Kölmel, Konečná, Korwin-Mikke, Kósa, Köstinger, Kouloglou, Kouroumbashev, Kovács, Kozłowska-Rajewicz, Krasnodębski, Krehl, Krupa, Kudrycka, Kukan, Kumpula-Natri, Kuneva, Kuźmiuk, Kyenge, Kyllönen, Kyrkos, Kyrtsos, Kyuchyuk, Lamassoure, Lambert, Lange, Langen, La Via, Lavrilleux, Legutko, Le Hyaric, Leinen, Lewandowski, Liberadzki, Liese, Lietz, Lins, Lochbihler, Loiseau, Løkkegaard, Lope Fontagné, López, López Aguilar, López Bermejo, Lösing, Łukacijewska, Lunacek, Lundgren, Łybacka, McAvan, McClarkin, McGuinness, Mach, McIntyre, Macovei, Maletić, Malinov, Maltese, Mamikins, Maňka, Mann, Manscour, Marcellesi, Marias, Marinescu, Marinho e Pinto, Martin Dominique, Martin Edouard, Martusciello, Marusik, Matias, Mato, Maullu, Maurel, Mavrides, Maydell, Mayer Georg, Mayer Alex, Mazuronis, Meissner, Mélin, Melior, Melo, Meszerics, Metsola, Michels, Mihaylova, Mikolášik, Millán Mon, van Miltenburg, Mizzi, Mlinar, Moi, Moisă, Molnár, Monot, Monteiro de Aguiar, Montel, Moraes, Morano, Morgano, Morin-Chartier, Müller, Mureşan, Mussolini, Nagy, Nart, Negrescu, Nekov, Neuser, Nica, Nicholson, Nicolai, Niebler, Niedermayer, Niedermüller, van Nieuwenhuizen, Nilsson, van Nistelrooij, Noichl, Novakov, Nuttall, Obermayr, Olbrycht, Omarjee, Ożóg, Pabriks, Paet, Pagazaurtundúa Ruiz, Paksas, Panzeri, Paolucci, Papadakis Demetris, Papadakis Konstantinos, Papadimoulis, Parker, Paşcu, Pavel, Pedicini, Peillon, Peterle, Petersen, Petir, Picula, Piecha, Piri, Pirinski, Pitera, Plura, Poc, Poche, Pogliese, Polčák, Ponga, Poręba, Pospíšil, Post, Preda, Preuß, Procter, Proust, Quisthoudt-Rowohl, Rangel, Reding, Regner, Reid, Reimon, Reintke, Reul, Revault d'Allonnes Bonnefoy, Ries, Riquet, Rivasi, Rochefort, Rodrigues Liliana, Rodríguez-Piñero Fernández, Rodust, Rohde, Rolin, Ropė, Rosati, Rozière, Ruas, Rübig, Ruohonen-Lerner, Saïfi, Salafranca Sánchez-Neyra, Salini, Salvini, Sander, Sant, dos Santos, Sârbu, Sargentini, Sassoli, Saudargas, Schaake, Schaffhauser, Schaldemose, Schlein, Schmidt, Scholz, Schöpflin, Schreijer-Pierik, Schulze, Schuster, Schwab, Sehnalová, Selimovic, Senra Rodríguez, Sernagiotto, Serrão Santos, Seymour, Siekierski, Silva Pereira, Simon Peter, Simon Siôn, Škripek, Škrlec, Smith, Smolková, Sógor, Šojdrová, Solé, Šoltes, Sommer, Spyraki, Staes, Stanishev, Starbatty, Štefanec, Steinruck, Štětina, Stevens, Stolojan, von Storch, Stuger, Sulík, Šulin, Svoboda, Swinburne, Sylikiotis, Synadinos, Szájer, Szanyi, Szejnfeld, Tajani, Takkula, Tamburrano, Tănăsescu, Tang, Tannock, Țapardel, Tarabella, Tarand, Taylor, Telička, Terricabras, Theurer, Thomas, Thun und Hohenstein, Toia, Tőkés, Tolić, Tomaševski, Tomašić, Tomc, Toom, Torres Martínez, Torvalds, Tošenovský, Trebesius, Tremosa i Balcells, Troszczynski, Trüpel, Ţurcanu, Ujazdowski, Ulvskog, Ungureanu, Urbán Crespo, Urtasun, Urutchev, Uspaskich, Vaidere, Vajgl, Valcárcel Siso, Vălean, Valenciano, Valero, Valli, Vallina, Vana, Van Bossuyt, Van Brempt, Van Orden, Vaughan, Vautmans, Väyrynen, Vergiat, Verheyen, Viegas, Vilimsky, Viotti, Virkkunen, Vistisen, Voigt, Vozemberg-Vrionidi, Wałęsa, Ward, Weber Renate, Weidenholzer, von Weizsäcker, Wenta, Werner, Westphal, Wieland, Wierinck, Wikström, Willmott, Winberg, Winkler Iuliu, Wiśniewska, Wölken, Woolfe, Záborská, Zahradil, Zala, Zanni, Zanonato, Zarianopoulos, Ždanoka, Zdechovský, Zdrojewski, Zeller, Zemke, Zijlstra, Zīle, Zimmer, Žitňanská, Złotowski, Zoffoli, Żółtek, Zorrinho, Zovko, Zullo, Zver, Zwiefka

Skużati:

Cofferati, Crowley, Dati, Händel, Kirton-Darling, Maštálka, Matera, Messerschmidt, Mosca, Pietikäinen, Punset, Saryusz-Wolski

Avviż legali - Politika tal-privatezza