Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 16 ta' Mejju 2017 - Strasburgu

2. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar id-deċiżjonijiet ta' diversi Kumitati biex jidħlu f'negozjati interistituzzjonali, bi qbil mal-Artikolu 69c(1) tar-Regoli ta' Proċedura:

-Kumitati BUDG u ECON, fuq il-bażi tar-rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) 2015/1017 dwar l-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, kif ukoll l-introduzzjoni ta' titjib tekniku għal dan il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti (COM(2016)0597 – C8-0375/2016 – 2016/0276(COD)). Rapporteurs: Udo Bullmann u José Manuel Fernandes (A8-0198/2017)

Bi qbil mal-Artikolu 69c(2) tar-Regoli ta' Proċedura, Membri jew grupp(i) politiku/ċi li jilħqu tal-inqas il-limitu medju jistgħu jitolbu bil-miktub, qabel għada l-Erbgħa 17 ta' Mejju 2017 f'nofsillejl, li deċiżjoni ta' kumitat li tkun se tidħol f'negozjati titqiegħed għall-votazzjoni.

In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun għaddiet din l-iskadenza jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għal votazzjoni fil-Parlament dwar id-deċiżjoni meħuda għal dħul f'negozjati.

Avviż legali - Politika tal-privatezza