Indiċi 
Minuti
PDF 246kWORD 75k
It-Tlieta, 16 ta' Mejju 2017 - Strasburgu
1.Ftuħ tas-seduta
 2.Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura)
 3.Niżguraw li r-rilokazzjoni taħdem (dibattitu)
 4.L-isfruttar tal-globalizzazzjoni sal-2025 (dibattitu)
 5.Diskors ta' Moussa Faki Mahamat, President tal-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana
 6.Ħin tal-votazzjonijiet
  
6.1.Il-Protokoll għall-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni UE-Mongolja (l-adeżjoni tal-Kroazja) (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) *** (votazzjoni)
  
6.2.Il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Bożnija-Ħerzegovina (l-adeżjoni tal-Kroazja) (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) *** (votazzjoni)
  
6.3.Il-Ftehim UE-Norveġja dwar regoli supplementari fir-rigward tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) *** (votazzjoni)
  
6.4.L-adeżjoni tal-UE mal-Kumitat Konsultattiv Internazzjonali dwar il-Qoton (ICAC) (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) *** (votazzjoni)
  
6.5.Il-pjan ta' azzjoni 2016-2020 tal-UE dwar gvern elettroniku (votazzjoni)
  
6.6.Rapport Annwali 2015 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE – Ġlieda kontra l-frodi (votazzjoni)
  
6.7.L-effiċjenza fir-riżorsi: tnaqqis tal-ħela tal-ikel, titjib tas-sikurezza alimentari (votazzjoni)
  
6.8.L-evalwazzjoni tal-aspetti esterni tal-prestazzjoni u l-ġestjoni doganali bħala għodda biex jiġi ffaċilitat il-kummerċ u jiġi miġġieled il-kummerċ illeċitu (votazzjoni)
 7.Spjegazzjonijiet tal-vot
 8.Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
 9.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
 10.L-Istrateġija tal-UE dwar is-Sirja (dibattitu)
 11.Is-sitwazzjoni tal-Insara fil-Lvant Nofsani (dibattitu)
 12.Il-kamp tar-rifuġjati ta' Dadaab (dibattitu)
 13.Implimentazzjoni tal-Linji Gwida tal-Kunsill dwar l-LGBTI, b'mod partikolari fir-rigward tal-persekuzzjoni tal-irġiel (meqjusa bħala) omosesswali fiċ-Ċeċenja, ir-Russja (dibattitu)
 14.Is-sitwazzjoni fil-Moldova (dibattitu)
 15.Rapport annwali 2014 dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità (dibattitu)
 16.FinTech: l-influwenza tat-teknoloġija fuq il-futur tas-settur finanzjarju (dibattitu)
 17.L-aġenda tas-seduta li jmiss
 18.Għeluq tas-seduta
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA


PRESIDENZA: Mairead McGUINNESS
Viċi President

1. Ftuħ tas-seduta

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 09.00.


2. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar id-deċiżjonijiet ta' diversi Kumitati biex jidħlu f'negozjati interistituzzjonali, bi qbil mal-Artikolu 69c(1) tar-Regoli ta' Proċedura:

-Kumitati BUDG u ECON, fuq il-bażi tar-rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) 2015/1017 dwar l-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, kif ukoll l-introduzzjoni ta' titjib tekniku għal dan il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti (COM(2016)0597 – C8-0375/2016 – 2016/0276(COD)). Rapporteurs: Udo Bullmann u José Manuel Fernandes (A8-0198/2017)

Bi qbil mal-Artikolu 69c(2) tar-Regoli ta' Proċedura, Membri jew grupp(i) politiku/ċi li jilħqu tal-inqas il-limitu medju jistgħu jitolbu bil-miktub, qabel għada l-Erbgħa 17 ta' Mejju 2017 f'nofsillejl, li deċiżjoni ta' kumitat li tkun se tidħol f'negozjati titqiegħed għall-votazzjoni.

In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun għaddiet din l-iskadenza jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għal votazzjoni fil-Parlament dwar id-deċiżjoni meħuda għal dħul f'negozjati.


3. Niżguraw li r-rilokazzjoni taħdem (dibattitu)

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Niżguraw li r-rilokazzjoni taħdem (2017/2685(RSP))

Dimitris Avramopoulos (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.

Interventi ta': Jeroen Lenaers f'isem il-Grupp PPE, Cécile Kashetu Kyenge f'isem il-Grupp S&D, Helga Stevens f'isem il-Grupp ECR, Angelika Mlinar f'isem il-Grupp ALDE, Barbara Spinelli f'isem il-Grupp GUE/NGL, Ska Keller f'isem il-Grupp Verts/ALE, Raymond Finch f'isem il-Grupp EFDD, Auke Zijlstra f'isem il-Grupp ENF, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Barbara Spinelli, Zoltán Balczó, Barbara Kudrycka, Péter Niedermüller, Notis Marias, Nathalie Griesbeck, Kostas Chrysogonos, Judith Sargentini, Ignazio Corrao, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Doru-Claudian Frunzulică, Lorenzo Fontana, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Elly Schlein, Jussi Halla-aho, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Miguel Urbán Crespo, Bodil Valero, Kristina Winberg, Gilles Lebreton, Carlos Coelho, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Maria Grapini, Miltiadis Kyrkos, Branislav Škripek, Hilde Vautmans, Kinga Gál, Juan Fernando López Aguilar, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Marek Jurek, Anders Primdahl Vistisen, Tomáš Zdechovský, Zdzisław Krasnodębski, Salvatore Domenico Pogliese u Bernd Kölmel.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Franc Bogovič, Caterina Chinnici, Izaskun Bilbao Barandica, Josu Juaristi Abaunz, Ernest Urtasun, Eleftherios Synadinos, Michaela Šojdrová u Nikos Androulakis.

Intervent ta': Dimitris Avramopoulos.

PRESIDENZA: Ioan Mircea PAŞCU
Viċi President

Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li għandhom jitressqu skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura se jitħabbru aktar tard.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 11.14 tal-Minuti ta' 18.5.2017.


4. L-isfruttar tal-globalizzazzjoni sal-2025 (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: L-isfruttar tal-globalizzazzjoni sal-2025 (2017/2655(RSP))

Jyrki Katainen (Viċi President tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.

Interventi ta': Françoise Grossetête f'isem il-Grupp PPE, Jeppe Kofod f'isem il-Grupp S&D, Hans-Olaf Henkel f'isem il-Grupp ECR, Marietje Schaake f'isem il-Grupp ALDE, Helmut Scholz f'isem il-Grupp GUE/NGL, Yannick Jadot f'isem il-Grupp Verts/ALE, Rolandas Paksas f'isem il-Grupp EFDD, Edouard Ferrand f'isem il-Grupp ENF, Bruno Gollnisch Membru mhux affiljat, Daniel Caspary, Kathleen Van Brempt, Marian Harkin, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' William (The Earl of) Dartmouth, Rina Ronja Kari, Petr Mach, Gerolf Annemans, Georgios Epitideios, José Manuel Fernandes, Bernd Lange, João Ferreira, William (The Earl of) Dartmouth, Cristian Dan Preda, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Bruno Gollnisch, Agnes Jongerius, Danuta Maria Hübner, Simona Bonafè, Tokia Saïfi, Julie Ward, Ramón Luis Valcárcel Siso, Javi López, Maria Spyraki, Emmanuel Maurel, Doru-Claudian Frunzulică, Ramón Jáuregui Atondo, Péter Niedermüller u Ska Keller.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Csaba Sógor, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Ruža Tomašić, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Stanislav Polčák, Maria Arena, Notis Marias u Maria Grapini.

Intervent ta': Jyrki Katainen.

Id-dibattitu ngħalaq.

(Is-seduta ġiet sospiża għal ftit)


PRESIDENZA: Antonio TAJANI
President

5. Diskors ta' Moussa Faki Mahamat, President tal-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana

Minn 12.05 san-12.25 Moussa Faki Mahamat, President tal-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana, għamel diskors quddiem il-Parlament.

(Is-seduta ġiet sospiża għal ftit sa ma sar il-ħin għall-votazzjonijiet).


PRESIDENZA: Bogusław LIBERADZKI
Viċi President

6. Ħin tal-votazzjonijiet

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ.) jidhru fl-Anness “Riżultati tal-Votazzjonijiet”, mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit Europarl.

°
° ° °

Interventi ta'::

- Sophia in 't Veld, li talbet li l-Parlement u Federica Mogherini (Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà) jinterċedu mal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti sabiex din tkompli tiżgura bis-sħiħ il-protezzjoni ta' Dr Denis Mukwege, rebbieħ tal-Premju Sakharov 2014 (il-President ħa nota), u

- Ana Gomes, li talbet li l-Parlament jintervjeni mal-awtoritajiet Messikani sabiex l-awturi tal-qtil tal-ġurnalista Javier Valdez Cardenas, li ġie assassinat ilbieraħ, jitressqu quddiem il-ġustizzja (il-President ħa nota).

°
° ° °


6.1. Il-Protokoll għall-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni UE-Mongolja (l-adeżjoni tal-Kroazja) (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) *** (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Mongolja, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea [09264/2016 - C8-0455/2016- 2015/0113(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Helmut Scholz (A8-0074/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2017)0201)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll.


6.2. Il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Bożnija-Ħerzegovina (l-adeżjoni tal-Kroazja) (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) *** (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea [13824/2016 - C8-0527/2016- 2016/0311(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Cristian Dan Preda (A8-0169/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2017)0202)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll.


6.3. Il-Ftehim UE-Norveġja dwar regoli supplementari fir-rigward tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) *** (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar regoli supplementari fir-rigward tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu 2014 sa 2020 [13710/2016 - C8-0005/2017- 2016/0322(NLE)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Tomáš Zdechovský (A8-0174/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2017)0203)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.


6.4. L-adeżjoni tal-UE mal-Kumitat Konsultattiv Internazzjonali dwar il-Qoton (ICAC) (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) *** (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Kumitat Konsultattiv Internazzjonali dwar il-Qoton (ICAC) [15540/2016 - C8-0024/2017- 2016/0349(NLE)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Fernando Ruas (A8-0187/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2017)0204)

Interventi

Fernando Ruas (rapporteur), qabel il-votazzjoni.


6.5. Il-pjan ta' azzjoni 2016-2020 tal-UE dwar gvern elettroniku (votazzjoni)

Rapport dwar il-pjan ta' azzjoni 2016-2020 tal-UE dwar gvern elettroniku [2016/2273(INI)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Sabine Verheyen (A8-0178/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2017)0205)


6.6. Rapport Annwali 2015 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE – Ġlieda kontra l-frodi (votazzjoni)

Rapport dwar ir-Rapport Annwali 2015 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE – Ġlieda kontra l-frodi [2016/2097(INI)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Julia Pitera (A8-0159/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2017)0206)


6.7. L-effiċjenza fir-riżorsi: tnaqqis tal-ħela tal-ikel, titjib tas-sikurezza alimentari (votazzjoni)

Rapport dwar inizjattiva dwar l-effiċjenza fir-riżorsi: tnaqqis tal-ħela tal-ikel, titjib tas-sikurezza alimentari [2016/2223(INI)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Biljana Borzan (A8-0175/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2017)0207)


6.8. L-evalwazzjoni tal-aspetti esterni tal-prestazzjoni u l-ġestjoni doganali bħala għodda biex jiġi ffaċilitat il-kummerċ u jiġi miġġieled il-kummerċ illeċitu (votazzjoni)

Rapport dwar l-evalwazzjoni tal-aspetti esterni tal-prestazzjoni u l-ġestjoni doganali bħala għodda biex jiġi ffaċilitat il-kummerċ u jiġi miġġieled il-kummerċ illeċitu [2016/2075(INI)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Tiziana Beghin (A8-0162/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2017)0208)


7. Spjegazzjonijiet tal-vot

Spjegazzjonijiet bil-miktub tal-vot:

L-ispjegazzjonijiet tal-vot li tressqu bil-miktub, bi qbil mal-Artikolu 183 tar-Regoli ta' Proċedura, jidhru fil-paġni tal-Membri fis-sit tal-Parlament.

Spjegazzjonijiet orali tal-vot:


Rakkomandazzjoni Cristian Dan Preda - A8-0169/2017
Monica Macovei

Rapport Sabine Verheyen - A8-0178/2017
Monica Macovei, Adam Szejnfeld, Diane James, Maria Grapini, Stanislav Polčák, Tomáš Zdechovský u Steven Woolfe

Rapport Julia Pitera - A8-0159/2017
Monica Macovei, Petras Auštrevičius, Michela Giuffrida, Maria Grapini, Diane James, Jiří Pospíšil u Seán Kelly

Rapport Biljana Borzan - A8-0175/2017
Momchil Nekov, Urszula Krupa, Anna Maria Corazza Bildt, Igor Šoltes, Adam Szejnfeld, Michela Giuffrida, Franc Bogovič, Maria Lidia Senra Rodríguez, Stanislav Polčák, Frédérique Ries, Tomáš Zdechovský u Seán Kelly

Rapport Tiziana Beghin - A8-0162/2017
Adam Szejnfeld, Diane James, Tiziana Beghin, Maria Grapini, Stanislav Polčák, Tomáš Zdechovský u Steven Woolfe.


8. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot

Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jidhru fuq is-sit Europarl, "Plenarja", "Votazzjonijiet", "Riżultati tal-Votazzjonijiet" (Riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet) u fil-verżjoni stampata tal-anness "Riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet".

Il-verżjoni elettronika fuq is-sit Europarl tiġi aġġornata regolarment tul perjodu ta' mhux aktar minn ġimagħtejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.

Wara li jgħaddi dan il-perjodu, il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali.

°
° ° °

Frédérique Ries ġibdet l-attenzjoni għall-fatt li, billi ma kellhiex il-karta tal-votazzjoni tagħha, ma setgħet tieħu sehem la fil-votazzjonijiet elettroniċi u lanqas fil-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet.


(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 13.35. Ħin li fih tkompliet is-seduta: 15.20)

PRESIDENZA: Ramón Luis VALCÁRCEL SISO
Viċi President

9. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti

Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.


10. L-Istrateġija tal-UE dwar is-Sirja (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: L-Istrateġija tal-UE dwar is-Sirja (2017/2654(RSP))

Federica Mogherini (Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà) għamlet id-dikjarazzjoni.

Interventi ta': Arnaud Danjean f'isem il-Grupp PPE, Victor Boştinaru f'isem il-Grupp S&D, Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Udo Voigt, Marietje Schaake f'isem il-Grupp ALDE, ukoll fuq l-organizzazzjoni tad-dibattitu, u li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Eleftherios Synadinos, Marisa Matias f'isem il-Grupp GUE/NGL, Barbara Lochbihler f'isem il-Grupp Verts/ALE, Fabio Massimo Castaldo f'isem il-Grupp EFDD, Mario Borghezio f'isem il-Grupp ENF, Sotirios Zarianopoulos Membru mhux affiljat, Cristian Dan Preda, Ana Gomes, Anna Elżbieta Fotyga, Hilde Vautmans, Sofia Sakorafa, Jordi Solé, James Carver, Edouard Ferrand, Lampros Fountoulis, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Neena Gill, Anders Primdahl Vistisen, Ivo Vajgl, Takis Hadjigeorgiou, Bodil Valero, Udo Voigt, David McAllister, Eugen Freund, Bas Belder, Urmas Paet, Jaromír Kohlíček, Elmar Brok u Francisco Assis.

PRESIDENZA: David-Maria SASSOLI
Viċi President

Interventi ta': Marek Jurek, Ilhan Kyuchyuk, Miguel Viegas, László Tőkés, Demetris Papadakis, Angel Dzhambazki, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Stanislav Polčák, Lynn Boylan, Lorenzo Cesa, Javi López, Mirosław Piotrowski, Francisco José Millán Mon, Kati Piri, Ruža Tomašić, Lars Adaktusson, Boris Zala, Eduard Kukan, Andrea Cozzolino, Tunne Kelam, Jaromír Štětina, Laima Liucija Andrikienė, Marijana Petir u Michaela Šojdrová.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Julie Ward, Notis Marias, Jean-Paul Denanot, Georgios Epitideios, Branislav Škripek, Nicola Caputo, Csaba Sógor u Costas Mavrides.

Intervent ta': Federica Mogherini.

PRESIDENZA: Mairead McGUINNESS
Viċi President

Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li għandhom jitressqu skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura se jitħabbru aktar tard.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 11.11 tal-Minuti ta' 18.5.2017.

(Is-seduta ġiet sospiża għal ftit mumenti)

PRESIDENZA: David-Maria SASSOLI
Viċi President


11. Is-sitwazzjoni tal-Insara fil-Lvant Nofsani (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Is-sitwazzjoni tal-Insara fil-Lvant Nofsani (2017/2686(RSP))

Federica Mogherini (Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà) għamlet id-dikjarazzjoni.

Interventi ta': Cristian Dan Preda f'isem il-Grupp PPE, Arne Lietz f'isem il-Grupp S&D, Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR, Hilde Vautmans f'isem il-Grupp ALDE, Jaromír Kohlíček f'isem il-Grupp GUE/NGL, Bodil Valero f'isem il-Grupp Verts/ALE, Margot Parker f'isem il-Grupp EFDD, u Franz Obermayr f'isem il-Grupp ENF.

PRESIDENZA: Mairead McGUINNESS
Viċi President

Interventi ta': Bruno Gollnisch Membru mhux affiljat, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Francisco Assis, Ryszard Antoni Legutko, Beatriz Becerra Basterrechea, Beatrix von Storch, Mireille D'Ornano, Eleftherios Synadinos, Michèle Alliot-Marie, Javi López, Bas Belder, Ilhan Kyuchyuk, Mario Borghezio, Lars Adaktusson, Marlene Mizzi, Branislav Škripek, Marie-Christine Arnautu, György Hölvényi, Bogusław Liberadzki, Anders Primdahl Vistisen, Francisco José Millán Mon, Ana Gomes, Zdzisław Krasnodębski, Tunne Kelam, László Tőkés, Laima Liucija Andrikienė, Lefteris Christoforou u Marisa Matias.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Patricija Šulin, Nicola Caputo, Ruža Tomašić, Takis Hadjigeorgiou, Michaela Šojdrová, Costas Mavrides, Seán Kelly, Notis Marias u Anna Záborská.

Intervent ta': Federica Mogherini.

Id-dibattitu ngħalaq.


12. Il-kamp tar-rifuġjati ta' Dadaab (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Il-kamp tar-rifuġjati ta' Dadaab (2017/2687(RSP))

Christos Stylianides (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni f'isem il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

PRESIDENZA: Ryszard CZARNECKI
Viċi President

Interventi ta': Mariya Gabriel f'isem il-Grupp PPE, Elena Valenciano f'isem il-Grupp S&D, Marie-Christine Vergiat f'isem il-Grupp GUE/NGL, Heidi Hautala f'isem il-Grupp Verts/ALE, James Carver f'isem il-Grupp EFDD, Bogdan Brunon Wenta, Maria Arena, Marina Albiol Guzmán, Fabio Massimo Castaldo, Pier Antonio Panzeri, Cécile Kashetu Kyenge, Maria Noichl u Julie Ward.

Intervent skont il-proċedura "catch the eye" ta': Notis Marias.

Intervent ta': Christos Stylianides.

Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li għandhom jitressqu skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura se jitħabbru aktar tard.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 11.13 tal-Minuti ta' 18.5.2017.


13. Implimentazzjoni tal-Linji Gwida tal-Kunsill dwar l-LGBTI, b'mod partikolari fir-rigward tal-persekuzzjoni tal-irġiel (meqjusa bħala) omosesswali fiċ-Ċeċenja, ir-Russja (dibattitu)

Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000039/2017) imressqa minn Soraya Post, Tanja Fajon, Elena Valenciano, Knut Fleckenstein u Pier Antonio Panzeri f'isem il-Grupp S&D, Ulrike Lunacek, Rebecca Harms u Heidi Hautala f'isem il-Grupp Verts/ALE, Dennis de Jong, Malin Björk, Eleonora Forenza, Marisa Matias, Helmut Scholz, Stefan Eck, Cornelia Ernst, Merja Kyllönen, Rina Ronja Kari, Marina Albiol Guzmán u Gabriele Zimmer f'isem il-Grupp GUE/NGL, Marietje Schaake f'isem il-Grupp ALDE, Ian Duncan f'isem il-Grupp ECR lill-Kummissjoni (Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà): Implimentazzjoni tal-Linji Gwida tal-Kunsill dwar l-LGBTI, b'mod partikolari fir-rigward tal-persekuzzjoni tal-irġiel (meqjusa bħala) omosesswali fiċ-Ċeċenja, ir-Russja (2017/2688(RSP)) (B8-0219/2017)

Soraya Post, Ulrike Lunacek, Malin Björk, Petras Auštrevičius u Mark Demesmaeker daħlu aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.

Christos Stylianides (Membru tal-Kummissjoni) f'isem il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà wieġeb il-mistoqsija.

Interventi ta': Anna Maria Corazza Bildt f'isem il-Grupp PPE, Elena Valenciano f'isem il-Grupp S&D, Fredrick Federley f'isem il-Grupp ALDE, Cornelia Ernst f'isem il-Grupp GUE/NGL, Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE, Margot Parker f'isem il-Grupp EFDD, Jaromír Štětina, Pier Antonio Panzeri, Cecilia Wikström, Eleonora Forenza, Heidi Hautala, Tanja Fajon, Hilde Vautmans, Alyn Smith, Josef Weidenholzer, Karima Delli, Sylvie Guillaume, Terry Reintke, Daniele Viotti, Seb Dance, Julie Ward, Doru-Claudian Frunzulică u Marc Tarabella.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Jiří Pospíšil, Elly Schlein, Beatriz Becerra Basterrechea u Fabio Massimo Castaldo.

Intervent ta': Christos Stylianides.

Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li għandhom jitressqu bi qbil mal-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura se jitħabbru aktar tard.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 11.15 tal-Minuti ta' 18.5.2017.


14. Is-sitwazzjoni fil-Moldova (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Is-sitwazzjoni fil-Moldova (2017/2689(RSP))

Christos Stylianides (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.

Interventi ta': Cristian Dan Preda f'isem il-Grupp PPE, Andi Cristea f'isem il-Grupp S&D, Anna Elżbieta Fotyga f'isem il-Grupp ECR, Petras Auštrevičius f'isem il-Grupp ALDE, Helmut Scholz f'isem il-Grupp GUE/NGL, Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE, Fabio Massimo Castaldo f'isem il-Grupp EFDD, Janusz Korwin-Mikke Membru mhux affiljat, Marian-Jean Marinescu u Francisco Assis.

PRESIDENZA: Rainer WIELAND
Viċi President

Interventi ta': Monica Macovei, Norica Nicolai, Igor Šoltes, Michał Boni, Doru-Claudian Frunzulică, Ilhan Kyuchyuk, Andrey Kovatchev u Siegfried Mureşan.

Intervent skont il-proċedura "catch the eye" ta': Jiří Pospíšil.

Intervent ta': Christos Stylianides.

Id-dibattitu ngħalaq.


15. Rapport annwali 2014 dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità (dibattitu)

Rapport dwar ir-Rapport annwali 2014 dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità [2015/2283(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Sajjad Karim (A8-0114/2017)

Sajjad Karim ippreżenta r-rapport.

Intervent ta': Christos Stylianides (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Kazimierz Michał Ujazdowski (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AFCO), Tadeusz Zwiefka f'isem il-Grupp PPE, Mady Delvaux f'isem il-Grupp S&D, Kosma Złotowski f'isem il-Grupp ECR, Pavel Telička f'isem il-Grupp ALDE, Kostas Chrysogonos f'isem il-Grupp GUE/NGL, Marie-Christine Boutonnet f'isem il-Grupp ENF, Pavel Svoboda, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Anneleen Van Bossuyt, Gilles Lebreton, Emil Radev u Jiří Pospíšil.

Intervent skont il-proċedura "catch the eye" ta': Brian Hayes.

Intervent ta': Notis Marias dwar l-iżvolġiment tal-proċedura "catch the eye" (il-President ta preċiżjonijiet).

Interventi ta': Christos Stylianides u Sajjad Karim.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 10.2 tal-Minuti ta' 17.5.2017.


16. FinTech: l-influwenza tat-teknoloġija fuq il-futur tas-settur finanzjarju (dibattitu)

Rapport dwar il-FinTech: l-influwenza tat-teknoloġija fuq il-futur tas-settur finanzjarju [2016/2243(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Cora van Nieuwenhuizen (A8-0176/2017)

Cora van Nieuwenhuizen ippreżentat ir-rapport.

Intervent ta': Valdis Dombrovskis (Viċi President tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Dita Charanzová (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat IMCO), Brian Hayes f'isem il-Grupp PPE, Cătălin Sorin Ivan f'isem il-Grupp S&D, Marisa Matias f'isem il-Grupp GUE/NGL, David Coburn f'isem il-Grupp EFDD, Othmar Karas, Pervenche Berès, Theodor Dumitru Stolojan, Eva Maydell u Seán Kelly.

Intervent skont il-proċedura "catch the eye" ta': Notis Marias.

Interventi ta': Valdis Dombrovskis u Cora van Nieuwenhuizen.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 10.3 tal-Minuti ta' 17.5.2017.


17. L-aġenda tas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 603.781/OJME).


18. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 22.45.

Klaus Welle

Rainer Wieland

Segretarju Ġenerali

Viċi President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Preżenti:

Adaktusson, Adinolfi, Affronte, Agea, Agnew, Aguilera García, Aiuto, Albiol Guzmán, Albrecht, Ali, Aliot, Alliot-Marie, Anderson Lucy, Anderson Martina, Andersson, Andrieu, Andrikienė, Androulakis, Annemans, Arena, Arimont, Arnautu, Arnott, Arthuis, Assis, Atkinson, Auken, Auštrevičius, Ayala Sender, Ayuso, van Baalen, Bach, Balas, Balczó, Balz, Barekov, Bashir, Batten, Bay, Bayet, Bearder, Becerra Basterrechea, Becker, Beghin, Belder, Belet, Bendtsen, Benifei, Benito Ziluaga, Berès, Bettini, Bilbao Barandica, Bilde, Bizzotto, Björk, Blanco López, Blinkevičiūtė, Bocskor, Böge, Bogovič, Bonafè, Boni, Borghezio, Borrelli, Borzan, Boştinaru, Bours, Boutonnet, Bové, Boylan, Brannen, Bresso, Briano, Briois, Brok, Buchner, Buda, Bullmann, Buşoi, Bütikofer, Buzek, Cabezón Ruiz, Cadec, Calvet Chambon, van de Camp, Campbell Bannerman, Caputo, Carthy, Carver, Casa, Caspary, Castaldo, del Castillo Vera, Cavada, Cesa, Charanzová, Chauprade, Childers, Chinnici, Chountis, Christensen, Christoforou, Chrysogonos, Cicu, Ciocca, Cirio, Clune, Coburn, Coelho, Collin-Langen, Collins, Comi, Corazza Bildt, Corbett, Corrao, Costa, Couso Permuy, Cozzolino, Cramer, Cristea, Csáky, Czarnecki, Czesak, van Dalen, Dalli, Dalunde, D'Amato, Dance, Dăncilă, Danjean, Danti, Dantin, (The Earl of) Dartmouth, Dati, De Castro, Delahaye, Deli, Delli, Delvaux, De Masi, Demesmaeker, De Monte, Denanot, Deprez, Deß, Deutsch, Deva, Diaconu, Díaz de Mera García Consuegra, Dlabajová, Dodds, Dorfmann, D'Ornano, Duncan, Durand, Dzhambazki, Eck, Ehler, Eickhout, Engel, Engström, Epitideios, Erdős, Ernst, Ertug, Estaràs Ferragut, Evans, Evi, Fajon, Farage, Faria, Federley, Ferber, Fernandes, Fernández, Ferrand, Ferrara, Ferreira, Finch, Fisas Ayxelà, Fitto, Fjellner, Flanagan, Beňová, Fleckenstein, Florenz, Fontana, Ford, Forenza, Foster, Fotyga, Fountoulis, Fox, Freund, Frunzulică, Gabriel, Gahler, Gál, Gambús, García Pérez, Gardiazabal Rubial, Gardini, Gasbarra, Gebhardt, Geier, Gentile, Gerbrandy, Gericke, Geringer de Oedenberg, Giegold, Gierek, Gieseke, Gill Neena, Gill Nathan, Giménez Barbat, Girling, Giuffrida, Goddyn, Goerens, Gollnisch, Gomes, González Peñas, González Pons, Gosiewska, Grammatikakis, de Grandes Pascual, Grapini, Gräßle, Graswander-Hainz, Griesbeck, Griffin, Grigule-Pēterse, Grossetête, Grzyb, Gualtieri, Guerrero Salom, Guillaume, Guteland, Gutiérrez Prieto, Gyürk, Hadjigeorgiou, Halla-aho, Hannan, Harkin, Harms, Häusling, Hautala, Hayes, Hedh, Henkel, Herranz García, Hetman, Heubuch, Hoc, Hohlmeier, Hökmark, Hölvényi, Honeyball, Hortefeux, Hübner, Hudghton, Huitema, Hyusmenova, in 't Veld, Iturgaiz, Ivan, Iwaszkiewicz, Jaakonsaari, Jäätteenmäki, Jadot, Jahr, Jakovčić, Jalkh, James, Jáuregui Atondo, Jávor, Jazłowiecka, Ježek, Joly, de Jong, Jongerius, Joulaud, Juaristi Abaunz, Jurek, Kadenbach, Kaili, Kalinowski, Kallas, Kalniete, Kammerevert, Kappel, Karas, Kari, Karim, Kariņš, Karlsson, Karski, Kaufmann, Kefalogiannis, Kelam, Keller Jan, Keller Ska, Kelly, Kłosowski, Koch, Kofod, Kohlíček, Kohn, Kölmel, Konečná, Korwin-Mikke, Kósa, Köstinger, Kouloglou, Kouroumbashev, Kovács, Kovatchev, Kozłowska-Rajewicz, Krasnodębski, Krehl, Krupa, Kudrycka, Kuhn, Kukan, Kumpula-Natri, Kuneva, Kuźmiuk, Kyenge, Kyllönen, Kyrkos, Kyrtsos, Kyuchyuk, Lamassoure, Lambert, Lambsdorff, Lange, de Lange, Langen, Lauristin, La Via, Lavrilleux, Lebreton, Legutko, Le Hyaric, Leinen, Lenaers, Le Pen, Lewandowski, Liberadzki, Liese, Lietz, Lins, Lochbihler, Loiseau, Løkkegaard, Loones, Lope Fontagné, López, López Aguilar, López Bermejo, López-Istúriz White, Lösing, Lucke, Ludvigsson, Łukacijewska, Lunacek, Lundgren, Łybacka, McAllister, McAvan, McClarkin, McGuinness, Mach, McIntyre, Macovei, Maletić, Malinov, Maltese, Mamikins, Maňka, Mann, Manscour, Marcellesi, Marias, Marinescu, Marinho e Pinto, Martin David, Martin Dominique, Martin Edouard, Martusciello, Marusik, Matias, Mato, Maullu, Maurel, Mavrides, Maydell, Mayer Georg, Mayer Alex, Mazuronis, Meissner, Melior, Melo, Meszerics, Metsola, Michel, Michels, Mihaylova, Mikolášik, Millán Mon, van Miltenburg, Mineur, Mizzi, Mlinar, Moi, Moisă, Molnár, Monot, Monteiro de Aguiar, Montel, Moody, Moraes, Morano, Morgano, Morin-Chartier, Müller, Mureşan, Mussolini, Nagy, Nart, Negrescu, Nekov, Neuser, Nica, Nicholson, Nicolai, Niebler, Niedermayer, Niedermüller, van Nieuwenhuizen, Nilsson, Ní Riada, van Nistelrooij, Noichl, Novakov, Nuttall, Obermayr, Olbrycht, Omarjee, Ożóg, Pabriks, Paet, Pagazaurtundúa Ruiz, Paksas, Panzeri, Paolucci, Papadakis Demetris, Papadakis Konstantinos, Papadimoulis, Parker, Paşcu, Patriciello, Pavel, Pedicini, Peillon, Peterle, Petersen, Petir, Picierno, Picula, Piecha, Pieper, Pimenta Lopes, Piotrowski, Piri, Pirinski, Pitera, Plura, Poc, Poche, Pogliese, Polčák, Ponga, Poręba, Pospíšil, Post, Preda, Preuß, Procter, Proust, Quisthoudt-Rowohl, Radev, Radoš, Rangel, Reda, Reding, Regner, Reid, Reimon, Reintke, Reul, Revault d'Allonnes Bonnefoy, Ribeiro, Ries, Riquet, Rivasi, Rochefort, Rodrigues Liliana, Rodrigues Maria João, Rodríguez-Piñero Fernández, Rodust, Rohde, Rolin, Ropė, Rosati, Rozière, Ruas, Rübig, Ruohonen-Lerner, Saïfi, Sakorafa, Salafranca Sánchez-Neyra, Salini, Salvini, Sánchez Caldentey, Sander, Sant, dos Santos, Sârbu, Sargentini, Sarvamaa, Sassoli, Saudargas, Schaake, Schaffhauser, Schaldemose, Schlein, Schmidt, Scholz, Schöpflin, Schreijer-Pierik, Schulze, Schuster, Schwab, Scott Cato, Sehnalová, Selimovic, Senra Rodríguez, Sernagiotto, Serrão Santos, Seymour, Siekierski, Silva Pereira, Simon Peter, Simon Siôn, Sippel, Škripek, Škrlec, Smith, Smolková, Sógor, Šojdrová, Solé, Šoltes, Sommer, Soru, Spinelli, Spyraki, Staes, Stanishev, Starbatty, Štefanec, Steinruck, Štětina, Stevens, Stolojan, von Storch, Stuger, Šuica, Sulík, Šulin, Svoboda, Swinburne, Sylikiotis, Synadinos, Szájer, Szanyi, Szejnfeld, Tajani, Takkula, Tamburrano, Tănăsescu, Tang, Tannock, Țapardel, Tarabella, Tarand, Taylor, Telička, Terricabras, Theurer, Thomas, Thun und Hohenstein, Toia, Tőkés, Tolić, Tomaševski, Tomašić, Tomc, Toom, Torres Martínez, Torvalds, Tošenovský, Trebesius, Tremosa i Balcells, Troszczynski, Trüpel, Ţurcanu, Turmes, Ujazdowski, Ulvskog, Ungureanu, Urbán Crespo, Urtasun, Urutchev, Uspaskich, Vaidere, Vajgl, Valcárcel Siso, Vălean, Valenciano, Valero, Valli, Vallina, Vana, Van Bossuyt, Van Brempt, Vandenkendelaere, Van Orden, Vaughan, Vautmans, Väyrynen, Vergiat, Verheyen, Viegas, Vilimsky, Viotti, Virkkunen, Vistisen, Voigt, Voss, Vozemberg-Vrionidi, Wałęsa, Ward, Weber Renate, Weidenholzer, von Weizsäcker, Wenta, Werner, Westphal, Wieland, Wierinck, Wikström, Willmott, Winberg, Winkler Hermann, Winkler Iuliu, Wiśniewska, Wölken, Woolfe, Záborská, Zahradil, Zala, Zanni, Zanonato, Zarianopoulos, Ždanoka, Zdechovský, Zdrojewski, Zeller, Zemke, Zijlstra, Zīle, Zimmer, Žitňanská, Złotowski, Zoffoli, Żółtek, Zorrinho, Zovko, Zullo, Zver, Zwiefka

Skużati:

Cofferati, Crowley, Händel, Hazekamp, Kirton-Darling, Maštálka, Matera, Messerschmidt, Mosca, Punset, Saryusz-Wolski

Avviż legali - Politika tal-privatezza