7. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President ħabbret li rċeviet talba għal votazzjoni fil-Parlament skont l-Artikolu 69c(2) tar-Regoli ta' Proċedura min-naħa tal-gruppi GUE/NGL, ALDE, EFDD u ECR dwar id-deċiżjoni tal-Kumitat CULT li jidħol f'negozjati interistituzzjonali fuq il-bażi tar-rapport dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva fid-dawl tar-realtajiet tas-suq li qed jinbidlu (Rapporteurs: Sabine Verheyen u Petra Kammerevert) (A8-0192/2017) imħabbra fil-Minuti tat-Tnejn 15 ta' Mejju 2017 (punt 7 tal-Minuti ta' 15.5.2017).
Il-votazzjoni dwar id-deċiżjoni tal-Kumitat CULT li jidħol f'negozjati interistituzzjonali se ssir għada, il-Ħamis 18 ta' Mejju 2017.
Il-President ħabbret li ma rċeviet l-ebda talba dwar id-deċiżjonijiet tal-Kumitati INTA, ITRE, IMCO, PECH u LIBE li jidħlu f'negozjati interistituzzjonali mħabbrin fil-Minuti tat-Tnejn 15 ta' Mejju 2017 (punt 7 tal-Minuti ta' 15.5.2017).
Il-Kumitati INTA, ITRE, IMCO, PECH u LIBE, għaldaqstant, setgħu jibdew in-negozjati wara li għaddiet l-iskadenza stipulata fl-Artikolu 69c(2) tar-Regoli ta' Proċedura.