14. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura)
Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2073/2005 fir-rigward tal-Campylobacter fil-karkassi tat-tiġieġ tas-simna (D043211/04 - 2017/2678(RPS) - skadenza: 5 ta' Awwissu 2017) irriferut lill-kumitat responsabbli ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tal-karbonat tal-potassju (E 501) fuq frott u ħxejjex imqaxxra, imqatta’ u mqatta’ bċejjeċ bċejjeċ (D050365/02 - 2017/2671(RPS) - skadenza: 3 ta' Lulju 2017) irriferut lill-kumitat responsabbli ENVI
- Direttiva tal-Kummissjoni li tissupplimenta lid-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’rabta mal-prinċipji u l-linji gwida dwar il-prassi tajba tal-manifattura tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (D050582/03 - 2017/2684(RPS) - skadenza: 10 ta' Awwissu 2017) irriferut lill-kumitat responsabbli ENVI
- Deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda d-Deċiżjoni 2013/162/UE biex tirrevedi l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għall-perjodu mill-2017 sal-2020 (D050685/01 - 2017/2670(RPS) - skadenza: 29 ta' Lulju 2017) irriferut lill-kumitat responsabbli ENVI opinjoni: ITRE (Artikolu 54 tar-Regoli tal-Proċedura)
- Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tispeċifika, skont id-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, EN ISO 17994:2014 bħala l-istandard dwar l-ekwivalenza ta’ metodi mikrobijoloġiċi (D050748/01 - 2017/2679(RPS) - skadenza: 9 ta' Awwissu 2017) irriferut lill-kumitat responsabbli ENVI
- Deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda d-Deċiżjoni 2014/256/UE, sabiex ittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta tal-UE għall-prodotti tal-karta ttrasformata (D050903/02 - 2017/2677(RPS) - skadenza: 4 ta' Awwissu 2017) irriferut lill-kumitat responsabbli ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni għas-sena ta’ referenza 2018 (D050905/02 - 2017/2697(RPS) - skadenza: 16 ta' Awwissu 2017) irriferut lill-kumitat responsabbli ITRE.