2. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (approvazzjoni) (Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President ħabbar li ma rċieva l-ebda talba dwar id-deċiżjonijiet meħuda għal dħul f'negozjati interistituzzjonali mħabbra fil-Minuti tat-Tlieta 16 ta' Mejju 2017 (punt 2 tal-Minuti ta' 16.5.2017).
Il-Kumitati BUDG u ECON għalhekk setgħu jibdew in-negozjati wara li għaddiet l-iskadenza stipulata fl-Artikolu 69c(2) tar-Regoli ta' Proċedura.