L-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Franċiża kkomunikaw l-elezzjoni ta' Thierry Cornillet u Patricia Lalonde li jissostitwixxu, rispettivament, lil Sylvie Goulard u Marielle De Sarnez, bħala Membri tal-Parlament, b'seħħ mit-18 ta' Mejju 2017.
Il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni tagħhom.
Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħhom jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Thierry Cornillet et Patricia Lalonde jieħdu posthom fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdu mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikunu għamlu d-dikjarazzjoni li huma ma għandhom ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.