Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 31 ta' Mejju 2017 - Brussell

6. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni

- Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-proċedura li permezz tagħhom il-Kummissjoni tista’ titlob lil impriżi u lil assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jipprovdu l-informazzjoni relatata mas-suq intern u ma’ oqsma relatati (COM(2017)0257 - C8-0140/2017 - 2017/0087(COD))
F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

IMCO

opinjoni :

JURI, ECON

- Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-obbligu tal-ikklerjar, is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar, ir-rekwiżiti tar-rapportar, ir-rekwiżiti tat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn kontroparti ċentrali, ir-reġistrazzjoni u s-superviżjoni ta’ repożitorji tat-tranżazzjonijiet u r-rekwiżiti għar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet. (COM(2017)0208 - C8-0147/2017 - 2017/0090(COD))
F'konformità mal-Artikolu 137(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

ECON

opinjoni :

ITRE, JURI

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta' ingranaġġ, il-proporzjon ta’ ffinanzjar stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta' kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta’ investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta’ rappurtar u divulgar u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (COM(2016)0850 [02] - C8-0158/2017 - 2016/0360B(COD))

irriferut

responsabbli :

ECON

- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet INF 1/2017 - Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (N8-0017/2017 - C8-0159/2017 - 2017/2074(GBD))

irriferut

responsabbli :

BUDG

- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 07/2017 - Taqsima III - Il-Kummissjoni (N8-0018/2017 - C8-0160/2017 - 2017/2075(GBD))

irriferut

responsabbli :

BUDG

2) mill-kumitati parlamentari

- Rapport It-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-integrità fl-istituzzjonijiet tal-UE (2015/2041(INI)) - Kumitat AFCO - Rapporteur: Sven Giegold (A8-0133/2017)

- Rapport li jinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-protezzjoni tal-adulti vulnerabbli (2015/2085(INL)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Joëlle Bergeron (A8-0152/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD) u t-twaqqif tal-Garanzija tal-EFSD u tal-Fond ta' Garanzija tal-EFSD (COM(2016)0586 - C8-0377/2016 - 2016/0281(COD)) - Kumitat AFET - Kumitat DEVE - Kumitat BUDG - Rapporteur: Eduard Kukan - Rapporteur: Doru-Claudian Frunzulică - Rapporteur: Eider Gardiazabal Rubial (A8-0170/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku u forom oħrajn ta' diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-konsumaturi fi ħdan is-suq intern u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (COM(2016)0289 - C8-0192/2016 - 2016/0152(COD)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Róża Gräfin von Thun und Hohenstein (A8-0172/2017)

- ***I Rapport Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-miżuri ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll li japplikaw fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1936/2001, (KE) Nru 1984/2003 u (KE) Nru 520/2007 (COM(2016)0401 - C8-0224/2016 - 2016/0187(COD)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Gabriel Mato (A8-0173/2017)

- Rakkomandazzjoni dwar abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Qafas Pluriennali għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-2018-2022 (14423/2016 - C8-0528/2016 - 2016/0204(APP)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Angelika Mlinar (A8-0177/2017)

- Rapport dwar l-istat tal-istokkijiet tal-ħut u s-sitwazzjoni soċjoekonomika tas-settur tas-sajd fil-Mediterran (2016/2079(INI)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Marco Affronte (A8-0179/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 fejn tidħol il-promozzjoni tal-konnettività tal-internet fil-komunitajiet lokali (COM(2016)0589 - C8-0378/2016 - 2016/0287(COD)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Carlos Zorrinho (A8-0181/2017)

- Rapport dwar id-diġitalizzazzjoni tal-industrija Ewropea (COM(2016)0180 - 2016/2271(INI)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Reinhard Bütikofer (A8-0183/2017)

- Rapport dwar il-konnettività tal-internet għat-tkabbir, il-kompetittività u l-koeżjoni: is-soċjetà Ewropea tal-gigabits u l-5G (2016/2305(INI)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Michał Boni (A8-0184/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Moldova (COM(2017)0014 - C8-0016/2017 - 2017/0007(COD)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Sorin Moisă (A8-0185/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni) (COM(2016)0465 - C8-0323/2016 - 2016/0222(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Sophia in 't Veld (A8-0186/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (COM(2015)0615 - C8-0387/2015 - 2015/0278(COD)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Morten Løkkegaard (A8-0188/2017)

- * Rapport dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE, rigward ir-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud li japplikaw għall-kotba, għall-gazzetti u għall-perjodiċi (COM(2016)0758 - C8-0529/2016 - 2016/0374(CNS)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Tom Vandenkendelaere (A8-0189/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni ta' miżuri kummerċjali awtonomi temporanji għall-Ukrajna li jissupplimentaw il-konċessjonijiet kummerċjali disponibbli taħt il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni (COM(2016)0631 - C8-0392/2016 - 2016/0308(COD)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Jarosław Wałęsa (A8-0193/2017)

- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Béla Kovács (2016/2266(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Heidi Hautala (A8-0203/2017)

Avviż legali - Politika tal-privatezza