Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 31 ta' Mejju 2017 - Brussell

8. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)

L-abbozzi ta' atti delegati ntbagħtu lill-Parlament:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trademark Komunitarja u li jirrevoka r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 u (KE) Nru 216/96 (C(2017)03212 - 2017/2707(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 18 Mejju 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: JURI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta lir-Regolament (UE) Nru 536/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-prinċipji u l-linji gwida dwar il-prassi tajba tal-manifattura tal-prodotti mediċinali fil-fażi ta’ investigazzjoni għall-użu mill-bniedem u l-arranġamenti għall-ispezzjonijiet (C(2017)03368 - 2017/2710(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 23 Mejju 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 607/2009 fir-rigward ta’ varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid u s-sinonimi tagħhom li jistgħu jidhru fuq it-tikkettar tal-inbejjed (C(2017)03398 - 2017/2708(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 19 Mejju 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1395/2014 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar tal-ħut għal ċertu sajd ta' ħut pelaġiku żgħir u ċertu sajd għal skopijiet industrijali fil-Baħar tat-Tramuntana (C(2017)03419 - 2017/2711(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 24 Mejju 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: PECH

Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-irtirar tal-att delegat li ġej:

- Irtirar tar-Regolament delegat C(2017)00393 tat-2 ta' Frar 2017 dwar l-adattament tal-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (C(2017)03722 – 2017/2556(DEA))

Data tal-wasla : id-29 ta' Mejju 2017

Irriferut lill-kumitat responsabbli TRAN

Avviż legali - Politika tal-privatezza