Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 31 ta' Mejju 2017 - Brussell

11. Ordni tal-ħidma

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' ta' Mejju II 2017 (PE 605.461/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 149a tar-Regoli ta' Proċedura):

L-Erbgħa

Il-President ippropona, bi qbil mal-gruppi politiċi, modifika tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Qafas Pluriennali għall-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali għall-2018-2022 (Point 27 du PDOJ) fid-Dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni u tal-Kunsill

Il-Parlament qabel ma' din il-proposta.

Il-Ħamis

Il-President għarraf li r-rapport ta' Heidi Hautala dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Béla Kovács (A8-0203/2017) se jitressaq għall-votazzjoni waqt il-ħin għall-votazzjoni ta' għada, il-Ħamis l-1 ta' Ġunju 2017.

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

Avviż legali - Politika tal-privatezza