Indiċi 
Minuti
PDF 250kWORD 73k
L-Erbgħa, 31 ta' Mejju 2017 - Brussell
1.Tkomplija tas-sessjoni
 2.Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza
 3.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
 4.Kompożizzjoni tal-Parlament
 5.Kompożizzjoni tal-kumitati
 6.Dokumenti mressqa
 7.Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura)
 8.Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)
 9.Azzjonijiet meħuda dwar ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
 10.Mistoqsijiet orali għal tweġiba orali (tressiq)
 11.Ordni tal-ħidma
 12.Deċiżjoni adottata dwar il-pakkett dwar il-Mobilità (dibattitu)
 13.Il-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp il-ġdid - id-dinja tagħna, id-dinjità tagħna, il-futur tagħna (dibattitu)
 14.Ir-reżiljenza bħala prijorità strateġika tal-azzjoni esterna tal-UE (dibattitu)
 15.Il-ġlieda kontra l-anti-Semitiżmu (dibattitu)
 16.L-introduzzjoni ta' miżuri kummerċjali awtonomi temporanji għall-Ukrajna ***I (dibattitu)
 17.GSP+ għas-Sri Lanka (dibattitu)
 18.Qafas Pluriennali għall-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali għall-2018-2022 *** - Qafas Pluriennali għall-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali għall-2018-2022 (dibattitu)
 19.Konferenza ta' Livell Għoli tan-NU b'appoġġ għall-implimentazzjoni tal-SDG 14 (Konferenza tan-NU dwar l-Oċeani) (dibattitu)
 20.Id-diġitalizzazzjoni tal-industrija Ewropea - Il-konnettività tal-internet għat-tkabbir, il-kompetittività u l-koeżjoni: is-soċjetà Ewropea tal-gigabits u l-5G (dibattitu)
 21.Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
 22.L-aġenda tas-seduta li jmiss
 23.Għeluq tas-seduta
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA


PRESIDENZA: Antonio TAJANI
President

1. Tkomplija tas-sessjoni

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 15.10.


2. Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza

Il-President ikkundanna bil-qawwija kollha l-attakki terroristiċi reċenti li, wara l-attakk f'Manchester fit-22 ta' Mejju, laqtu lill-Eġittu, lill-Iraq u lill-Afganistan, u għadda l-kondoljanzi tal-Parlament lill-qraba tal-vittmi.

Il-Parlament osserva minuta silenzju bħala tifkira tal-vittmi.

Il-President ikkomunika d-deċiżjoni tal-President Amerikan Donald Trump li jirtira lill-Istati Uniti mill-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima, u għarraf li hu kien se jikkonsulta mal-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker u mal-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk dwar l-inizjattivi li jenħtieġ li jiġu adottati.


3. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti

Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.


4. Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Franċiża kkomunikaw l-elezzjoni ta' Thierry Cornillet u Patricia Lalonde li jissostitwixxu, rispettivament, lil Sylvie Goulard u Marielle De Sarnez, bħala Membri tal-Parlament, b'seħħ mit-18 ta' Mejju 2017.

Il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni tagħhom.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħhom jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Thierry Cornillet et Patricia Lalonde jieħdu posthom fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdu mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikunu għamlu d-dikjarazzjoni li huma ma għandhom ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.


5. Kompożizzjoni tal-kumitati

Fuq talba tal-Grupp ALDE, il-Parlament irratifika dawn in-nomini:

Kumitat INTA: Patricia Lalonde

Kumitat ECON: Thierry Cornillet


6. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni

- Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-proċedura li permezz tagħhom il-Kummissjoni tista’ titlob lil impriżi u lil assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jipprovdu l-informazzjoni relatata mas-suq intern u ma’ oqsma relatati (COM(2017)0257 - C8-0140/2017 - 2017/0087(COD))
F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

IMCO

opinjoni :

JURI, ECON

- Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-obbligu tal-ikklerjar, is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar, ir-rekwiżiti tar-rapportar, ir-rekwiżiti tat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn kontroparti ċentrali, ir-reġistrazzjoni u s-superviżjoni ta’ repożitorji tat-tranżazzjonijiet u r-rekwiżiti għar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet. (COM(2017)0208 - C8-0147/2017 - 2017/0090(COD))
F'konformità mal-Artikolu 137(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

ECON

opinjoni :

ITRE, JURI

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta' ingranaġġ, il-proporzjon ta’ ffinanzjar stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta' kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta’ investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta’ rappurtar u divulgar u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (COM(2016)0850 [02] - C8-0158/2017 - 2016/0360B(COD))

irriferut

responsabbli :

ECON

- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet INF 1/2017 - Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (N8-0017/2017 - C8-0159/2017 - 2017/2074(GBD))

irriferut

responsabbli :

BUDG

- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 07/2017 - Taqsima III - Il-Kummissjoni (N8-0018/2017 - C8-0160/2017 - 2017/2075(GBD))

irriferut

responsabbli :

BUDG

2) mill-kumitati parlamentari

- Rapport It-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-integrità fl-istituzzjonijiet tal-UE (2015/2041(INI)) - Kumitat AFCO - Rapporteur: Sven Giegold (A8-0133/2017)

- Rapport li jinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-protezzjoni tal-adulti vulnerabbli (2015/2085(INL)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Joëlle Bergeron (A8-0152/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD) u t-twaqqif tal-Garanzija tal-EFSD u tal-Fond ta' Garanzija tal-EFSD (COM(2016)0586 - C8-0377/2016 - 2016/0281(COD)) - Kumitat AFET - Kumitat DEVE - Kumitat BUDG - Rapporteur: Eduard Kukan - Rapporteur: Doru-Claudian Frunzulică - Rapporteur: Eider Gardiazabal Rubial (A8-0170/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku u forom oħrajn ta' diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-konsumaturi fi ħdan is-suq intern u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (COM(2016)0289 - C8-0192/2016 - 2016/0152(COD)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Róża Gräfin von Thun und Hohenstein (A8-0172/2017)

- ***I Rapport Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-miżuri ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll li japplikaw fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1936/2001, (KE) Nru 1984/2003 u (KE) Nru 520/2007 (COM(2016)0401 - C8-0224/2016 - 2016/0187(COD)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Gabriel Mato (A8-0173/2017)

- Rakkomandazzjoni dwar abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Qafas Pluriennali għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-2018-2022 (14423/2016 - C8-0528/2016 - 2016/0204(APP)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Angelika Mlinar (A8-0177/2017)

- Rapport dwar l-istat tal-istokkijiet tal-ħut u s-sitwazzjoni soċjoekonomika tas-settur tas-sajd fil-Mediterran (2016/2079(INI)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Marco Affronte (A8-0179/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 fejn tidħol il-promozzjoni tal-konnettività tal-internet fil-komunitajiet lokali (COM(2016)0589 - C8-0378/2016 - 2016/0287(COD)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Carlos Zorrinho (A8-0181/2017)

- Rapport dwar id-diġitalizzazzjoni tal-industrija Ewropea (COM(2016)0180 - 2016/2271(INI)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Reinhard Bütikofer (A8-0183/2017)

- Rapport dwar il-konnettività tal-internet għat-tkabbir, il-kompetittività u l-koeżjoni: is-soċjetà Ewropea tal-gigabits u l-5G (2016/2305(INI)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Michał Boni (A8-0184/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Moldova (COM(2017)0014 - C8-0016/2017 - 2017/0007(COD)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Sorin Moisă (A8-0185/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni) (COM(2016)0465 - C8-0323/2016 - 2016/0222(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Sophia in 't Veld (A8-0186/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (COM(2015)0615 - C8-0387/2015 - 2015/0278(COD)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Morten Løkkegaard (A8-0188/2017)

- * Rapport dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE, rigward ir-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud li japplikaw għall-kotba, għall-gazzetti u għall-perjodiċi (COM(2016)0758 - C8-0529/2016 - 2016/0374(CNS)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Tom Vandenkendelaere (A8-0189/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni ta' miżuri kummerċjali awtonomi temporanji għall-Ukrajna li jissupplimentaw il-konċessjonijiet kummerċjali disponibbli taħt il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni (COM(2016)0631 - C8-0392/2016 - 2016/0308(COD)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Jarosław Wałęsa (A8-0193/2017)

- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Béla Kovács (2016/2266(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Heidi Hautala (A8-0203/2017)


7. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura)

Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 rigward l-użu tal-poliaspartat tal-potassju (D050363/02 - 2017/2700(RPS) - skadenza: 17 ta' Lulju 2017)
irriferut lill-kumitat responsabbli ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1031/2010 biex l-irkantar ta’ kwoti jiġi allinjat mad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 u biex tiġi elenkata pjattaforma tal-irkant li trid tinħatar mir-Renju Unit (D050682/01 - 2017/2698(RPS) - skadenza: 16 ta' Awissu 2017)
irriferut lill-kumitat responsabbli ENVI
opinjoni: ITRE (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)


8. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)

L-abbozzi ta' atti delegati ntbagħtu lill-Parlament:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trademark Komunitarja u li jirrevoka r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 u (KE) Nru 216/96 (C(2017)03212 - 2017/2707(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 18 Mejju 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: JURI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta lir-Regolament (UE) Nru 536/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-prinċipji u l-linji gwida dwar il-prassi tajba tal-manifattura tal-prodotti mediċinali fil-fażi ta’ investigazzjoni għall-użu mill-bniedem u l-arranġamenti għall-ispezzjonijiet (C(2017)03368 - 2017/2710(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 23 Mejju 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 607/2009 fir-rigward ta’ varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid u s-sinonimi tagħhom li jistgħu jidhru fuq it-tikkettar tal-inbejjed (C(2017)03398 - 2017/2708(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 19 Mejju 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1395/2014 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar tal-ħut għal ċertu sajd ta' ħut pelaġiku żgħir u ċertu sajd għal skopijiet industrijali fil-Baħar tat-Tramuntana (C(2017)03419 - 2017/2711(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 24 Mejju 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: PECH

Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-irtirar tal-att delegat li ġej:

- Irtirar tar-Regolament delegat C(2017)00393 tat-2 ta' Frar 2017 dwar l-adattament tal-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (C(2017)03722 – 2017/2556(DEA))

Data tal-wasla : id-29 ta' Mejju 2017

Irriferut lill-kumitat responsabbli TRAN


9. Azzjonijiet meħuda dwar ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament

Il-komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward tar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjonijet parzjali ta' Novembru I 2016 u Frar I 2017 huma disponibbli fuq is-sit Europarl.


10. Mistoqsijiet orali għal tweġiba orali (tressiq)

Il-mistoqsijiet orali għal tweġiba orali li ġejjin tressqu mill-Membri (Artikolu 128 tar-Regoli ta' Proċedura):

—   (O-000031/2017) imressqa minn Linnéa Engström, f'isem il-Kumitat PECH, lill-Kummissjoni: Il-Konferenza ta' livell għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Appoġġ tal-Implimentazzjoni tal-SDG 14 (Konferenza tal-Oċean tan-NU) (2017/2653(RSP)) (B8-0311/2017);

—   (O-000032/2017) imressqa minn Linda McAvan, f'isem il-Kumitat DEVE, lill-Kunsill: Ir-reżiljenza bħala prijorità strateġika tal-azzjoni esterna tal-UE (2017/2594(RSP)) (B8-0312/2017);

—   (O-000033/2017) imressqa minn Linda McAvan, f'isem il-Kumitat DEVE, lill-Kummissjoni: Ir-reżiljenza bħala prijorità strateġika tal-azzjoni esterna tal-UE (2017/2594(RSP)) (B8-0313/2017);

—   (O-000034/2017) imressqa minn Linda McAvan, f'isem il-Kumitat DEVE, lill-Kummissjoni (Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà): Ir-reżiljenza bħala prijorità strateġika tal-azzjoni esterna tal-UE (2017/2594(RSP)) (B8-0314/2017).


11. Ordni tal-ħidma

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' ta' Mejju II 2017 (PE 605.461/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 149a tar-Regoli ta' Proċedura):

L-Erbgħa

Il-President ippropona, bi qbil mal-gruppi politiċi, modifika tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Qafas Pluriennali għall-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali għall-2018-2022 (Point 27 du PDOJ) fid-Dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni u tal-Kunsill

Il-Parlament qabel ma' din il-proposta.

Il-Ħamis

Il-President għarraf li r-rapport ta' Heidi Hautala dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Béla Kovács (A8-0203/2017) se jitressaq għall-votazzjoni waqt il-ħin għall-votazzjoni ta' għada, il-Ħamis l-1 ta' Ġunju 2017.

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.


12. Deċiżjoni adottata dwar il-pakkett dwar il-Mobilità (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Deċiżjoni adottata dwar il-pakkett dwar il-Mobilità (2017/2606(RSP))

Maroš Šefčovič (Viċi President tal-Kummissjoni) u Violeta Bulc (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjoni.

Interventi ta': Wim van de Camp f'isem il-Grupp PPE, u Ismail Ertug f'isem il-Grupp S&D.

PRESIDENZA: Ulrike LUNACEK
Viċi President

Interventi ta': Kosma Złotowski f'isem il-Grupp ECR, Pavel Telička f'isem il-Grupp ALDE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Doru-Claudian Frunzulică, Rina Ronja Kari f'isem il-Grupp GUE/NGL, Karima Delli f'isem il-Grupp Verts/ALE, Peter Lundgren f'isem il-Grupp EFDD, Markus Pieper, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Michael Cramer, Jutta Steinruck, Richard Sulík, Dennis de Jong, Jakop Dalunde, Daniela Aiuto, Andor Deli, Kathleen Van Brempt, Jill Seymour, Luis de Grandes Pascual, Isabella De Monte, Massimiliano Salini, Bogusław Liberadzki, Deirdre Clune, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Claudia Țapardel u Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Danuta Jazłowiecka, Nicola Caputo, Notis Marias, Izaskun Bilbao Barandica, Paloma López Bermejo, Michael Cramer, Claudia Schmidt u Maria Grapini.

Interventi ta': Violeta Bulc u Maroš Šefčovič.

Id-dibattitu ngħalaq.


13. Il-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp il-ġdid - id-dinja tagħna, id-dinjità tagħna, il-futur tagħna (dibattitu)

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Il-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp il-ġdid - id-dinja tagħna, id-dinjità tagħna, il-futur tagħna (2017/2586(RSP))

Il-President ippreċiżat ir-raġunijiet għall-preżenza ta' Matti Maasikas (l-Estonja) bħala President fil-kariga tal-Kunsill, minflok rappreżentant tal-Presidenza attwali Maltija.

Matti Maasikas (President fil-kariga tal-Kunsill) u Neven Mimica (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.

Interventi ta': Bogdan Brunon Wenta f'isem il-Grupp PPE, Linda McAvan f'isem il-Grupp S&D, Eleni Theocharous f'isem il-Grupp ECR, Charles Goerens f'isem il-Grupp ALDE, Lola Sánchez Caldentey f'isem il-Grupp GUE/NGL, Maria Heubuch f'isem il-Grupp Verts/ALE, Raymond Finch f'isem il-Grupp EFDD, li rrifjuta mistoqsija "karta blu" ta' Maria Grapini, Olaf Stuger f'isem il-Grupp ENF, u José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra.

PRESIDENZA: Bogusław LIBERADZKI
Viċi President

Interventi ta': Elena Valenciano, Joachim Zeller, Enrique Guerrero Salom, Doru-Claudian Frunzulică, Cécile Kashetu Kyenge, Patrizia Toia, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Charles Goerens, u Paulo Rangel.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Nicola Caputo, João Ferreira, Notis Marias, Ilhan Kyuchyuk, Julie Ward, Eleftherios Synadinos u Maria Grapini.

Interventi ta': Neven Mimica u Matti Maasikas.

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa sabiex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura:

—   Charles Goerens, f'isem il-Grupp ALDE, Lola Sánchez Caldentey, Merja Kyllönen, Dimitrios Papadimoulis, Stelios Kouloglou, Kostas Chrysogonos, Kostadinka Kuneva, f'isem il-Grupp GUE/NGL, Maria Heubuch, Heidi Hautala, Judith Sargentini, f'isem il-Grupp Verts/ALE, Ignazio Corrao u Rosa D’Amato, f'isem il-Grupp EFDD, dwar stqarrija konġunta mill-Kunsill u mir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp il-ġdid – id-Dinja tagħna, id-Dinjità tagħna, il-Futur tagħna (2017/2586(RSP)) (B8-0387/2017);

—   Bogdan Brunon Wenta, Norbert Neuser u Linda McAvan, f'isem il-Kumitat DEVE, dwar stqarrija konġunta mill-Kunsill u mir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp il-ġdid – id-Dinja tagħna, id-Dinjità tagħna, il-Futur tagħna (2017/2586(RSP)) (B8-0390/2017).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 7.10 tal-Minuti ta' 1.6.2017.


14. Ir-reżiljenza bħala prijorità strateġika tal-azzjoni esterna tal-UE (dibattitu)

Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000032/2017) imressqa minn Linda McAvan, f'isem il-Kumitat DEVE, lill-Kunsill: Ir-reżiljenza bħala prijorità strateġika tal-azzjoni esterna tal-UE (2017/2594(RSP)) (B8-0312/2017)

Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000033/2017) imressqa minn Linda McAvan, f'isem il-Kumitat DEVE, lill-Kummissjoni: Ir-reżiljenza bħala prijorità strateġika tal-azzjoni esterna tal-UE (2017/2594(RSP)) (B8-0313/2017)

Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000034/2017) imressqa minn Linda McAvan, f'isem il-Kumitat DEVE, lill-Kummissjoni (Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà): Ir-reżiljenza bħala prijorità strateġika tal-azzjoni esterna tal-UE (2017/2594(RSP)) (B8-0314/2017).

Enrique Guerrero Salom daħal aktar fil-fond dwar il-mistoqsijiet.

Matti Maasikas (President fil-kariga tal-Kunsill) wieġeb il-mistoqsija B8-0312/2017.

Věra Jourová (Membru tal-Kummissjoni) wieġbet il-mistoqsijiet B8-0313/2017 u B8-0314/2017.

Interventi ta': Joachim Zeller f'isem il-Grupp PPE, Cécile Kashetu Kyenge f'isem il-Grupp S&D, Eleni Theocharous f'isem il-Grupp ECR, Jasenko Selimovic f'isem il-Grupp ALDE, Lola Sánchez Caldentey f'isem il-Grupp GUE/NGL, Georgios Epitideios Membru mhux affiljat, Bogdan Brunon Wenta, Doru-Claudian Frunzulică u Lefteris Christoforou.

PRESIDENZA: Evelyne GEBHARDT
Viċi President

Interventi ta': Ana Gomes u Željana Zovko.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Nicola Caputo, Notis Marias, Ilhan Kyuchyuk, Kateřina Konečná, Julie Ward, Maria Grapini u João Ferreira.

Interventi ta': Věra Jourová u Matti Maasikas.

Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura:

—   Linda McAvan, f'isem il-Kumitat DEVE, dwar ir-reżiljenza bħala prijorità strateġika tal-azzjoni esterna tal-UE (2017/2594(RSP)) (B8-0381/2017).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 7.11 tal-Minuti ta' 1.6.2017.


15. Il-ġlieda kontra l-anti-Semitiżmu (dibattitu)

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Il-ġlieda kontra l-anti-Semitiżmu (2017/2692(RSP))

Matti Maasikas (President fil-kariga tal-Kunsill) u Věra Jourová (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.

Interventi ta': Heinz K. Becker f'isem il-Grupp PPE, Juan Fernando López Aguilar f'isem il-Grupp S&D, Branislav Škripek f'isem il-Grupp ECR, Cecilia Wikström f'isem il-Grupp ALDE, Barbara Spinelli f'isem il-Grupp GUE/NGL, Bodil Valero f'isem il-Grupp Verts/ALE, Gerard Batten f'isem il-Grupp EFDD, Mario Borghezio f'isem il-Grupp ENF, Steven Woolfe Membru mhux affiljat, Fulvio Martusciello, Péter Niedermüller, Jussi Halla-aho, Reinhard Bütikofer, Beatrix von Storch, Georg Mayer, Lars Adaktusson, Cécile Kashetu Kyenge, Anders Primdahl Vistisen, Margrete Auken, Bas Belder, Anna Elżbieta Fotyga u Ulrike Trebesius.

PRESIDENZA: Ryszard CZARNECKI
Viċi President

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Patricija Šulin, Nicola Caputo, Sajjad Karim, Beatriz Becerra Basterrechea, Marijana Petir, Maria Arena, Takis Hadjigeorgiou u Evelyne Gebhardt.

Interventi ta': Věra Jourová u Matti Maasikas.

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa sabiex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura:

—   Roberta Metsola u Heinz K. Becker, f'isem il-Grupp PPE, Juan Fernando López Aguilar, Birgit Sippel, Claude Moraes, Monika Flašíková Beňová, Cécile Kashetu Kyenge, Elly Schlein, Ana Gomes, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Marju Lauristin, Emilian Pavel, Tanja Fajon u Viorica Dăncilă, f'isem il-Grupp S&D, Cecilia Wikström, Beatriz Becerra Basterrechea u Nathalie Griesbeck, f'isem il-Grupp ALDE, dwar il-ġlieda kontra l-anti-Semitiżmu (2017/2692(RSP)) (B8-0383/2017);

—   Barbara Spinelli, Marie-Christine Vergiat, Martina Michels, Cornelia Ernst, Patrick Le Hyaric, Merja Kyllönen, Sofia Sakorafa, Stefan Eck u Malin Björk, f'isem il-Grupp GUE/NGL, Bodil Valero, Pascal Durand, Benedek Jávor, Florent Marcellesi, Ernest Urtasun, Michèle Rivasi, Judith Sargentini, Margrete Auken u Eva Joly, f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar il-ġlieda kontra l-anti-Semitiżmu (2017/2692(RSP)) (B8-0388/2017).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 7.12 tal-Minuti ta' 1.6.2017.


16. L-introduzzjoni ta' miżuri kummerċjali awtonomi temporanji għall-Ukrajna ***I (dibattitu)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni ta' miżuri kummerċjali awtonomi temporanji għall-Ukrajna li jissupplimentaw il-konċessjonijiet kummerċjali disponibbli skont il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni [COM(2016)0631 - C8-0392/2016- 2016/0308(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Jarosław Wałęsa (A8-0193/2017)

Jarosław Wałęsa ippreżenta r-rapport.

Intervent ta': Cecilia Malmström (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Czesław Adam Siekierski (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AGRI), Jaromír Štětina f'isem il-Grupp PPE, Marita Ulvskog f'isem il-Grupp S&D, Zbigniew Kuźmiuk f'isem il-Grupp ECR, Jasenko Selimovic f'isem il-Grupp ALDE, Eleonora Forenza f'isem il-Grupp GUE/NGL, Heidi Hautala f'isem il-Grupp Verts/ALE, Philippe Loiseau f'isem il-Grupp ENF, Pavel Svoboda, Tibor Szanyi, Edouard Ferrand u Joachim Schuster.

Intervent skont il-proċedura "catch the eye" ta': Bronis Ropė.

Interventi ta': Cecilia Malmström u Jarosław Wałęsa.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 7.5 tal-Minuti ta' 1.6.2017.


17. GSP+ għas-Sri Lanka (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: GSP+ għas-Sri Lanka (2017/2693(RSP))

Cecilia Malmström (Membru tal-Kummissjoni) għamlet id-dikjarazzjoni.

Interventi ta': Thomas Mann f'isem il-Grupp PPE, Agnes Jongerius f'isem il-Grupp S&D, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' James Carver, Sajjad Karim f'isem il-Grupp ECR, Anne-Marie Mineur f'isem il-Grupp GUE/NGL, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' James Carver, Jean Lambert f'isem il-Grupp Verts/ALE, Tiziana Beghin f'isem il-Grupp EFDD, u Bernd Lange.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Notis Marias, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Sajjad Karim, Bronis Ropė u Georgios Epitideios.

Intervent ta': Cecilia Malmström.

Id-dibattitu ngħalaq.


18. Qafas Pluriennali għall-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali għall-2018-2022 *** - Qafas Pluriennali għall-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali għall-2018-2022 (dibattitu)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Qafas Pluriennali għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-2018-2022 [14423/2016 - C8-0528/2016- 2016/0204(APP)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Angelika Mlinar (A8-0177/2017)

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Qafas Pluriennali għall-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali għall-2018-2022 (2017/2702(RSP))

Angelika Mlinar ippreżentat ir-rakkomandazzjoni.

Matti Maasikas (President fil-kariga tal-Kunsill) għamel id-dikjarazzjoni.

PRESIDENZA: Ildikó GÁLL-PELCZ
Viċi President

Věra Jourová (Membru tal-Kummissjoni) għamlet id-dikjarazzjoni.

Interventi ta': József Nagy f'isem il-Grupp PPE, Soraya Post f'isem il-Grupp S&D, Branislav Škripek f'isem il-Grupp ECR, Nathalie Griesbeck f'isem il-Grupp ALDE, Marina Albiol Guzmán f'isem il-Grupp GUE/NGL, Ulrike Lunacek f'isem il-Grupp Verts/ALE, Beatrix von Storch f'isem il-Grupp EFDD, Auke Zijlstra f'isem il-Grupp ENF, Udo Voigt Membru mhux affiljat, Csaba Sógor, Cécile Kashetu Kyenge, Gilles Lebreton u Milan Zver.

Intervent skont il-proċedura "catch the eye" ta': Notis Marias.

Interventi ta': Věra Jourová, Matti Maasikas u Angelika Mlinar.

Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura:

—   József Nagy, Roberta Metsola, f'isem il-Grupp PPE, Soraya Post u Birgit Sippel, f'isem il-Grupp S&D, Angelika Mlinar u Nathalie Griesbeck, f'isem il-Grupp ALDE, Barbara Spinelli, Cornelia Ernst, Merja Kyllönen, Kateřina Konečná, Josu Juaristi Abaunz, Dimitrios Papadimoulis, Kostadinka Kuneva, Stelios Kouloglou u Kostas Chrysogonos, f'isem il-Grupp GUE/NGL, Ulrike Lunacek, Judith Sargentini, Josep-Maria Terricabras, Bas Eickhout, Tatjana Ždanoka, Eva Joly u Pascal Durand, f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar il-Qafas Pluriennali għall-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali għall-2018-2022 (2017/2702(RSP)) (B8-0384/2017).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 7.7 tal-Minuti ta' 1.6.2017 u punt 7.8 tal-Minuti ta' 1.6.2017.


19. Konferenza ta' Livell Għoli tan-NU b'appoġġ għall-implimentazzjoni tal-SDG 14 (Konferenza tan-NU dwar l-Oċeani) (dibattitu)

Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000031/2017) imressqa minn Linnéa Engström, f'isem il-Kumitat PECH, lill-Kummissjoni: Il-Konferenza ta' livell għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Appoġġ tal-Implimentazzjoni tal-SDG 14 (Konferenza tal-Oċean tan-NU) (2017/2653(RSP)) (B8-0311/2017)

Linnéa Engström daħlet aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.

Karmenu Vella (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb il-mistoqsija.

Interventi ta': Jarosław Wałęsa f'isem il-Grupp PPE, Ricardo Serrão Santos f'isem il-Grupp S&D, Julie Girling f'isem il-Grupp ECR, Norica Nicolai f'isem il-Grupp ALDE, Maria Lidia Senra Rodríguez f'isem il-Grupp GUE/NGL, Sylvie Goddyn f'isem il-Grupp ENF, Francisco José Millán Mon, Simona Bonafè, Sirpa Pietikäinen u José Inácio Faria.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Nicola Caputo u Notis Marias.

Intervent ta': Karmenu Vella.

Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura:

—   Alain Cadec, f'isem il-Kumitat PECH, dwar il-Konferenza ta' Livell Għoli tan-NU b'Appoġġ għall-Implimentazzjoni tal-SDG 14 (Konferenza tan-NU dwar l-Oċeani) (2017/2653(RSP)) (B8-0382/2017).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 7.13 tal-Minuti ta' 1.6.2017.


20. Id-diġitalizzazzjoni tal-industrija Ewropea - Il-konnettività tal-internet għat-tkabbir, il-kompetittività u l-koeżjoni: is-soċjetà Ewropea tal-gigabits u l-5G (dibattitu)

Rapport dwar id-diġitalizzazzjoni tal-industrija Ewropea [2016/2271(INI)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Reinhard Bütikofer (A8-0183/2017)

Rapport dwar il-konnettività tal-internet għat-tkabbir, il-kompetittività u l-koeżjoni: is-soċjetà Ewropea tal-gigabits u l-5G [2016/2305(INI)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Michał Boni (A8-0184/2017)

Reinhard Bütikofer u Michał Boni ippreżentaw ir-rapport.

Intervent ta': Karmenu Vella (Membru tal-Kummissjoni).

PRESIDENZA: Ramón Luis VALCÁRCEL SISO
Viċi President

Interventi ta': Marju Lauristin (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat EMPL), Antonio López-Istúriz White (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat IMCO), Nicola Danti (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat IMCO), Pavel Telička (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat TRAN), Kosma Złotowski (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat TRAN), Pavel Telička dwar it-tmexxija tal-laqgħa, Angel Dzhambazki (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat CULT), Silvia Costa (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat CULT), Massimiliano Salini f'isem il-Grupp PPE, Victor Negrescu f'isem il-Grupp S&D, Zdzisław Krasnodębski f'isem il-Grupp ECR, Cora van Nieuwenhuizen f'isem il-Grupp ALDE, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tibor Szanyi, Paloma López Bermejo f'isem il-Grupp GUE/NGL, Barbara Kappel f'isem il-Grupp ENF, Eva Maydell, Martina Werner, Edouard Ferrand, Henna Virkkunen, Carlos Zorrinho, Seán Kelly, Miapetra Kumpula-Natri u Theodor Dumitru Stolojan.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Jiří Pospíšil, Nicola Caputo, Notis Marias, João Ferreira u Csaba Sógor.

Interventi ta': Karmenu Vella, Reinhard Bütikofer u Michał Boni.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 7.9 tal-Minuti ta' 1.6.2017 u punt 7.3 tal-Minuti ta' 1.6.2017.


21. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika

Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura:

Ivan Štefanec, Tibor Szanyi, Paloma López Bermejo, Angel Dzhambazki, Beatrix von Storch, Konstantinos Papadakis, Daniel Buda, Andrejs Mamikins, Notis Marias, Kateřina Konečná, Jiří Pospíšil, Nicola Caputo, Martina Anderson u Victor Negrescu.


22. L-aġenda tas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 605.461/OJJE).


23. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 23.15.

Klaus Welle

Antonio Tajani

Segretarju Ġenerali

President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Preżenti:

Adaktusson, Adinolfi, Agea, Agnew, Aguilera García, Aiuto, Albiol Guzmán, Albrecht, Ali, Alliot-Marie, Anderson Martina, Andersson, Andrieu, Andrikienė, Androulakis, Arena, Arnautu, Arthuis, Ashworth, Atkinson, Auken, Auštrevičius, Ayala Sender, Ayuso, Bach, Balas, Balczó, Balz, Barekov, Batten, Bayet, Bearder, Becerra Basterrechea, Beghin, Belder, Belet, Bendtsen, Benifei, Benito Ziluaga, Berès, Bergeron, Bilbao Barandica, Bilde, Bizzotto, Blanco López, Blinkevičiūtė, Bocskor, Böge, Bogovič, Bonafè, Boni, Borghezio, Borzan, Boutonnet, Boylan, Bresso, Briano, Briois, Brok, Buchner, Buda, Buşoi, Bütikofer, Cabezón Ruiz, Cadec, Calvet Chambon, van de Camp, Caputo, Carthy, Carver, Caspary, Cavada, Cesa, Charanzová, Chauprade, Chinnici, Chountis, Christensen, Christoforou, Chrysogonos, Cicu, Cirio, Clune, Coelho, Collin-Langen, Corbett, Cornillet, Corrao, Costa, Couso Permuy, Cozzolino, Cramer, Cristea, Csáky, Czarnecki, van Dalen, Dalton, Dalunde, D'Amato, Dance, Danjean, Danti, Dantin, Deli, Delli, Delvaux, De Masi, Demesmaeker, De Monte, Deprez, Deß, Diaconu, Díaz de Mera García Consuegra, Dohrmann, Dorfmann, D'Ornano, Durand, Dzhambazki, Eck, Epitideios, Erdős, Ernst, Ertug, Estaràs Ferragut, Etheridge, Fajon, Faria, Federley, Ferber, Fernandes, Fernández, Ferrand, Ferreira, Finch, Fisas Ayxelà, Fitto, Fjellner, Flanagan, Beňová, Florenz, Fontana, Forenza, Foster, Fotyga, Fountoulis, Fox, Freund, Frunzulică, Gabriel, Gahler, Gál, Gáll-Pelcz, Gambús, García Pérez, Gardiazabal Rubial, Gardini, Gasbarra, Gebhardt, Gentile, Gerbrandy, Gericke, Geringer de Oedenberg, Gierek, Gill Neena, Gill Nathan, Giuffrida, Goddyn, Goerens, Gollnisch, Gomes, González Pons, Gosiewska, Grammatikakis, de Grandes Pascual, Grapini, Gräßle, Graswander-Hainz, Griesbeck, Griffin, Grigule-Pēterse, Grossetête, Grzyb, Gualtieri, Guerrero Salom, Guillaume, Guteland, Gyürk, Hadjigeorgiou, Halla-aho, Hannan, Harkin, Harms, Hautala, Hayes, Hedh, Henkel, Herranz García, Heubuch, Hoc, Hohlmeier, Hökmark, Honeyball, Hortefeux, Hübner, Hudghton, Huitema, Hyusmenova, in 't Veld, Iturgaiz, Ivan, Jaakonsaari, Jäätteenmäki, Jadot, Jahr, Jakovčić, Jalkh, James, Jáuregui Atondo, Jazłowiecka, Ježek, Jiménez-Becerril Barrio, de Jong, Jongerius, Joulaud, Juaristi Abaunz, Jurek, Kadenbach, Kaili, Kalinowski, Kallas, Kalniete, Kammerevert, Kappel, Karas, Kari, Karim, Kariņš, Karski, Kaufmann, Kelam, Keller Jan, Keller Ska, Kelly, Koch, Kofod, Kohlíček, Kohn, Kölmel, Konečná, Köster, Kouloglou, Kouroumbashev, Kovatchev, Kozłowska-Rajewicz, Krasnodębski, Krehl, Krupa, Kudrycka, Kuhn, Kukan, Kumpula-Natri, Kuneva, Kuźmiuk, Kyenge, Kyllönen, Kyrtsos, Kyuchyuk, Lamassoure, Lambert, Lange, Langen, Lauristin, La Via, Lavrilleux, Lebreton, Legutko, Le Hyaric, Leinen, Lenaers, Lewandowski, Liberadzki, Liese, Lins, Loiseau, Loones, Lope Fontagné, López, López Aguilar, López Bermejo, López-Istúriz White, Lösing, Lucke, Ludvigsson, Łukacijewska, Lunacek, Lundgren, Łybacka, McAllister, McAvan, McClarkin, McGuinness, Macovei, Maletić, Malinov, Maltese, Mamikins, Maňka, Mann, Marcellesi, Marias, Marinescu, Marinho e Pinto, Martin David, Martin Edouard, Martusciello, Marusik, Matias, Mato, Maurel, Mavrides, Maydell, Mayer Georg, Mayer Alex, Mazuronis, Meissner, Melior, Melo, Michels, Mihaylova, Mikolášik, Millán Mon, van Miltenburg, Mineur, Mlinar, Moi, Moisă, Molnár, Moraes, Morano, Morgano, Morin-Chartier, Müller, Mureşan, Mussolini, Nagy, Negrescu, Nica, Nicholson, Nicolai, Niebler, Niedermayer, Niedermüller, van Nieuwenhuizen, Nilsson, Ní Riada, van Nistelrooij, Noichl, Obermayr, O'Flynn, Omarjee, Ożóg, Pabriks, Paet, Pagazaurtundúa Ruiz, Paksas, Panzeri, Papadakis Demetris, Papadakis Konstantinos, Papadimoulis, Pargneaux, Paşcu, Pavel, Pedicini, Peillon, Petersen, Petir, Picierno, Picula, Pieper, Pietikäinen, Pimenta Lopes, Piotrowski, Pirinski, Pitera, Plura, Poc, Poche, Pogliese, Polčák, Pospíšil, Post, Preda, Preuß, Procter, Proust, Quisthoudt-Rowohl, Radoš, Rangel, Rebega, Reda, Reding, Regner, Reid, Reintke, Reul, Revault d'Allonnes Bonnefoy, Ribeiro, Ries, Riquet, Rochefort, Rodrigues Liliana, Rodrigues Maria João, Rodríguez-Piñero Fernández, Rodust, Rohde, Rolin, Ropė, Rosati, Rozière, Ruas, Rübig, Ruohonen-Lerner, Saïfi, Sakorafa, Salafranca Sánchez-Neyra, Salini, Sánchez Caldentey, Sander, Sant, dos Santos, Sârbu, Sargentini, Saryusz-Wolski, Sassoli, Saudargas, Schaake, Schaldemose, Schlein, Schmidt, Scholz, Schöpflin, Schreijer-Pierik, Schulze, Schuster, Schwab, Sehnalová, Selimovic, Senra Rodríguez, Sernagiotto, Serrão Santos, Seymour, Siekierski, Silva Pereira, Simon Peter, Simon Siôn, Škripek, Škrlec, Smith, Smolková, Sógor, Šojdrová, Solé, Šoltes, Sommer, Spinelli, Staes, Starbatty, Štefanec, Steinruck, Štětina, Stevens, Stihler, Stolojan, von Storch, Stuger, Šuica, Sulík, Šulin, Svoboda, Swinburne, Sylikiotis, Synadinos, Szájer, Szanyi, Szejnfeld, Tajani, Takkula, Tamburrano, Tănăsescu, Tang, Tannock, Țapardel, Tarabella, Tarand, Telička, Terricabras, Theocharous, Theurer, Thomas, Thun und Hohenstein, Toia, Tolić, Tomaševski, Tomašić, Tomc, Toom, Torres Martínez, Torvalds, Tošenovský, Trebesius, Tremosa i Balcells, Troszczynski, Trüpel, Ţurcanu, Turmes, Ujazdowski, Ulvskog, Ungureanu, Urbán Crespo, Urtasun, Urutchev, Uspaskich, Vaidere, Vajgl, Valcárcel Siso, Vălean, Valenciano, Valero, Valli, Vallina, Vana, Van Brempt, Vandenkendelaere, Van Orden, Vaughan, Vautmans, Väyrynen, Vergiat, Verheyen, Viegas, Vilimsky, Viotti, Virkkunen, Vistisen, Voigt, Voss, Wałęsa, Ward, Weidenholzer, Wenta, Werner, Westphal, Wieland, Wikström, Winkler Hermann, Winkler Iuliu, Wiśniewska, Wölken, Woolfe, Zahradil, Zala, Zanonato, Ždanoka, Zdechovský, Zdrojewski, Zeller, Zemke, Zijlstra, Zīle, Zimmer, Žitňanská, Złotowski, Zoffoli, Żółtek, Zorrinho, Zovko, Zullo, Zver, Zwiefka

Skużati:

Bettini, Borrelli, Cofferati, Crowley, Drăghici, Händel, Kirton-Darling, Korwin-Mikke, Maštálka, Matera, Mélin, Messerschmidt, Mosca, Punset

Avviż legali - Politika tal-privatezza