Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni ta' miżuri kummerċjali awtonomi temporanji għall-Ukrajna li jissupplimentaw il-konċessjonijiet kummerċjali disponibbli skont il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni [COM(2016)0631 - C8-0392/2016- 2016/0308(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Jarosław Wałęsa (A8-0193/2017)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)
Intervent ta' Jarosław Wałęsa, wara l-votazzjoni, biex jitlob li l-kwistjoni tiġi riferuta lill-kumitat kompetenti għall-finijiet tan-negozjati interistituzzjonali, b'konformità mal-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura. Il-Parlament approva t-talba.