Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 3 ta' Lulju 2017 - Strasburgu

2. In memoriam
CRE

Il-President ta ġieħ, f'isem il-Parlament, lill-memorja ta' Simone Veil, l-ewwel President tal-Parlament Ewropew elett b'suffraġju universali dirett.

Il-Parlament osserva minuta silenzju.

Il-President għarraf li ċerimonja kommemorattiva għal Simone Veil se ssir l-għada t-Tlieta 4 ta' Lulju 2017 fl-Emiċiklu f'12.00 u li l-Membri li se jmorru l-funeral, l-Erbgħa 5 ta' Lulju 2017 f'Pariġi, se jiġu meqjusa bħala "assenti ġġustifikati".

Intervent ta' Terry Reintke, dwar l-adozzjoni mill-Bundestag Ġermaniż fit-30 ta' Ġunju 2017 tal-liġi dwar iż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess, Franck Proust f'isem il-Grupp PPE, Nathalie Griesbeck f'isem il-Grupp ALDE, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy f'isem il-Grupp S&D, u Ulrike Lunacek f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar il-personalità politika ta' Simone Veil, u Patrizia Toia, ukoll dwar dan is-suġġett u biex tfakkar is-sitwazzjoni kritika kkawżata mill-influss ta' immigranti fl-Italja.

Avviż legali - Politika tal-privatezza