9. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President ħabbar id-deċiżjonijiet ta' diversi Kumitati biex jidħlu f'negozjati interistituzzjonali, bi qbil mal-Artikolu 69c(1) tar-Regoli ta' Proċedura:
- Kumitat LIBE, fuq il-bażi tar-rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards għall-kwalifika ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal status uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta' Novembru 2003 dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti fit-tul (COM(2016)0466 – C8-0324/2016 – 2016/0223(COD)). Rapporteur: Tanja Fajon (A8-0245/2017)
- Kumitat LIBE, fuq il-bażi tar-rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet tad-dħul u tar-residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ impjieg b’ħiliet għolja (COM(2016)0378 – C8-0213/2016 – 2016/0176(COD)). Rapporteur: Claude Moraes (A8-0240/2017)
- Kumitat REGI, fuq il-bażi tar-rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1059/2003 fir-rigward tat-tipoloġiji territorjali (Tercet) (COM(2016)0788 – C8-0516/2016 – 2016/0393(COD)). Rapporteur: Iskra Mihaylova (A8-0231/2017)
- Kumitat INTA, fuq il-bażi tar-rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1036 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE) 2016/1037 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (COM(2016)0721 - C8-0456/2016 – 2016/0351(COD)). Rapporteur: Salvatore Cicu (A8-0236/2017)
- Kumitati EMPL u CULT, fuq il-bażi tar-rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas komuni għall-għoti ta' servizzi aħjar għall-ħiliet u l-kwalifiki (Europass), u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2241/2004/KE (COM(2016)0625 - C8-0404/2016 – 2016/0304(COD)). Rapporteurs: Svetoslav Hristov Malinov u Thomas Mann (A8-0244/2017)
- Kumitat EMPL, fuq il-bażi tar-rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma' persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta' dejta fuq livell individwali miġbura minn kampjuni (COM(2016)0551 – C8-0345/2016 – 2016/0264(COD)). Rapporteur: Tamás Meszerics (A8-0247/2017).
Bi qbil mal-Artikolu 69c(2) tar-Regoli ta' Proċedura, Membri jew grupp(i) politiku/ċi li jilħqu tal-inqas il-limitu medju jistgħu jitolbu bil-miktub, qabel nofsillejl tal-għada, it-Tlieta 4 ta' Lulju 2017, li deċiżjoni ta' kumitat li tkun se tidħol f'negozjati titqiegħed għall-votazzjoni.
In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun għaddiet din l-iskadenza jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għal votazzjoni fil-Parlament dwar id-deċiżjoni meħuda għal dħul f'negozjati.