10. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)
Bi qbil mal-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati għarraf lill-President tal-Parlament li ma tqajmet l-ebda oġġezzjoni fil-konfront ta':
- ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat JURI li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ġunju 2017 li jissostitwixxi l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li joħloq proċedura għal ordni ta' ħlas Ewropea (C(2017)03984 – 2017/2747(DEA)) (B8-0437/2017)
- ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat JURI li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ġunju 2017 li jissostitwixxi l-Annessi I, II, III u IV għar-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar (C(2017)03982 – 2017/2748(DEA)) (B8-0438/2017)
Jekk tali rakkomandazzjonijiet ma jkunux is-suġġett ta' oppożizzjoni min-naħa ta' grupp politiku jew ta' almenu erbgħin Membru sa teminu ta' erbgħa u għoxrin siegħa, jitqiesu approvati. Fil-każ kuntrarju, se jkunu sottoposti għal votazzjoni.
Iż-żewġ rakkomandazzjonijiet huma disponibbli fuq is-sit Europarl għall-perjodu ta' din is-sessjoni parzjali.