Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 3 ta' Lulju 2017 - Strasburgu

11. Interpretazzjonijiet tar-Regoli ta' Proċedura

Il-President informa lill-Parlament, skont l-Artikolu 226(3) tar-Regoli ta' Proċedura dwar l-interpretazzjoni li ġejja tal-Artikolu 5(5) tar-Regoli ta' Proċedura, mogħtija mill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali li ġie kkonsultat dwar l-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni:

"L-aċċess għall-informazzjoni kunfidenzjali hija suġġetta għar-regoli stipulati fil- ftehimiet interistituzzjonali konklużi mill-Parlament rigward it-trattament ta’ informazzjoni kunfidenzjali1a u għar-regoli interni għall-implimentazzjoni tagħhom adottati mill-korpi kompetenti tal-Parlament1b.

__________________

1a   Ftehim Interistituzzjonali ta' l-20 ta' Novembru 2002 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-aċċess tal-Parlament Ewropew għal informazzjoni sensittiva tal-Kunsill fil-qasam tal-politika tas-sigurtà u d-difiża (ĠU C 298, 30.11.2002, p. 1).

   Ftehim Qafas tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea (ĠU L 304, 20.11.2010, p. 47).

   Ftehim Interistituzzjonali tat-12 ta' Marzu 2014 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar it-trasmissjoni lil u t-trattament mill-Parlament Ewropew ta' informazzjoni klassifikata miżmuma mill-Kunsill dwar kwistjonijiet apparti dawk fil-qasam tal-politika estera u ta' sigurtà komuni (ĠU C 95, 1.4.2014, p. 1).

1b   Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2002 dwar l-implimentazzjoni ta' Ftehim Interistituzzjonali li tirregola l-aċċess tal-Parlament Ewropew għal informazzjoni sensittiva tal-Kunsill fil-qasam tal-politika tas-sigurtà u d-difiża (ĠU C 298, 30.11.2002, p. 4).

   Deċiżjoni tal-Bureau tal-15 ta' April 2013 rigward it-trattament ta’ informazzjoni kunfidenzjali mill-Parlament Ewropew (ĠU C 96, 1.4.2014, p. 1)."

Jekk din l-interpretazzjoni ma tiġix ikkontestata minn grupp politiku jew minn għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu minimu inferjuri, bi qbil mal-Artikolu 226 (4) tar-Regoli ta' Proċedura, fi żmien 24 siegħa wara li tkun tħabbret, għandu jitqies li ġiet adottata. Jekk le, titressaq għall-votazzjoni tal-Parlament.

°
° ° °

Il-President informa lill-Parlament, skont l-Artikolu 226(3) tar-Regoli ta' Proċedura dwar l-interpretazzjoni li ġejja tal-Artikolu 210a tar-Regoli ta' Proċedura, mogħtija mill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali li ġie kkonsultat dwar l-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni::

"Dan l-Artikolu japplika jekk il-qafas legali applikabbli għat-trattament ta’ informazzjoni kunfidenzjali jipprevedi l-possibilita’ ta’ konsultazzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali f'laqgħa in camera barra l-faċilitajiet sikuri."

Jekk din l-interpretazzjoni ma tiġix ikkontestata minn grupp politiku jew minn għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu minimu inferjuri, bi qbil mal-Artikolu 226 (4) tar-Regoli ta' Proċedura, fi żmien 24 siegħa wara li tkun tħabbret, għandu jitqies li ġiet adottata. Jekk le, titressaq għall-votazzjoni tal-Parlament.

Avviż legali - Politika tal-privatezza