Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 4 ta' Lulju 2017 - Strasburgu

PRESIDENZA: Evelyne GEBHARDT
Viċi President

Intervent ta': Bruno Gollnisch.

5. Avviż mill-Presidenza

Il-President għarrfet li l-Konferenza tal-Presidenti approvat it-talba tal-Kumitat ta' Inkjesta inkarigat biex jinvestiga allegazzjonijiet ta' kontravvenzjoni u ta' amministrazzjoni ħażina fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni b'rabta mal-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa, maħsuba biex jestendi bi tliet xhur il-validità tal-mandat tiegħu.

Din l-estensjoni hija neċessarja sabiex il-Kumitat ikun jista' jimplimenta bis-sħiħ u b'mod korrett il-mandat tiegħu, kif adottat mill-Parlament fit-8 ta' Ġunju 2016, minħabba n-numru ta' dokumenti li fadal jiġu eżaminati, l-analiżi mitluba, u d-diversi partijiet ikkonċernati li għad iridu jinstemgħu.

Il-Parlament approva din l-estensjoni.

Avviż legali - Politika tal-privatezza