Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu minn ċerti intrapriżi u fergħat [COM(2016)0198 - C8-0146/2016 - 2016/0107(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteurs: Hugues Bayet u Evelyn Regner (A8-0227/2017)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 10)
Intervent ta' Evelyn Regner (rapporteur), wara l-votazzjoni, biex jitlob li l-kwistjoni tiġi riferuta lill-kumitat responsabbli għal negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura. Il-Parlament approva t-talba.