L-interpretazzjonijiet tal-Artikoli 5(5), u 210a tar-Regoli ta' Proċedura, mogħtija mill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, tħabbru fil-plenarja tal-ġurnata ta' qabel (punt 11 tal-Minuti ta' 3.7.2017).
Billi ma tressqet l-ebda oġġezzjoni minn grupp politiku jew minn għadd ta' Membri li mill-inqas jilħqu l-limitu l-baxx, bi qbil mal-Artikolu 226(4), tar-Regoli ta' Proċedura, dawn l-interpretazzjonijiet huma meqjusa adottati u se jiġu ppubblikati fit-Testi adottati tas-seduta tal-għada, 5 ta' Lulju 2017 (P8_TA(2017)0293).