4. Negozjati Interistituzzjonali (approvazzjoni) ((Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura))
Il-President ħabbar li ma rċieva l-ebda talba, minn għadd ta' Membri jew grupp politiku wieħed jew aktar li jilħqu tal-anqas il-limitu medju, dwar id-deċiżjonijiet meħuda għal dħul f'negozjati interistituzzjonali mħabbra fil-Minuti tat-Tnejn 3 ta' Lulju 2017 (punt 9 tal-Minuti ta' 3.7.2017).
Il-kumitati kompetenti għalhekk setgħu jibdew in-negozjati wara li tkun skadiet l-iskadenza stipulata fl-Artikolu 69c(2) tar-Regoli ta' Proċedura.