8.4. Il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni UE-Kuba (Riżoluzzjoni) (votazzjoni)
Rapport li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Kuba, min-naħa l-oħra [2017/2036(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Elena Valenciano (A8-0233/2017)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)