Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 5 ta' Lulju 2017 - Strasburgu

21. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)

L-abbozzi ta' atti delegati ntbagħtu lill-Parlament:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mad-distribuzzjoni tal-fondi taħt ġestjoni diretta fost l-objettivi tal-Politika Marittima Integrata u l-Politika Komuni tas-Sajd (C(2017)03881 - 2017/2743(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-14 ta' Ġunju 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli PECH

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissostitwixxi l-Annessi I, II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar (C(2017)03982 - 2017/2748(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tad-19 ta' Ġunju 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli JURI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissostitwixxi l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea (C(2017)03984 - 2017/2747(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tad-19 ta' Ġunju 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli JURI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/242 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati dwar il-funzjonament tal-Kunsilli Konsultattivi skont il-Politika Komuni tas-Sajd (C(2017)04238 - 2017/2749(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-23 ta' Ġunju 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli PECH

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva (UE)2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għar-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti marbuta mal-eżerċizzju tad-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà ta’ provvista ta’ servizzi tal-istituzzjonijiet ta’ pagament (C(2017)04250 - 2017/2751(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment tas-26 ta' Ġunju 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru540/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tas-Sistema ta’ Twissija Akustika ta’ Vettura għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-vetturi (C(2017)04296 - 2017/2750(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-26 ta' Ġunju 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli ENVI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 151/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (C(2017)04408 - 2017/2759(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment tad-29 ta' Ġunju 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli ECON.

Avviż legali - Politika tal-privatezza