Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
Il-Ħamis, 6 ta' Lulju 2017 - Strasburgu

PRESIDENZA: Rainer WIELAND
Viċi President

9. Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Franċiża għarrfu li Marine Le Pen u Jean-Luc Mélenchon ġew eletti Membri fil-Parlament Nazzjonali b'effett mid-19 ta' Ġunju 2017.

Il-Parlament ħa nota li, bi qbil mal-Artikolu 7(2) tal-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew permezz tas-suffraġju universali dirett, din il-kariga hija inkumpatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew u kkonstata l-vakanza tas-siġġijiet tagħhom b'effet mid-19 ta' Ġunju 2017.

L-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Franċiża għarrfu wkoll li Christelle Lechevalier u Marie-Pierre Vieu gew eletti Membri tal-Parlament Ewropew minflok Marine Le Pen u de Jean-Luc Mélenchon, rispettivament, b'effett mid-19 ta' Ġunju 2017.

Il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni tagħhom.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħhom ikunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe tilwima, Christelle Lechevalier u Marie-Pierre Vieu għandhom jidħlu fil-kariga tagħhom fil-Parlament Ewropew u fil-korpi tiegħu u għandhom igawdu mid-drittijiet marbuta ma' din il-kariga, kemm-il darba jkunu ffirmaw minn qabel id-dikjarazzjoni bil-miktub li huma ma għandhom ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.

Avviż legali - Politika tal-privatezza