9.11. Oġġezzjoni skont l-Artikolu 106: sojja ġenetikament modifikata DAS-68416-4 (votazzjoni)
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa skont l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura, minn Bart Staes, Karin Kadenbach, Lynn Boylan, Eleonora Evi, Sirpa Pietikäinen u Valentinas Mazuronis, f'isem il-Kumitat ENVI, dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-68416-4, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (D051451-2017/2780(RSP)) (B8-0498/2017)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 11)