Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 13 ta' Settembru 2017 - Strasburgu

9.12. Oġġezzjoni skont l-Artikolu 106: importazzjoni ta' għalf u ikel li joriġina jew ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima (votazzjoni)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa skont l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura, minn Michèle Rivasi Christel Schaldemose, Frédérique Ries, Lynn Boylan, Piernicola Pedicini u Sirpa Pietikäinen, f'isem il-Kumitat ENVI, dwar l-abbozz ta' Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru.../... li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/6 fir-rigward tal-ikel u l-għalf soġġetti għal kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġinaw jew li ġejjin mill-Ġappun, wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima (D051561/01 ; 2017/2837(RSP)) (B8-0502/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 12)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2017)342)

Avviż legali - Politika tal-privatezza