Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 2 ta' Ottubru 2017 - Strasburgu

5. Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Ċeka, tar-Rumanija, tal-Bulgarija u tal-Ungerija ħabbru l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Jiří Payne, Răzvan Popa, Asim Ahmedov Ademov u ta' Lívia Járóka b'effett mill-5, mit-13, mill-14 u mill-15 ta' Settembru 2017, minflok Petr Mach, Victor Negrescu, Mariya Gabriel u Ildikó Gáll-Pelcz, rispettivament.

Il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni tagħhom.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħhom jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Jiří Payne, Răzvan Popa, Asim Ahmedov Ademov et Lívia Járóka jieħdu posthom fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdu mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikunu għamlu d-dikjarazzjoni li huma ma għandhom ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.

Avviż legali - Politika tal-privatezza