7. Rettifika (Artikolu 231 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-Kumitat ENVI bagħat din ir-rettifika ta' test adottat mill-Parlament Ewropew:
- Rettifika P7_TA(2012)0010(COR01)għar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1) (pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fid-19 ta' Jannar 2012 bil-ħsieb tal-adozzjoni għar-Regolament (P7_TA(2012)0010) (05032/2/2011 – C7-0251/2011 – 2009/0076(COD)) - Kumitat ENVI
Skont l-Artikolu 231(4) tar-Regoli ta' Proċedura, din ir-rettifika titqies li tkun ġiet approvata, ħlief jekk, sa mhux aktar tard minn 24 siegħa, issir talba minn grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx biex jittieħed vot fuqha.
Ir-rettifika hija disponibbli fuq is-sit Europarl għal kemm iddum din is-sessjoni parzjali.