Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 4 ta' Ottubru 2017 - Strasburgu

3. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)

L-abbozzi ta' atti delegati ntbagħtu lill-Parlament:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni dwar is-sistema finali ta’ kontribuzzjonijiet għall-infiq amministrattiv tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (C(2017)06047 - 2017/2851(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-14 ta' Settembru 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 589/2008 dwar l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għall-bajd tat-tiġieġ li jitrabba barra meta t-tiġieġ ikollhom aċċess limitat għal barra (C(2017)06214 - 2017/2853(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-20 ta' Settembru 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ sorveljanza u ta’ governanza tal-prodotti għall-impriżi tal-assigurazzjoni u għad-distributuri tal-assigurazzjoni (C(2017)06218 - 2017/2854(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-21 ta' Settembru 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti ta’ informazzjoni u regoli tal-kondotta tal-operazzjonijiet applikabbli għad-distribuzzjoni ta’ prodotti ta’ investiment fl-assikurazzjoni (C(2017)06229 - 2017/2855(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-21 ta' Settembru 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jikkoreġi l-verżjoni bl-Ispanjol tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 812/2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tikkettar enerġetiku ta' ħiters tal-ilma, tankijiet tal-misħun u pakketti magħmulin minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari (C(2017)06261 - 2017/2862(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-25 ta' Settembru 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: ITRE

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar arranġamenti tal-ikklerjar indirett (C(2017)06268 - 2017/2860(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment tat-22 ta' Settembru 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2013 fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar l-arranġamenti tal-ikklerjar indirett (C(2017)06270 - 2017/2859(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment tat-22 ta' Settembru 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1233/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' ċerti linji gwida fil-qasam tal-krediti ta' esportazzjoni uffiċjalment appoġġati (C(2017)06315 - 2017/2863(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-25 ta' Settembru 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: INTA

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju (C(2017)06321 - 2017/2865(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-26 ta' Settembru 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: INTA

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/571 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-awtorizzazzjoni, ir-rekwiżiti organizzazzjonali u l-pubblikazzjoni tat-tranżazzjonijiet għall-fornituri tas-servizzi tar-rapportar tad-dejta (C(2017)06337 - 2017/2864(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment tas-26 ta' Settembru 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati (C(2017)06339 - 2017/2871(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-27 ta' Settembru 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: INTA

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għat-terminoloġija standardizzata tal-Unjoni għall-aktar servizzi rappreżentattivi marbuta ma' kont tal-ħlas (C(2017)06451 - 2017/2882(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment tat-28 ta' Settembru 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON, IMCO (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jispeċifika kif l-ammont nominali tal-istrumenti finanzjarji għajr id-derivattivi, l-ammont nozzjonali tad-derivattivi u l-valur nett tal-assi tal-fondi ta’ investiment għandhom jiġu vvalutati (C(2017)06464 - 2017/2884(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tad-29 ta' Settembru 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li għandu l-għan jispeċifika kif il-kriterji tal-Artikolu 20(1)(c)(iii) għandhom jiġu applikati biex jiġi evalwat jekk ċerti attivitajiet jirriżultawx f’impatti sinifikanti u avversi għall-integrità tas-swieq, għall-istabbiltà finanzjarja, għall-konsumaturi, għall-ekonomija reali, jew għall-finanzjament tal-unitajiet domestiċi u tan-negozji fi Stat Membru wieħed jew aktar (C(2017)06469 - 2017/2885(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tad-29 ta' Settembru 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jispeċifika l-elementi tekniċi tad-definizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (C(2017)06474 - 2017/2883(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tad-29 ta' Settembru 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

Abbozz ta' att delegat li għalih it-terminu ġie modifikat minn xahar għal 3 xhur fuq talba tal-kumitat responsabbli:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward standards tekniċi regolatorji għad-divulgazzjoni ta' assi gravati u mhux gravati (C(2017)05959 – 2017/2823(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-4 ta' Settembru 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

Avviż legali - Politika tal-privatezza