Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
Il-Ħamis, 5 ta' Ottubru 2017 - Strasburgu

9. Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari

Il-President ħabbar, skont l-Artikolu 64(1) tar-Regoli ta' Proċedura, li rċieva mingħand il-Kunsill il-pożizzjoni li ġejja, flimkien mar-raġunijiet li wasslu lill-Kunsill biex jadottaha, kif ukoll il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar:

- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI biex id-definizzjoni ta’ droga tinkludi sustanzi psikoattivi ġodda u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI (10537/1/2017 – C8-0325/2017 – 2013/0304(COD)) (11655/1/2017 – COM(2017)0560)

irriferut lill-kumitat responsabbli: LIBE

Il-perjodu ta' tliet xhur għad-dispożizzjoni tal-Parlament sabiex jadotta l-pożizzjoni tiegħu jiddekorri għalhekk minn għada, 6 ta' Ottubru 2017.

Avviż legali - Politika tal-privatezza