Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 23 ta' Ottubru 2017 - Strasburgu

3. Dikjarazzjoni tal-Presidenza
Rapporti Verbatim

Il-President għamel dikjarazzjoni segwitu għan-nirien fil-foresti li seħħew fil-Portugall u fi Spanja. Hu ħabbar miżuri fil-livell Ewropew għall-prevenzjoni tan-nirien u għall-appoġġ tal-vittmi. Il-President għarraf id-deċiżjoni tal-Presidenti tal-Kummissjoni, tal-Kunsill u tal-Parlament li jagħtu lill-vittmi s-somma tal-premju tal-Prinċipessa ta' Asturias għall-Konkordja, li ngħata lill-Unjoni Ewropea f'Oviedo, Spanja, il-Ġimgħa 20 ta' Ottubru 2017.

Il-Parlament osserva minuta ta' silenzju għat-tifkira tal-vittmi tan-nirien fil-foresti li seħħew fil-Portugall u fi Spanja kif ukoll tal-vittmi tal-uragan Ophelia fl-Irlanda.

Avviż legali - Politika tal-privatezza