Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 23 ta' Ottubru 2017 - Strasburgu

5. Kompożizzjoni tal-Parlament

Ulrike Lunacek avżat bil-miktub bir-riżenja tagħha minn Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 9 ta' Novembru 2017.

Bi qbil mal-Artikolu 4(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ikkonstata li l-post huwa vakanti minn din id-data u informa lill-awtorità nazzjonali kkonċernata dwar dan.

°
° ° °

L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit ikkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Rory Palmer minflok Glenis Willmott bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 3 ta' Ottubru 2017.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tiegħu jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Rory Palmer jieħu postu fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdi mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikun għamel id-dikjarazzjoni li ma għandu ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.

Avviż legali - Politika tal-privatezza