Jintervjenu Daniele Viotti dwar il-każ ta' d’Ahmadreza Djalali, xjentist Iranjan li jgħix fl-Iżvezja, ikkundannat għall-mewt fl-Iran. (Il-President ifakkar li l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt hija prijorità għall-Unjoni Ewropea u huwa se jieħu l-impenn li jagħmel kuntatt mal-President Iranjan) u James Carver dwar l-attakk terroristiku li wassal għal mijiet ta' vittmi f'Mogadishu, fis-Somalja (Il-President jaqbel mal-proposta ta' James Carver).
L-abbozz definittiv tal-aġenda tas-seduti plenarji ta' Ottubru II 2017 (PE 611.536/PDOJ) tqassam u fir-rigward tiegħu ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 149a tar-Regoli ta' Proċedura):
It-Tnejn
Ma ġiet proposta l-ebda bidla.
It-Tlieta
- Talba tal-Grupp Verts/ALE sabiex id-dibattitu dwar "Il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-UE"(punt 67 tal-Abbozz ta' Aġenda) jingħalaq bit-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni.
Intervent ta': Ska Keller f'isem il-Grupp Verts/ALE, li qablet mat-talba.
Il-Parlament approva t-talba.
- Talba tal-Grupp ALDE biex id-dibattitu previst għall-Erbgħa filgħodu (punt 36 tal-Abbozz ta' Aġenda) dwar "Il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol", jinqaleb bid-dikjarazzjoni tal-Kummssjoni dwar "Il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-UE".
Interventi ta': Sophia in 't Veld f'isem il-Grupp ALDE, li tiġġustifika t-talba, Maria João Rodrigues f'isem il-Grupp S&D, kontra t-talba.
Il-Parlament approva t-talba.
Interventi ta': Manfred Weber, Maria João Rodrigues u Edouard Martin dwar is-sitwazzjoni fil-Parlament.
Il-President fakkar id-deċiżjoni tal-Bureau tal-14 ta' April 2014 dwar ir-regoli interni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fastidju u l-prevenzjoni tiegħu fil-post tax-xogħol li tittratta l-ilmenti bejn l-assistenti parlamentari akkreditati u l-Membri tal-Parlament Ewropew, u jfakkar ukoll fir-rwol ta' dan il-Kumitat Konsultattiv kif ukoll il-proċedura li trid tintuża f'każ ta' fastidju morali jew sesswali.
L-Erbgħa
- Talba tal-Grupp Verts/ALE biex tiġi posposta d-diskussjoni komuni – "Sistema ta' dħul/ħruġ" għal sessjoni aktar 'il quddiem.
Interventi ta': Ska Keller f'isem il-Grupp Verts/ALE, biex tiġġustifika t-talba u Agustín Díaz de Mera García Consuegra f'isem il-Grupp PPE, kontra t-talba.
Il-Parlament irrifjuta t-talba.
- Talba tal-Grupp GUE/NGL biex id-dikjarazzjoni tal-Kunsill u tal-Kuymmissjoni dwar "Mekkaniżmi ta' rispons għan-nirien fil-foresti fi Spanja ta' Fuq u fil-Portugall" (punt 69 tal-Abbozz ta' Aġenda) titressaq bħala l-ewwel punt ta' waranofsinhar.
Interventi ta': João Ferreira f'isem il-Grupp GUE/NGL, li jiġġustifika t-talba u Marcel de Graaff kontra t-talba.
Permezz ta' sejħa tal-ismijiet (68 favur, 208 kontra, 35 astensjoni), il-Parlament ċaħad it-talba.