2. Konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tad-19 u l-20 ta' Ottubru 2017 u preżentazzjoni tal-Aġenda tal-Mexxejja (Nibnu l-futur tagħna flimkien) (dibattitu)
Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tad-19 u l-20 ta' Ottubru 2017 u preżentazzjoni tal-Aġenda tal-Mexxejja (Nibnu l-futur tagħna flimkien) (2017/2745(RSP))
Il-President għamel dikjarazzjoni qasira biex jintroduċi d-dibattitu.
Donald Tusk (President tal-Kunsill Ewropew) u Jean-Claude Juncker (President tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
Interventi ta': Manfred Weber f'isem il-Grupp PPE, Gianni Pittella f'isem il-Grupp S&D, Syed Kamall f'isem il-Grupp ECR, Guy Verhofstadt f'isem il-Grupp ALDE, Gabriele Zimmer f'isem il-Grupp GUE/NGL, Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, Raymond Finch f'isem il-Grupp EFDD, Nicolas Bay f'isem il-Grupp ENF, Janusz Korwin-Mikke Membru mhux affiljat, Elmar Brok, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' David Coburn, u Maria João Rodrigues.
PRESIDENZA: Mairead McGUINNESS Viċi President
Interventi ta': Ryszard Antoni Legutko, Cecilia Wikström, Takis Hadjigeorgiou, Josep-Maria Terricabras, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Stanislav Polčák, Rolandas Paksas, Marcel de Graaff, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Doru-Claudian Frunzulică, Diane Dodds, Janusz Lewandowski, Tanja Fajon, Hans-Olaf Henkel, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Elmar Brok, Sofia Sakorafa, Ernest Urtasun, Sophia in 't Veld, Peter Lundgren, Harald Vilimsky, Diane James, Franck Proust, Victor Boştinaru, Sander Loones, Kostas Chrysogonos, Laura Ferrara, Gerolf Annemans, Esteban González Pons, Josef Weidenholzer, Bas Belder, Matt Carthy, Laurenţiu Rebega, Paulo Rangel, Csaba Sógor, Birgit Sippel, Roberto Gualtieri, Luděk Niedermayer, Knut Fleckenstein, Andrey Kovatchev, Richard Corbett, Othmar Karas, Nicola Danti, Dubravka Šuica, Costas Mavrides, Elly Schlein, Tonino Picula, Kati Piri u Iratxe García Pérez.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Lefteris Christoforou u Juan Fernando López Aguilar.
PRESIDENZA: Antonio TAJANI President
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Notis Marias, Hilde Vautmans, Neoklis Sylikiotis, Georgios Epitideios, Patricija Šulin, Maria Grapini, Izaskun Bilbao Barandica u João Ferreira.
Interventi ta': Frans Timmermans (l-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni) u Donald Tusk.
Id-dibattitu ngħalaq.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 11.54.)
3. Tkomplija tas-sessjoni
Ħin li fih tkompliet is-seduta: 12.06.
4. Dikjarazzjoni tal-Presidenza
Il-President għamel dikjarazzjoni biex jikkundanna bil-qawwa l-qtil tal-ġurnalista Maltija Daphne Caruana Galizia. Huwa ħabbar li l-Bureau ddeċieda li s-sala stampa ta' Strasburgu se jkollha l-isem ta' Daphne Caruana Galizia. Huwa u jindirizza lill-familja tal-vittma, li kienet preżenti fil-gallarija, assiguraha li l-ħidma kuraġġuża ta' Daphne Caruana Galizia ma kinitx se tintesa.
Il-Parlament osserva minuta silenzju.
PRESIDENZA: Rainer WIELAND Viċi President
Interventi ta': Janusz Korwin-Mikke u Virginie Rozière.
5. Ħin tal-votazzjonijiet
Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ.) jidhru fl-Anness “Riżultati tal-Votazzjonijiet”, mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit Europarl.
5.1. Ftehima Ewro-Mediterranja fil-qasam tas-servizzi bl-ajru *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-servizzi tal-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra [15653/2016 - C8-0094/2017 - 2006/0048(NLE)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Dominique Riquet (A8-0303/2017)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)
ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
Maroš Šefčovič (Viċi President tal-Kummissjoni) għamel dikjarazzjoni qabel il-votazzjoni.
Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.
5.2. L-awtorizzazzjoni biex Franza tapplika rata mnaqqsa ta’ ċerti taxxi indiretti fuq ir-rum “tradizzjonali” prodott fil-Guadeloupe, fil-Guyana Franċiża, fil-Martinique u fir-Réunion * (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 189/2014/UE li tawtorizza lil Franza tapplika rata mnaqqsa ta' ċerti taxxi indiretti fuq ir-rum "tradizzjonali" prodott fil-Guadeloupe, fil-Guyana Franċiża, fil-Martinique u fir-Réunion u li tħassar id-Deċiżjoni 2007/659/KE [COM(2017)0297 - C8-0212/2017 - 2017/0127(CNS)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Iskra Mihaylova (A8-0304/2017)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)
5.3. L-istabbiliment tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'Bażi Bijoloġika * (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal Rregolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 560/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'Bażi Bijoloġika [2017/0024(NLE)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Miroslav Poche (A8-0293/2017)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)
5.4. Is-soġġettar tal-furanilfentanil għal miżuri ta’ kontroll * (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tissoġġetta lill-N-fenil-N-[1-(2-feniletil)piperidin-4-yl]furan-2-karbossammid (furanilfentanil) għal miżuri ta' kontroll [11212/2017 - C8-0242/2017 - 2017/0152(NLE)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Michał Boni (A8-0309/2017)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)
5.6. Atti kriminali u ta' pieni fil-qasam tat-traffikar illeċitu ta' drogi ***II (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI biex id-definizzjoni ta' droga tinkludi sustanzi psikoattivi ġodda u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI [10537/1/2017 - C8-0325/2017 - 2013/0304(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Teresa Jiménez-Becerril Barrio (A8-0317/2017)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)
5.7. Prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta' prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009 [COM(2016)0157 - C8-0123/2016- 2016/0084(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Mihai Ţurcanu (A8-0270/2017)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)
Intervent ta' Mihai Ţurcanu (rapporteur), wara l-votazzjoni, biex jitlob li l-kwistjoni tiġi riferuta lill-kumitat responsabbli għal negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura.
5.8. L-iskambju ta’ informazzjoni, is-sistema ta’ twissija bikrija u l-proċedura tal-valutazzjoni tar-riskju dwar sustanzi psikoattivi ġodda ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1920/2006 rigward l-iskambju ta' informazzjoni, sistema ta' twissija bikrija u proċedura ta' valutazzjoni tar-riskju fuq sustanzi psikoattivi ġodda [COM(2016)0547 - C8-0351/2016 - 2016/0261(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Michał Boni (A8-0359/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)
5.9. Il-Politika Komuni tas-Sajd: implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd [COM(2017)0424 - C8-0239/2017 - 2017/0190(COD)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Alain Cadec (A8-0285/2017)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa skont l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura, dwar l-abbozz ta' Regolament ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 (D053565-01 - 2017/2904(RSP)) (B8-0567/2017) - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel Membri responsabbli: Pavel Poc, Kateřina Konečná, Bas Eickhout, Piernicola Pedicini u Frédérique Ries
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 10)
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa skont l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura, dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (DAS-Ø15Ø7-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (D052754 - 2017/2905(RSP)) (B8-0568/2017) - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel Membri responsabbli: Guillaume Balas, Lynn Boylan, Eleonora Evi, Sirpa Pietikäinen u Valentinas Mazuronis
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 11)
5.12. Awtorizzazzjoni tal-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata 305423 x 40-3-2 (Objezzjoni skont l-Artikolu 106) (votazzjoni)
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa skont l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura, dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata 305423 x 40-3-2 (DP-3Ø5423-1 × MON-Ø4Ø32-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (D052752 - 2017/2906(RSP)) (B8-0570/2017) - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel Membri responsabbli: Guillaume Balas, Lynn Boylan, Eleonora Evi, Sirpa Pietikäinen u Valentinas Mazuronis
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 12)
5.13. Awtorizzazzjoni tal-kolza modifikata ġenetikament MON 88302 x Ms8 x Rf3 (Objezzjoni skont l-Artikolu 106) (votazzjoni)
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa skont l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura, dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-kolza ġenetikament modifikata MON 88302 x Ms8 x Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8 × ACS-BNØØ3-6), MON 88302 x Ms8 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8) u MON 88302 x Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACS-BNØØ3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (D052753 - 2017/2907(RSP)) (B8-0569/2017) - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel Membri responsabbli: Bart Staes, Guillaume Balas, Lynn Boylan, Eleonora Evi, Sirpa Pietikäinen u Valentinas Mazuronis
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 13)
5.14. Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2017: finanzjament għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli u żieda tar-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2017 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017 li jipprovdi l-finanzjament għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD) u li jżid ir-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza (EAR) wara r-reviżjoni tar-regolament tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali [12441/2017 - C8-0351/2017 - 2017/2135(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Jens Geier (A8-0301/2017)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 14)
5.15. Mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà sabiex jiġi pprovdut il-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà biex tipprovdi l-finanzjament għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli [COM(2017)0480 - C8-0235/2017 - 2017/2134(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Jens Geier (A8-0298/2017)
(Maġġoranza tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament u 3/5 tal-voti mitfugħa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 15)
Mozzjoni għal riżoluzzjoni, imressqa skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura, minn Jan Olbrycht u Isabelle Thomas, f'isem il-Kumitat BUDG, dwar id-Dokument ta' Riflessjoni dwar il-Futur tal-Finanzi tal-UE (2017/2742(RSP)) (B8-0565/2017).
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 16)
5.17. Miżuri leġittimi għall-ħarsien ta' informaturi li jkunu qed jaġixxu fl-interess pubbliku (votazzjoni)
Rapport dwar miżuri leġittimi għall-ħarsien ta' informaturi li jkunu qed jaġixxu fl-interess pubbliku meta jiżvelaw informazzjoni kunfidenzjali dwar kumpaniji u korpi pubbliċi [2016/2224(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Virginie Rozière (A8-0295/2017)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 17)
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI ALTERNATTIVA imressqa mill-Grupp ENF
5.18. Politiki dwar l-introjtu minimu bħala għodda biex jiġi ttrattat il-faqar (votazzjoni)
Rapport dwar politiki dwar l-introjtu minimu bħala għodda biex jiġi ttrattat il-faqar [2016/2270(INI)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Laura Agea (A8-0292/2017)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 18)
L-ispjegazzjonijiet tal-vot li tressqu bil-miktub, bi qbil mal-Artikolu 183 tar-Regoli ta' Proċedura, jidhru fil-paġni tal-Membri fis-sit tal-Parlament.
Spjegazzjonijiet tal-vot orali:
Rapport Derek Vaughan - A8-0296/2017 Adam Szejnfeld, Michela Giuffrida, Monica Macovei, Seán Kelly, Maria Spyraki, Ivana Maletić, Morten Messerschmidt, Tibor Szanyi u Momchil Nekov
Rakkomandazzjoni għat-tieni qariTeresa Jiménez-Becerril Barrio - A8-0317/2017 Michela Giuffrida, Monica Macovei, Morten Messerschmidt u Stefano Maullu
Rapport Mihai Ţurcanu - A8-0270/2017 Rosa D'Amato, José Inácio Faria, Morten Messerschmidt u Tibor Szanyi
Rapport Michał Boni - A8-0359/2016 Urszula Krupa u José Inácio Faria
Mozzjoni għal riżoluzzjonidwar id-Dokument ta' Riflessjoni dwar il-Futur tal-Finanzi tal-UE (2017/2742(RSP)) (B8-0565/2017) Jasenko Selimovic, Diane James, Maria Spyraki u Petras Auštrevičius
Rapport Virginie Rozière - A8-0295/2017 Igor Šoltes, Adam Szejnfeld, Monica Macovei u Tibor Szanyi
Rapport Laura Agea - A8-0292/2017 Alex Mayer, Eleonora Forenza, Tania González Peñas, Adam Szejnfeld, Thomas Mann, Seán Kelly, Maria Spyraki u Rupert Matthews.
7. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jidhru fuq is-sit Europarl, "Plenarja", "Votazzjonijiet", "Riżultati tal-Votazzjonijiet" (Riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet) u fil-verżjoni stampata tal-anness "Riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet".
Il-verżjoni elettronika fuq is-sit Europarl tiġi aġġornata regolarment tul perjodu ta' mhux aktar minn ġimagħtejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.
Wara li jgħaddi dan il-perjodu, il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali.
Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 14.03.
PRESIDENZA: Mairead McGUINNESS Viċi President
8. Tkomplija tas-seduta
Is-seduta tkompliet fit-15.03.
9. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.
10. Kompożizzjoni tal-Parlament
Alexander Graf Lambsdorff, Michael Theurer, Fabio De Masi u Beatrix von Storch ġew eletti Membri fil-Bundestag b'effett mill-24 ta' Ottubru 2017.
Il-Parlament ħa nota li, skont l-Artikolu 7(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew għas-suffraġju universali dirett, din il-kariga hija inkumpatibbli ma' dik ta' Membru Ewropew. Skont l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 4(1) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ikkonstata l-vakanza tas-siġġijiet tagħhom b'effett mill-24 ta' Ottubru 2017, u informa lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
11. Kompożizzjoni tal-kumitati
Il-President irċieva mill-Grupp ECR it-talba ta' ħatra li ġejja:
Kumitat ENVI: John Procter minflok Rupert Matthews
Din il-ħatra se titqies ratifikata jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.
12. Programm ta' Ħidma 2018 tal-Kummissjoni (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Programm ta' Ħidma 2018 tal-Kummissjoni (2017/2746(RSP))
Frans Timmermans (l-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.
Interventi ta': József Szájer f'isem il-Grupp PPE, Maria João Rodrigues f'isem il-Grupp S&D, Anneleen Van Bossuyt f'isem il-Grupp ECR, Sophia in 't Veld f'isem il-Grupp ALDE, Dimitrios Papadimoulis f'isem il-Grupp GUE/NGL, Ska Keller f'isem il-Grupp Verts/ALE, Peter Lundgren f'isem il-Grupp EFDD, Olaf Stuger f'isem il-Grupp ENF, Lampros Fountoulis Membru mhux affiljat, José Manuel Fernandes, Udo Bullmann, Peter van Dalen, Cecilia Wikström, João Pimenta Lopes, Yannick Jadot, Mario Borghezio, Janusz Korwin-Mikke, Lambert van Nistelrooij, Jeppe Kofod, Zoltán Balczó, Albert Deß, Isabelle Thomas, Bogdan Brunon Wenta, Pervenche Berès, Andrzej Grzyb u Roberto Gualtieri.
PRESIDENZA: Rainer WIELAND Viċi President
Interventi ta': Miriam Dalli, Claude Moraes, Bernd Lange, Cécile Kashetu Kyenge, Olga Sehnalová, Momchil Nekov u Enrique Guerrero Salom.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Mairead McGuinness, Maria Grapini, Notis Marias, Takis Hadjigeorgiou, Jaromír Štětina u Tibor Szanyi.
Intervent ta': Frans Timmermans.
Id-dibattitu ngħalaq.
13. Baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-2018 - it-taqsimiet kollha (dibattitu)
Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 [11815/2017 - C8-0313/2017 - 2017/2044(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteurs: Siegfried Mureşan u Richard Ashworth (A8-0299/2017)
Siegfried Mureşan u Richard Ashworth ippreżentaw ir-rapport.
Interventi ta': Märt Kivine (President fil-kariga tal-Kunsill) u Günther Oettinger (Membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Barbara Matera (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat FEMM), Barbara Spinelli (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AFCO), Charles Goerens (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat DEVE), Morten Løkkegaard (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat CULT), Cristian Dan Preda (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AFET), Alain Cadec (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat PECH), Tibor Szanyi (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AGRI), Deirdre Clune (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat EMPL), Jerzy Buzek (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ITRE), Markus Ferber (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ECON) u Joachim Zeller (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat CONT).
PRESIDENZA: Dimitrios PAPADIMOULIS Viċi President
Interventi ta': Petr Ježek (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat LIBE), Reimer Böge (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat INTA), Iskra Mihaylova (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat REGI), Paul Rübig f'isem il-Grupp PPE, Daniele Viotti f'isem il-Grupp S&D, Bernd Kölmel f'isem il-Grupp ECR, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Paul Rübig, Anneli Jäätteenmäki f'isem il-Grupp ALDE, Liadh Ní Riada f'isem il-Grupp GUE/NGL, Indrek Tarand f'isem il-Grupp Verts/ALE, Jonathan Arnott f'isem il-Grupp EFDD, André Elissen f'isem il-Grupp ENF, Diane Dodds Membru mhux affiljata, José Manuel Fernandes, Jens Geier, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Jean Arthuis, Xabier Benito Ziluaga, Jordi Solé, Marco Valli, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Jean-Paul Denanot, Barbara Kappel, Marian-Jean Marinescu, Isabelle Thomas, James Nicholson, Gérard Deprez, Marie-Pierre Vieu, Marco Zanni, Lefteris Christoforou, Jean-Paul Denanot, Sander Loones u Miguel Viegas.
PRESIDENZA: Ioan Mircea PAŞCU Viċi President
Interventi ta': Dominique Bilde, Daniel Buda, Luigi Morgano, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' David Coburn, u Tiemo Wölken.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Andrey Novakov, Nicola Caputo, Notis Marias, Jan Huitema, Takis Hadjigeorgiou, Eleftherios Synadinos, Patricija Šulin, Costas Mavrides, Milan Zver u Ivana Maletić.
Interventi ta': Günther Oettinger, Märt Kivine, Siegfried Mureşan u Richard Ashworth.
Intervent ta': Paul Rübig dwar l-ispiża tal-votazzjoni dwar il-baġit.
Ma ġiet espressa l-ebda oppożizzjoni għal dawn ir-rakkomandazzjonijiet sat-terminu ta' 24 siegħa stabbilit mill-Artikolu 105(6), tar-Regoli ta' Proċedura.
15. Kwittanza 2015: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (dibattitu)
It-tieni rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill [COM(2016)0475 - C8-0271/2016 - 2016/2153(DEC)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Bart Staes (A8-0291/2017)
Bart Staes ippreżenta r-rapport.
Intervent ta': Märt Kivine (President fil-kariga tal-Kunsill).
Interventi ta': Marian-Jean Marinescu f'isem il-Grupp PPE, Inés Ayala Sender f'isem il-Grupp S&D, Ryszard Czarnecki f'isem il-Grupp ECR, Hannu Takkula f'isem il-Grupp ALDE, Jonathan Bullock f'isem il-Grupp EFDD, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Notis Marias u Miroslav Poche.
Intervent skont il-proċedura "catch the eye" ta': Petri Sarvamaa.
16. Protezzjoni tal-ġurnalisti u d-difiża tal-libertà tal-midja f'Malta: il-każ ta' Daphne Caruana Galizia (dibattitu)
Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Protezzjoni tal-ġurnalisti u d-difiża tal-libertà tal-midja f'Malta: il-każ ta' Daphne Caruana Galizia (2017/2896(RSP))
Matti Maasikas (President fil-kariga tal-Kunsill) u Frans Timmermans (l-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
Interventi ta': Esteban González Pons f'isem il-Grupp PPE, Gianni Pittella f'isem il-Grupp S&D, Monica Macovei f'isem il-Grupp ECR, Sophia in 't Veld f'isem il-Grupp ALDE, Miguel Urbán Crespo f'isem il-Grupp GUE/NGL, Sven Giegold f'isem il-Grupp Verts/ALE, Ignazio Corrao f'isem il-Grupp EFDD, u Mario Borghezio f'isem il-Grupp ENF.
PRESIDENZA: David-Maria SASSOLI Viċi President
Intervent ta': Georgios Epitideios Membru mhux affiljat.
Interventi ta': Frans Timmermans u Matti Maasikas.
Id-dibattitu ngħalaq.
17. Il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol [COM(2016)0248 - C8-0181/2016- 2016/0130(COD)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Marita Ulvskog (A8-0064/2017)
Interventi ta': Kostas Chrysogonos (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat JURI), Claude Rolin f'isem il-Grupp PPE, Brando Benifei f'isem il-Grupp S&D, Anthea McIntyre f'isem il-Grupp ECR, António Marinho e Pinto f'isem il-Grupp ALDE, Patrick Le Hyaric f'isem il-Grupp GUE/NGL, Karima Delli f'isem il-Grupp Verts/ALE, Piernicola Pedicini f'isem il-Grupp EFDD, u Sotirios Zarianopoulos Membru mhux affiljat, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Evelyn Regner, Czesław Hoc, Paloma López Bermejo, Georges Bach, Georgi Pirinski, Julie Girling, Danuta Jazłowiecka, Siôn Simon, Anne Sander, Elena Gentile, Michaela Šojdrová, Karin Kadenbach u Agnes Jongerius.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Nicola Caputo, Notis Marias, Julie Ward, Tania González Peñas, Georgios Epitideios u Wajid Khan.
Interventi ta': Marianne Thyssen u Marita Ulvskog.
Rapport dwar aspetti tad-drittijiet fundamentali fl-integrazzjoni tar-Rom fl-UE: il-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu [2017/2038(INI)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Soraya Post (A8-0294/2017)
Interventi ta': Malin Björk (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat FEMM), Pál Csáky f'isem il-Grupp PPE, Josef Weidenholzer f'isem il-Grupp S&D, u Branislav Škripek f'isem il-Grupp ECR.
PRESIDENZA: Sylvie GUILLAUME Viċi President
Interventi ta': Marina Albiol Guzmán f'isem il-Grupp GUE/NGL, Bodil Valero f'isem il-Grupp Verts/ALE, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Michaela Šojdrová, Gilles Lebreton f'isem il-Grupp ENF, Anna Záborská, Juan Fernando López Aguilar, Anders Primdahl Vistisen, Michaela Šojdrová, Péter Niedermüller, Angel Dzhambazki, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz u Csaba Sógor.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Lívia Járóka, Julie Ward, Notis Marias u Benedek Jávor.