3. L-istabbiliment ta' Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi reġistrata d-dejta dwar id-dħul u l-ħruġ ta' ċittadini ta' pajjiż terz li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-UE ***I - Emenda tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen fir-rigward tal-użu tas-Sistema ta' Dħul/Ħruġ ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi reġistrata d-dejta dwar id-dħul u l-ħruġ u d-dejta dwar ir-rifjut ta' dħul ta' ċittadini ta' pajjiż terz li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u li jiddetermina l-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta' infurzar tal-liġi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 767/2008 u r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 [COM(2016)0194 - C8-0135/2016 - 2016/0106(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Agustín Díaz de Mera García Consuegra (A8-0057/2017)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 fir-rigward tal-użu tas-Sistema ta' Dħul/Ħruġ [COM(2016)0196 - C8-0134/2016 - 2016/0105(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Agustín Díaz de Mera García Consuegra (A8-0059/2017)
Agustín Díaz de Mera García Consuegra ippreżenta r-rapporti.
Interventi ta': Barbara Kudrycka f'isem il-Grupp PPE, Tanja Fajon f'isem il-Grupp S&D, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Milan Zver, Jussi Halla-aho f'isem il-Grupp ECR, Angelika Mlinar f'isem il-Grupp ALDE, Marie-Christine Vergiat f'isem il-Grupp GUE/NGL, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Bill Etheridge, Jan Philipp Albrecht f'isem il-Grupp Verts/ALE, Gerard Batten f'isem il-Grupp EFDD, Auke Zijlstra f'isem il-Grupp ENF, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tomáš Zdechovský, Eleftherios Synadinos Membru mhux affiljat, Monika Hohlmeier (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat BUDG), li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Lampros Fountoulis, Dubravka Šuica, Birgit Sippel, Helga Stevens, Gérard Deprez, Cornelia Ernst, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Monika Hohlmeier, Tim Aker, Gilles Lebreton, Diane Dodds, Carlos Coelho, Josef Weidenholzer, Anders Primdahl Vistisen, Georg Mayer, Heinz K. Becker, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Jan Philipp Albrecht, Birgit Sippel, dwar l-iżvolġiment tad-dibattitu, Iratxe García Pérez, Ulrike Trebesius, Jeroen Lenaers, Maria Grapini, Notis Marias, Emil Radev, Cécile Kashetu Kyenge u Željana Zovko.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Ivica Tolić, Emilian Pavel, Ruža Tomašić, Hilde Vautmans, Georgios Epitideios, Csaba Sógor u Tibor Szanyi.
Interventi ta': Dimitris Avramopoulos u Agustín Díaz de Mera García Consuegra.