Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 25 ta' Ottubru 2017 - Strasburgu

7.1. Abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-2018 - it-taqsimiet kollha (votazzjoni)
Rapporti Verbatim

— Abbozzi ta' emendi għall-approprjazzjonijiet tat-Taqsima III tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 fir-rigward tal-Kummissjoni;

— Abbozzi ta' emendi għall-approprjazzjonijiet tat-Taqsimiet I, II, IV, V, VI, VII, VIII, IX u X tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 fir-rigward tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti tal-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni, l-Ombudsman Ewropew, il-Kontollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

Skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattati, sabiex jiġu adottati, l-abbozzi ta' emendi jridu jiksbu l-maġġoranza tal-voti tal-Membri tal-Parlament Ewropew.

(L-abbozzi ta' proġetti adottati jinsabu f'Anness mat-"Testi adottati".)

(Maġġoranza tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)

Interventi

Qabel il-votazzjoni:

Siegfried Mureşan (rapporteur) ippropona l-emendi tekniċi li ġejjin, bi qbil mal-votazzjoni fil-Kumitat BUDG:

Linja 09 04 77 05 - Emenda 1735: il-livell finali tal-pagamenti se jkun aġġustat għal EUR 1 250 000;
Linja 24 01 07 - Emenda 1838: l-ammonti totali finali, inkluża r-riżerva ta' 10%, se jkunu fil-livell tal-abbozz tal-baġit.
Il-
Parlament approva dawn l-emendi.

Wara l-votazzjoni:

Märt Kivine (President fil-kariga tal-Kunsill) ħa nota tad-differenzi bejn il-pożizzjoni tal-Parlament u dik tal-Kunsill u wera l-qbil tiegħu biex isejjaħ lill-kumitat ta' konċiljazzjoni skont l-Artikolu 314(4) c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Avviż legali - Politika tal-privatezza