2. Deċiżjoni dwar il-ftuħ tan-negozjati interistituzzjonali (Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President ħabbret li rċeviet talba għal votazzjoni fil-Parlament b'applikazzjoni tal-Artikolu 69c(2), tar-Regoli ta' Proċedura, min-naħa tal-Gruppi ECR u PPE kif ukoll minn ċertu numru ta' Membri dwar id-deċiżjoni tal-Kumitat LIBE li jinbdew negozjati interistituzzjonali abbażi tar-rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rispett għall-ħajja privata u l-protezzjoni ta’ data personali f’komunikazzjoni elettronika u li jħassar id-Direttiva2002/58/KE (Regolament dwar il-Privatezza u l-Komunikazzjoni Elettronika) (COM(2017)0010 – C8-0009/2017 – 2017/0003(COD)). Rapporteur: Marju Lauristin (A8-0324/2017) imħabbra fil-Minuti tat-Tnejn, 23 ta' Ottubru 2017 (punt 10 tal-Minuti ta' 23.10.2017).
Il-votazzjoni dwar id-deċiżjoni tal-Kumitat LIBE, li jinbdew negozjati interistituzzjonali, kienet se ssir l-għada, il-Ħamis, 26 ta' Ottubru 2017.
Il-President ħabbret li ma rċevitx talba għal votazzjoni min-naħa ta' numru ta' Membri jew minn grupp jew diversi gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju fir-rigward tad-deċiżjonijiet l-oħra li jinbdew negozjati interistituzzjonali mħabbra fil-Minuti tat-Tnejn, 23 ta' Ottubru 2017 (punt 10 tal-Minuti ta' 23.10.2017).
Il-Kumitati setgħu għalhekk jibdew in-negozjati wara d-data ta' skadenza msemmija fl-Artikolu 69c(2), tar-Regoli ta' Proċedura.
3. L-istabbiliment ta' Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi reġistrata d-dejta dwar id-dħul u l-ħruġ ta' ċittadini ta' pajjiż terz li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-UE ***I - Emenda tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen fir-rigward tal-użu tas-Sistema ta' Dħul/Ħruġ ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi reġistrata d-dejta dwar id-dħul u l-ħruġ u d-dejta dwar ir-rifjut ta' dħul ta' ċittadini ta' pajjiż terz li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u li jiddetermina l-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta' infurzar tal-liġi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 767/2008 u r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 [COM(2016)0194 - C8-0135/2016 - 2016/0106(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Agustín Díaz de Mera García Consuegra (A8-0057/2017)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 fir-rigward tal-użu tas-Sistema ta' Dħul/Ħruġ [COM(2016)0196 - C8-0134/2016 - 2016/0105(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Agustín Díaz de Mera García Consuegra (A8-0059/2017)
Agustín Díaz de Mera García Consuegra ippreżenta r-rapporti.
Interventi ta': Barbara Kudrycka f'isem il-Grupp PPE, Tanja Fajon f'isem il-Grupp S&D, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Milan Zver, Jussi Halla-aho f'isem il-Grupp ECR, Angelika Mlinar f'isem il-Grupp ALDE, Marie-Christine Vergiat f'isem il-Grupp GUE/NGL, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Bill Etheridge, Jan Philipp Albrecht f'isem il-Grupp Verts/ALE, Gerard Batten f'isem il-Grupp EFDD, Auke Zijlstra f'isem il-Grupp ENF, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tomáš Zdechovský, Eleftherios Synadinos Membru mhux affiljat, Monika Hohlmeier (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat BUDG), li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Lampros Fountoulis, Dubravka Šuica, Birgit Sippel, Helga Stevens, Gérard Deprez, Cornelia Ernst, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Monika Hohlmeier, Tim Aker, Gilles Lebreton, Diane Dodds, Carlos Coelho, Josef Weidenholzer, Anders Primdahl Vistisen, Georg Mayer, Heinz K. Becker, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Jan Philipp Albrecht, Birgit Sippel, dwar l-iżvolġiment tad-dibattitu, Iratxe García Pérez, Ulrike Trebesius, Jeroen Lenaers, Maria Grapini, Notis Marias, Emil Radev, Cécile Kashetu Kyenge u Željana Zovko.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Ivica Tolić, Emilian Pavel, Ruža Tomašić, Hilde Vautmans, Georgios Epitideios, Csaba Sógor u Tibor Szanyi.
Interventi ta': Dimitris Avramopoulos u Agustín Díaz de Mera García Consuegra.
4. Il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-UE (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-UE (2017/2897(RSP))
Cecilia Malmström (Membru tal-Kummissjoni) għamlet id-dikjarazzjoni.
PRESIDENZA: Sylvie GUILLAUME Viċi President
Interventi ta': Agnieszka Kozłowska-Rajewicz f'isem il-Grupp PPE, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Gerard Batten, Iratxe García Pérez f'isem il-Grupp S&D, Jadwiga Wiśniewska f'isem il-Grupp ECR, Angelika Mlinar f'isem il-Grupp ALDE, Malin Björk f'isem il-Grupp GUE/NGL, Terry Reintke f'isem il-Grupp Verts/ALE, Daniela Aiuto f'isem il-Grupp EFDD, Mylène Troszczynski f'isem il-Grupp ENF, Diane James, Barbara Matera, Udo Bullmann, Julie Girling, Sophia in 't Veld, Eleonora Forenza, Ernest Urtasun, Margot Parker, Anna Záborská, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Branislav Škripek, Beatriz Becerra Basterrechea, Kostadinka Kuneva, Linnéa Engström, Deirdre Clune, Vilija Blinkevičiūtė, Catherine Bearder, Ángela Vallina, Karima Delli, Csaba Sógor, Csaba Sógor, Pina Picierno, Hilde Vautmans, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' David Coburn, Stanislav Polčák, Anna Hedh, Edouard Martin, Biljana Borzan u Elisabeth Morin-Chartier.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Patricija Šulin, Caterina Chinnici, Izaskun Bilbao Barandica, Tania González Peñas, Georgios Epitideios, Marijana Petir, Julie Ward, Mairead McGuinness, Wajid Khan, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Jean-Paul Denanot, Nicola Caputo, Ruža Tomašić, Tiemo Wölken u Maria Grapini.
Intervent ta': Cecilia Malmström.
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa sabiex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura:
— Arne Gericke f'isem il-Grupp ECR dwar il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-UE (2017/2897(RSP)) (B8-0576/2017);
— Ska Keller, Ulrike Lunacek, Florent Marcellesi, Terry Reintke, Judith Sargentini, Ernest Urtasun, Monika Vana u Molly Scott Cato, f'isem il-Grupp Verts/ALE dwar il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-UE (2017/2897(RSP)) (B8-0577/2017);
— Iratxe García Pérez, Maria Arena, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Hugues Bayet, José Blanco López, Vilija Blinkevičiūtė, Biljana Borzan, Nessa Childers, Viorica Dăncilă, Isabella De Monte, Tanja Fajon, Monika Beňová, Knut Fleckenstein, Eugen Freund, Eider Gardiazabal Rubial, Enrico Gasbarra, Neena Gill, Ana Gomes, Karoline Graswander-Hainz, Anna Hedh, Liisa Jaakonsaari, Karin Kadenbach, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Olle Ludvigsson, Edouard Martin, Costas Mavrides, Marlene Mizzi, Clare Moody, Jens Nilsson, Maria Noichl, Pier Antonio Panzeri, Massimo Paolucci, Pina Picierno, Tonino Picula, Kati Piri, Soraya Post, Evelyn Regner, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Liliana Rodrigues, Maria João Rodrigues, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Tibor Szanyi, Marita Ulvskog, Elena Valenciano, Josef Weidenholzer, Martina Werner, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho u Richard Corbett, f'isem il-Grupp S&D, dwar il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-UE (2017/2897(RSP)) (B8-0578/2017);
— Malin Björk, Marina Albiol Guzmán, Patrick Le Hyaric, Josu Juaristi Abaunz, Marie-Christine Vergiat, Marie-Pierre Vieu, Ángela Vallina, Kateřina Konečná, Jiří Maštálka, Stelios Kouloglou, Paloma López Bermejo, Lola Sánchez Caldentey, Tania González Peñas, Estefanía Torres Martínez, Xabier Benito Ziluaga, Miguel Urbán Crespo, Eleonora Forenza, Sabine Lösing, Stefan Eck, Martina Anderson, Lynn Boylan, Matt Carthy, Liadh Ní Riada u Neoklis Sylikiotis, f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-UE (2017/2897(RSP)) (B8-0579/2017);
— Beatriz Becerra Basterrechea, Catherine Bearder, Sophia in ‘t Veld, Angelika Mlinar, Izaskun Bilbao Barandica u Filiz Hyusmenova, f'isem il-Grupp ALDE, dwar il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-UE (2017/2897(RSP)) (B8-0580/2017);
— Mylène Troszczynski f'isem il-Grupp ENF, dwar il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-UE (2017/2897(RSP)) (B8-0581/2017);
— Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Elisabeth Morin-Chartier, Manfred Weber u Esteban González Pons f'isem il-Grupp PPEdwar il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-UE (2017/2897(RSP)) (B8-0582/2017).
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 11.57. Ħin li fih tkompliet is-seduta: 12.02)
PRESIDENZA: David-Maria SASSOLI Viċi President
5. Tkomplija tas-seduta
Ħin li fih tkompliet is-seduta: 12.02.
Interventi ta': Pier Antonio Panzeri, dwar il-ħelsien ta' Ibrahim Halawa, ċittadin Irlandiż arrestat u mitfugħ il-ħabs fl-Eġittu, Janusz Korwin-Mikke, dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, u Eleonora Forenza, dwar id-destin tal-kopresidenti tal-HDP fit-Turkija.
6. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
Il-President irċieva mill-Gruppi S&D u ENF it-talbiet għall-ħatriet li ġejjin:
Dawn il-ħatriet ser jitqiesu ratifikati jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.
7. Ħin tal-votazzjonijiet
Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ.) jidhru fl-Anness “Riżultati tal-Votazzjonijiet”, mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit Europarl.
7.1. Abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-2018 - it-taqsimiet kollha (votazzjoni)
— Abbozzi ta' emendi għall-approprjazzjonijiet tat-Taqsima III tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 fir-rigward tal-Kummissjoni;
— Abbozzi ta' emendi għall-approprjazzjonijiet tat-Taqsimiet I, II, IV, V, VI, VII, VIII, IX u X tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 fir-rigward tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti tal-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni, l-Ombudsman Ewropew, il-Kontollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.
Skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattati, sabiex jiġu adottati, l-abbozzi ta' emendi jridu jiksbu l-maġġoranza tal-voti tal-Membri tal-Parlament Ewropew.
(L-abbozzi ta' proġetti adottati jinsabu f'Anness mat-"Testi adottati".)
(Maġġoranza tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)
Interventi
Qabel il-votazzjoni:
Siegfried Mureşan (rapporteur) ippropona l-emendi tekniċi li ġejjin, bi qbil mal-votazzjoni fil-Kumitat BUDG:
Linja 09 04 77 05 - Emenda 1735: il-livell finali tal-pagamenti se jkun aġġustat għal EUR 1 250 000; Linja 24 01 07 - Emenda 1838: l-ammonti totali finali, inkluża r-riżerva ta' 10%, se jkunu fil-livell tal-abbozz tal-baġit. Il-Parlament approva dawn l-emendi.
Wara l-votazzjoni:
Märt Kivine (President fil-kariga tal-Kunsill) ħa nota tad-differenzi bejn il-pożizzjoni tal-Parlament u dik tal-Kunsill u wera l-qbil tiegħu biex isejjaħ lill-kumitat ta' konċiljazzjoni skont l-Artikolu 314(4) c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
7.2. Baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-2018 - it-taqsimiet kollha (votazzjoni)
Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 [11815/2017 - C8-0313/2017 - 2017/2044(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteurs: Siegfried Mureşan u Richard Ashworth (A8-0299/2017)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)
Liadh Ní Riada ressaq emenda orali għall-emenda 17, li ġiet aċċettata.
7.3. Kwittanza 2015: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (votazzjoni)
It-tieni rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill [COM(2016)0475 - C8-0271/2016 - 2016/2153(DEC)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Bart Staes (A8-0291/2017)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)
Il-kwittanza ġiet irrifjutata (ara l-Anness IV, Artikolu 5(2)(b) tar-Regoli ta' Proċedura).
7.4. Il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol [COM(2016)0248 - C8-0181/2016- 2016/0130(COD)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Marita Ulvskog (A8-0064/2017)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)
7.5. L-istabbiliment ta' Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi reġistrata d-dejta dwar id-dħul u l-ħruġ ta' ċittadini ta' pajjiż terz li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-UE ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi reġistrata d-dejta dwar id-dħul u l-ħruġ u d-dejta dwar ir-rifjut ta' dħul ta' ċittadini ta' pajjiż terz li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u li jiddetermina l-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta' infurzar tal-liġi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 767/2008 u r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 [COM(2016)0194 - C8-0135/2016 - 2016/0106(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Agustín Díaz de Mera García Consuegra (A8-0057/2017)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)
PROPOSTA TA' RIFJUT TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI
Rifjut
Għamlu intervent Tanja Fajon f'isem il-Grupp S&D, wara l-votazzjoni dwar il-proposta għal ċaħda tal-proposta tal-Kummissjoni, biex titlob, skont l-Artikolu 59(3) tar-Regoli ta' Proċedura, li l-emendi jitressqu għall-votazzjoni qabel il-votazzjoni dwar il-ftehim proviżorju, uAgustín Díaz de Mera García Consuegra (rapporteur) kontra din it-talba.
7.6. Emenda tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen fir-rigward tal-użu tas-Sistema ta' Dħul/Ħruġ ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 fir-rigward tal-użu tas-Sistema ta' Dħul/Ħruġ [COM(2016)0196 - C8-0134/2016 - 2016/0105(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Agustín Díaz de Mera García Consuegra (A8-0059/2017)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)
Rapport dwar aspetti tad-drittijiet fundamentali fl-integrazzjoni tar-Rom fl-UE: il-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu [2017/2038(INI)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Soraya Post (A8-0294/2017)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)
Inés Ayala Sender, qabel il-votazzjoni, biex tiddenunzja l-kontenut ta' wirja dwar iż-Żingari ta' Perpignan, li tinsab attwalment preżenti fil-bini tal-Parlament, u Edouard Ferrand, organizzatur tal-wirja, biex jiddefendi din l-inizjattiva.
Soraya Post (rapporteur), wara l-votazzjoni.
8. Spjegazzjonijiet tal-vot
Spjegazzjonijiet tal-vot bil-miktub:
L-ispjegazzjonijiet tal-vot li tressqu bil-miktub, bi qbil mal-Artikolu 183 tar-Regoli ta' Proċedura, jidhru fil-paġni tal-Membri fis-sit tal-Parlament.
Spjegazzjonijiet tal-vot orali:
Rapport Siegfried Mureşan u Richard Ashworth - A8-0299/2017 Tomáš Zdechovský, Michaela Šojdrová, Jana Žitňanská, Eleftherios Synadinos, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Paloma López Bermejo, Petras Auštrevičius, Notis Marias, Momchil Nekov, John Howarth u Stanislav Polčák
Rapport Marita Ulvskog - A8-0064/2017 Bogdan Andrzej Zdrojewski u Momchil Nekov
Rapport Agustín Díaz de Mera García Consuegra - A8-0057/2017 Tomáš Zdechovský, Diane James, Michaela Šojdrová, Eleftherios Synadinos, Tonino Picula, Notis Marias u Stanislav Polčák
Rapport Agustín Díaz de Mera García Consuegra - A8-0059/2017 Petras Auštrevičius, Michaela Šojdrová, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Notis Marias u Stanislav Polčák
Rapport Soraya Post - A8-0294/2017 Tomáš Zdechovský, José Inácio Faria u Igor Šoltes.
9. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jidhru fuq is-sit Europarl, "Plenarja", "Votazzjonijiet", "Riżultati tal-Votazzjonijiet" (Riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet) u fil-verżjoni stampata tal-anness "Riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet".
Il-verżjoni elettronika fuq is-sit Europarl tiġi aġġornata regolarment tul perjodu ta' mhux aktar minn ġimagħtejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.
Wara li jgħaddi dan il-perjodu, il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali.
Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 13.52.
PRESIDENZA: Ioan Mircea PAŞCU Viċi President
10. Tkomplija tas-seduta
Is-seduta tkompliet fis 15.02.
11. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.
12. Il-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u l-kuntrabandu ta' nies fil-Mediterran (dibattitu topiku)
Il-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u l-kuntrabandu ta' nies fil-Mediterran (2017/2898(RSP))
Intervent ta': Matteo Salvini biex tintroduċi d-dibattitu propost mill-Grupp ENF.
Interventi ta': Matti Maasikas (President fil-kariga tal-Kunsill) u Valdis Dombrovskis (Viċi President tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Elissavet Vozemberg-Vrionidi f'isem il-Grupp PPE, Elena Valenciano f'isem il-Grupp S&D, Edouard Ferrand, dwar l-iżvolġiment tad-dibattitu (Il-President għamel xi preċiżjonijiet), Helga Stevens f'isem il-Grupp ECR, Cecilia Wikström f'isem il-Grupp ALDE, Barbara Spinelli f'isem il-Grupp GUE/NGL, Judith Sargentini f'isem il-Grupp Verts/ALE, Kristina Winberg f'isem il-Grupp EFDD, Nicolas Bay f'isem il-Grupp ENF, Krisztina Morvai Membru mhux affiljata, Barbara Kudrycka, Knut Fleckenstein, Jussi Halla-aho, Angelika Mlinar, Marina Albiol Guzmán, James Carver, Auke Zijlstra, Konstantinos Papadakis, Cristian Dan Preda, Tanja Fajon, Monica Macovei, Malin Björk, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Laura Ferrara, Marie-Christine Arnautu, Georgios Epitideios, Kinga Gál, Péter Niedermüller, Anna Elżbieta Fotyga, Neoklis Sylikiotis, Patrick O'Flynn, Angelo Ciocca, Janusz Korwin-Mikke, Barbara Matera, Pier Antonio Panzeri, Bernd Lucke, Miguel Urbán Crespo, Elmar Brok, Patrizia Toia, Roberts Zīle, Milan Zver, Enrique Guerrero Salom, Angel Dzhambazki, Jeroen Lenaers u Elly Schlein.
PRESIDENZA: Ryszard CZARNECKI Viċi President
Interventi ta': Zdzisław Krasnodębski, Carlos Coelho, Tonino Picula, Frank Engel, Miriam Dalli, Jaromír Štětina u Tomáš Zdechovský.
Interventi ta': Matti Maasikas u Valdis Dombrovskis.
Rapport dwar il-politiki ekonomiċi taż-żona tal-euro [2017/2114(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Gunnar Hökmark (A8-0310/2017)
Gunnar Hökmark ippreżenta r-rapport.
Intervent ta': Yana Toom (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat EMPL).
Intervent ta': Valdis Dombrovskis (Viċi President tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Sofia Ribeiro f'isem il-Grupp PPE, Pedro Silva Pereira f'isem il-Grupp S&D, Notis Marias f'isem il-Grupp ECR, Lieve Wierinck f'isem il-Grupp ALDE, Dimitrios Papadimoulis f'isem il-Grupp GUE/NGL, Ernest Urtasun f'isem il-Grupp Verts/ALE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Marco Valli, Marco Valli f'isem il-Grupp EFDD, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Gunnar Hökmark, Marco Zanni f'isem il-Grupp ENF, Eleftherios Synadinos Membru mhux affiljat, Othmar Karas, Pervenche Berès, Pirkko Ruohonen-Lerner, Enrique Calvet Chambon, Bernard Monot, Maria Arena, Richard Sulík, Jakob von Weizsäcker, Luigi Morgano u Alfred Sant.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Nicola Caputo, Luke Ming Flanagan, Bronis Ropė u Doru-Claudian Frunzulică.
Interventi ta': Valdis Dombrovskis u Gunnar Hökmark.
14. Qafas għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata ***I - Rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti ta' investiment ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni dwar it-titolizzazzjoni u li joħloq qafas Ewropew għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE, 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 [COM(2015)0472 - C8-0288/2015 - 2015/0226(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Paul Tang (A8-0387/2016)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u għad-ditti ta' investiment [COM(2015)0473 - C8-0289/2015 - 2015/0225(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Othmar Karas (A8-0388/2016)
Paul Tang u Othmar Karas ippreżentaw ir-rapport.
Intervent ta': Valdis Dombrovskis (Viċi President tal-Kummissjoni).
Intervent ta': Theodor Dumitru Stolojan f'isem il-Grupp PPE.
PRESIDENZA: Ramón Luis VALCÁRCEL SISO Viċi President
Interventi ta': Jonás Fernández f'isem il-Grupp S&D, Kay Swinburne f'isem il-Grupp ECR, Petr Ježek f'isem il-Grupp ALDE, Nikolaos Chountis f'isem il-Grupp GUE/NGL, Molly Scott Cato f'isem il-Grupp Verts/ALE, Marco Valli f'isem il-Grupp EFDD, Barbara Kappel f'isem il-Grupp ENF, Gabriel Mato, Pervenche Berès, Stanisław Ożóg, Dariusz Rosati, Neena Gill, Sander Loones, Jeppe Kofod u Miguel Viegas.
Intervent skont il-proċedura "catch the eye" ta': Notis Marias.
Interventi ta': Valdis Dombrovskis, Paul Tang u Othmar Karas.
15. Il-mandat ta' negozjar għal negozjati kummerċjali mal-Awstralja - Il-mandat ta' negozjar għal negozjati kummerċjali ma' New Zealand (dibattitu)
Rapport dwar ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill dwar il-proposta għal mandat ta' negozjar għal negozjati kummerċjali mal-Awstralja [2017/2192(INI)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Daniel Caspary (A8-0311/2017)
Rapport dwar rakkomandazzjoni lill-Kunsill dwar il-proposta għal mandat ta' negozjar għal negozjati kummerċjali ma' New Zealand [2017/2193(INI)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Daniel Caspary (A8-0312/2017)
Interventi ta': Momchil Nekov (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AGRI), James Nicholson (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AGRI), Christofer Fjellner f'isem il-Grupp PPE, Karoline Graswander-Hainz f'isem il-Grupp S&D, David Campbell Bannerman f'isem il-Grupp ECR, Hannu Takkula f'isem il-Grupp ALDE, Patrick Le Hyaric f'isem il-Grupp GUE/NGL, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Christofer Fjellner, Klaus Buchner f'isem il-Grupp Verts/ALE, Nathan Gill f'isem il-Grupp EFDD, France Jamet f'isem il-Grupp ENF, Francisco José Millán Mon, Alessia Maria Mosca, Jan Zahradil, Monika Vana, Fabio Massimo Castaldo, Franz Obermayr, Adam Szejnfeld, David Martin, Zbigniew Kuźmiuk, Seán Kelly, Emmanuel Maurel, Artis Pabriks, Pedro Silva Pereira u Eric Andrieu.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Laima Liucija Andrikienė, Nicola Caputo, Notis Marias, Janusz Korwin-Mikke u Stanislav Polčák.
Interventi ta': Cecilia Malmström u Christofer Fjellner (flok ir-rapporteur).
16. In-newtralità tas-sistemi ta' riservazzjoni tal-linji tal-ajru u r-restrizzjoni tal-access għall-informazzjoni dwar it-titjira (dibattitu)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000075/2017) imressqa minn Cláudia Monteiro de Aguiar, Luis de Grandes Pascual, Wim van de Camp, Claudia Schmidt, Georges Bach, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, István Ujhelyi, Maria Grapini, Rolandas Paksas, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Rosa Estaràs Ferragut, Deirdre Clune, Kateřina Konečná, Andor Deli, Marek Plura, Gabriele Preuß, Olga Sehnalová, Birgit Collin-Langen, Matt Carthy, Paul Rübig, Nessa Childers, Seán Kelly, Tom Vandenkendelaere, Claudia Țapardel, Isabella De Monte, Izaskun Bilbao Barandica, Peter Kouroumbashev, Ivo Belet, Miltiadis Kyrkos, Ivica Tolić, Lucy Anderson, Fernando Ruas, Massimiliano Salini, Georgi Pirinski, Inés Ayala Sender, Antonio López-Istúriz White, Roberts Zīle, Salvatore Domenico Pogliese, Franck Proust, Renaud Muselier, Kostadinka Kuneva, Pavel Telička, Merja Kyllönen, Ivan Štefanec, Anneleen Van Bossuyt, Artis Pabriks, József Nagy, Ramon Tremosa i Balcells, Eduard Kukan u Daniel Dalton, lill-Kummissjoni: In-newtralità tas-sistemi ta' riservazzjoni tal-linji tal-ajru u r-restrizzjoni tal-aċċess għall-informazzjoni dwar it-titjira (2017/2900(RSP)) (B8-0604/2017)
Cláudia Monteiro de Aguiar daħlet aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.
Interventi ta': Wim van de Camp f'isem il-Grupp PPE, u Isabella De Monte f'isem il-Grupp S&D.
PRESIDENZA: Sylvie GUILLAUME Viċi President
Interventi ta': Pavel Telička f'isem il-Grupp ALDE, Kosma Złotowski f'isem il-Grupp ECR, Kostadinka Kuneva f'isem il-Grupp GUE/NGL, Jakop Dalunde f'isem il-Grupp Verts/ALE, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Claudia Țapardel, Izaskun Bilbao Barandica, Bronis Ropė, Deirdre Clune, Olga Sehnalová, Henna Virkkunen, Peter Kouroumbashev u Róża Gräfin von Thun und Hohenstein.
Intervent skont il-proċedura "catch the eye" ta': Stanislav Polčák u Notis Marias.
Intervent ta': Christos Stylianides.
Id-dibattitu ngħalaq.
17. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
Il-President irċieva t-talbiet ta' ħatra li ġejjin mill-Gruppi PPE u EFDD:
Kumitat ECON: David Coburn
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-Asja tan-Nofsinhar: Thomas Mann minflok Daniel Caspary
Dawn il-ħatriet ser jitqiesu ratifikati jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.
18. Mekkaniżmi ta' rispons għan-nirien fil-foresti fi Spanja ta' Fuq u fil-Portugall (dibattitu)
Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Mekkaniżmi ta' rispons għan-nirien fil-foresti fi Spanja ta' Fuq u fil-Portugall (2017/2899(RSP))
Matti Maasikas (President fil-kariga tal-Kunsill) u Christos Stylianides (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
Interventi ta': Paulo Rangel f'isem il-Grupp PPE, Carlos Zorrinho f'isem il-Grupp S&D, António Marinho e Pinto f'isem il-Grupp ALDE, Miguel Viegas f'isem il-Grupp GUE/NGL, Florent Marcellesi f'isem il-Grupp Verts/ALE, Francisco José Millán Mon, José Blanco López, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Maria Lidia Senra Rodríguez u Nuno Melo.
PRESIDENZA: Evelyne GEBHARDT Viċi President
Interventi ta': Jonás Fernández, Izaskun Bilbao Barandica, Estefanía Torres Martínez, Pilar Ayuso, Ángela Vallina, Lambert van Nistelrooij u Elisabetta Gardini.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Cláudia Monteiro de Aguiar, Ana Gomes, Notis Marias, Stanislav Polčák u Seán Kelly.
Interventi ta': Christos Stylianides u Matti Maasikas.
Id-dibattitu ngħalaq.
19. Tressiq ta' dokumenti
Tressqu d-dokumenti segwenti:
- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 25/2017 - Taqsima III - Il-Kummissjoni (N8-0061/2017 - C8-0348/2017 - 2017/2218(GBD))
irriferut
responsabbli :
BUDG
- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 26/2017 - Taqsima III - Il-Kummissjoni (N8-0062/2017 - C8-0349/2017 - 2017/2219(GBD))
irriferut
responsabbli :
BUDG
- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet INF 3/2017 - Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (N8-0063/2017 - C8-0359/2017 - 2017/2228(GBD))
irriferut
responsabbli :
BUDG
- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet INF 2/2017 - Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (N8-0064/2017 - C8-0361/2017 - 2017/2230(GBD))
irriferut
responsabbli :
BUDG
- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 22/2017 - Taqsima III - Il-Kummissjoni (N8-0066/2017 - C8-0365/2017 - 2017/2232(GBD))
irriferut
responsabbli :
BUDG
- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 27/2017 - Taqsima III - Il-Kummissjoni (N8-0067/2017 - C8-0367/2017 - 2017/2234(GBD))
irriferut
responsabbli :
BUDG
- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 21/2017 - Taqsima III - Il-Kummissjoni (N8-0068/2017 - C8-0368/2017 - 2017/2235(GBD))
irriferut
responsabbli :
BUDG
- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 23/2017 - Taqsima III - Il-Kummissjoni (N8-0069/2017 - C8-0369/2017 - 2017/2236(GBD))
irriferut
responsabbli :
BUDG
- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 24/2017 - Taqsima III - Il-Kummissjoni (N8-0070/2017 - C8-0370/2017 - 2017/2237(GBD))
irriferut
responsabbli :
BUDG
- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet 5/2017 - L-Ombudsman Ewropew (N8-0071/2017 - C8-0371/2017 - 2017/2238(GBD))
irriferut
responsabbli :
BUDG
- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 28/2017 – Taqsima III – Il-Kummissjoni (N8-0072/2017 - C8-0372/2017 - 2017/2239(GBD))
irriferut
responsabbli :
BUDG
- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 29/2017 – Taqsima III – Il-Kummissjoni (N8-0073/2017 - C8-0373/2017 - 2017/2240(GBD))
irriferut
responsabbli :
BUDG
- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 30/2017 – Taqsima III – Il-Kummissjoni (N8-0074/2017 - C8-0374/2017 - 2017/2241(GBD))
irriferut
responsabbli :
BUDG
20. Trasferiment ta' approprjazzjonijiet
Skont l-Artikolu 27(3) tar-regolament finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li japprova t-trasferiment ta' approprjazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea DEC 20/2017 - Taqsima III – Kummissjoni;
Skont l-Artikolu 25 tar-regolament finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li ma joġġezzjonax għat-trasferiment ta' approprjazzjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni INF 4/2017 u INF 5/2017;
Skont l-Artikolu 27(4) tar-regolament finanzjarju, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea informa lill-Awtorità Baġitarja dwar l-approvazzjoni tat-trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 25/2017 u DEC 26/2017 - Taqsima III – Kummissjoni.
21. L-aġenda tas-seduta li jmiss
L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 611.536/OJJE).