Indiċi 
Minuti
PDF 265kWORD 80k
Il-Ħamis, 26 ta' Ottubru 2017 - Strasburgu
1.Ftuħ tas-seduta
 2.Dokumenti mressqa
 3.Petizzjonijiet
 4.Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura)
 5.Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)
 6.Monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE fl-2015 (dibattitu)
 7.Implimentazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali (dibattitu)
 8.Tkomplija tas-seduta
 9.Premju Sakharov 2017 (tħabbir tar-rebbieħa)
 10.Ħin tal-votazzjonijiet
  
10.1.Elezzjoni ta' Viċi President tal-Parlament Ewropew (votazzjoni)
  
10.2.Implimentazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
  
10.3.Qafas għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata ***I (votazzjoni)
  
10.4.Rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti ta' investiment ***I (votazzjoni)
  
10.5.Ir-rispett għall-ħajja privata u l-protezzjoni ta' data personali f'komunikazzjoni elettronika u t-tħassir tad-Direttiva 2002/58/KE (Regolament dwar il-Privatezza u l-Komunikazzjoni Elettronika)
  
10.6.Il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-UE (votazzjoni)
  
10.7.Il-politiki ekonomiċi taż-żona tal-euro (votazzjoni)
  
10.8.Il-mandat ta' negozjar għal negozjati kummerċjali mal-Awstralja (votazzjoni)
  
10.9.Il-mandat ta' negozjar għal negozjati kummerċjali ma' New Zealand (votazzjoni)
  
10.10.Monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE fl-2015 (votazzjoni)
 11.Spjegazzjonijiet tal-vot
 12.Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
 13.Tkomplija tas-seduta
 14.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
 15.Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari
 16.Interpellanzi maġġuri (dibattitu)
 17.Deċiżjonijiet dwar ċerti dokumenti
 18.Trażmissjoni tat-testi adottati waqt is-seduta li għaddejja
 19.Kalendarju tas-seduti li jmiss
 20.Għeluq tas-seduta
 21.Interruzzjoni tas-sessjoni
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA


PRESIDENZA: Dimitrios PAPADIMOULIS
Viċi President

1. Ftuħ tas-seduta

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 09.00.


2. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni Ewropea (COM(2017)0487 - C8-0309/2017 - 2017/0224(COD))

irriferut

responsabbli :

INTA

opinjoni :

AFET, ITRE, JURI, ECON, LIBE

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (COM(2017)0538 - C8-0317/2017 - 2017/0232(COD))
F'konformità mal-Artikolu 137(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

ECON

opinjoni :

AFCO, JURI

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 f'dak li jikkonċerna r-regoli applikabbli għar-riintroduzzjoni temporanja tal-kontrolli fuq il-fruntieri mal-fruntieri interni (COM(2017)0571 - C8-0326/2017 - 2017/0245(COD))

irriferut

responsabbli :

LIBE

- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni mill-Greċja - EGF/2017/003GR/Attica retail (COM(2017)0613 - C8-0360/2017 - 2017/2229(BUD))

irriferut

responsabbli :

BUDG

opinjoni :

EMPL, REGI

- Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru904/2010 fir-rigward tal-persuna taxxabbli ċċertifikata (COM(2017)0567 - C8-0362/2017 - 2017/0248(CNS))

irriferut

responsabbli :

ECON

opinjoni :

JURI

- Proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni ta' ċerti regoli tas-sistema tat-taxxa fuq il-valur miżjud u li tintroduċi s-sistema definittiva għat-tassazzjoni tal-kummerċ bejn l-Istati Membri (COM(2017)0569 - C8-0363/2017 - 2017/0251(CNS))

irriferut

responsabbli :

ECON

opinjoni :

JURI

- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni mill-Finlandja - EGF/2017/005FI/Retail (COM(2017)0618 - C8-0364/2017 - 2017/2231(BUD))

irriferut

responsabbli :

BUDG

opinjoni :

EMPL, REGI

- Reviżjoni tal-Ftehim Qafas dwar ir-Relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni (N8-0065/2017 - C8-0366/2017 - 2017/2233(ACI))

irriferut

responsabbli :

AFCO

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni Ewropea tat-Trattat ta' Marrakexx biex jiġi Ffaċilitat l-Aċċess għal Xogħlijiet Pubblikati għal Persuni Għomja, b'Diżabbiltà fil-Vista jew li b'xi mod ieħor għandhom Diffikultà biex Jaqraw Materjal Stampat (12629/2017 - C8-0375/2017 - 2014/0297(NLE))

irriferut

responsabbli :

JURI

opinjoni :

FEMM, CULT, EMPL

2) mill-Membri, mozzjonijiet għal riżoluzzjoni (Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Sophie Montel u Florian Philippot. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar it-theddid tal-Kummissjoni Ewropea fil-konfront tal-libertà ta' espressjoni (B8-0537/2017)

irriferut

responsabbli :

LIBE

- Ivan Jakovčić u Jozo Radoš. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar l-istabbiliment ta' skwadri tal-intervent ta' tifi tan-nar transfruntiera tal-UE (B8-0563/2017)

irriferut

responsabbli :

ENVI

opinjoni :

REGI

- Nicola Caputo. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar is-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS) (B8-0564/2017)

irriferut

responsabbli :

TRAN


3. Petizzjonijiet

Il-petizzjonijiet li ġejjin, li ddaħħlu fir-reġistru fid-dati indikati hawn taħt, bi qbil mal-Artikolu 215(9) u (10) tar-Regoli ta' Proċedura, tressqu quddiem il-kumitat responsabbli:

Data: 23 ta' Ottubru 2017

Claudio Bertoni (Nru°0882/2017); (*) (Nru°0883/2017); Hans Bosbach (Nru°0884/2017); Dirk Fischer (Nru°0885/2017); Laia del Barrio (Nru°0886/2017); (*) (Nru°0887/2017); (*) (Nru°0888/2017); Debora Greco (Nru°0889/2017); Flavio Miccono (Nru°0890/2017); (*) (Nru°0891/2017); (*) (Nru°0892/2017); (*) (Nru°0893/2017); (*) (Nru°0894/2017); Ileana Martínez Cabrera (Nru°0895/2017); (*) (Nru°0896/2017); (*) (Nru°0897/2017); (*) (Nru° 0898/2017); Jordi Royo Mata (Nru°0899/2017); Maria Massó Duxans (Nru° 0900/2017); (*) (Nru°0901/2017); (*) (Nru°0902/2017); (*) (Nru° 0903/2017); (*) (Nru°0904/2017); (*) (Nru°0905/2017); Patricia Graham (Nru°0906/2017); (*) (Nru°0907/2017); Clara Gutman (Nru°0908/2017); (*) (Nru°0909/2017); (*) (Nru°0910/2017); (*) (Nru°0911/2017); Olivier Caisou-Rousseau (Nru°0912/2017); (*) (Nru°0913/2017); Christian Clemente (Nru°0914/2017); (*) (Nru°0915/2017); Marco Arietti (Nru°0916/2017); (*) (Nru°0917/2017); (*) (Nru°0918/2017); (*) (Nru°0919/2017); Pietro Varlese (Nru°0920/2017); (*) (Nru°0921/2017); Cristian Bereanu (Nru°0922/2017); (*) (Nru°0923/2017); Fadel Galal (Nru°0924/2017); Bruno Terriou (Nru° 0925/2017); María Pilar Guillamón (Nru°0926/2017); (*) (Nru° 0927/2017); Aurelio Rosini (Nru°0928/2017); Albert Cardona (Nru°0929/2017); (*) (Nru° 0930/2017); Pietro Varlese (Nru°0931/2017); Pietro Varlese (Nru°0932/2017); (*) (Nru°0933/2017); (*) (Nru°0934/2017); Kyriakos Tsipouras (Nru° 0935/2017); Fernando Pérez Ramírez (Nru°0936/2017); (*) (Nru°0937/2017); Karine Bachelier (Nru°0938/2017); (*) (Nru°0939/2017); (*) (Nru° 0940/2017); (*) (Nru°0941/2017); (*) (Nru°0942/2017); (*) (Nru° 0943/2017); (*) (Nru°0944/2017); Maya Manolova (Nru°0945/2017); Domenico Sanino (Nru°0946/2017); Julia Baines (Nru°0947/2017); (*) (Nru° 0948/2017); Ruth Coustick-Deal (Nru°0949/2017); (*) (Nru°0950/2017); (*) (Nru°0951/2017); (*) (Nru°0952/2017); (*) (Nru°0953/2017); (*) (Nru° 0954/2017); Wolfgang Gerber (Nru°0955/2017); (*) (Nru°0956/2017); Apostolos Pappas (Nru°0957/2017); Fotios Mandanas (Nru°0958/2017); Roderich Weissenfels (Nru°0959/2017); (*) (Nru°0960/2017); (*) (Nru° 0961/2017); (*) (Nru°0962/2017); (*) (Nru°0963/2017).

(*) Isem kunfidenzjali

Il-President ħabbar li fid-data 23 ta' Ottubru 2017, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 215(15) tar-Regoli ta' Proċedura, irrefera lill-kumitat responsabbli l-petizzjonijiet mibgħuta minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi li la jkunu ċittadini tal-Unjoni Ewropea u lanqas ikunu residenti fi Stat Membru, u lanqas ma jkollhom l-uffiċċju reġistrat fi Stat Membru.


4. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura)

Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 139/2014 fir-rigward tal-klassifikazzjoni tar-runways (D049657/04 - 2017/2926(RPS) - skadenza: 23 ta' Jannar 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: TRAN

- Regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operat tal-blalen tal-arja skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D051664/02 - 2017/2928(RPS) - skadenza: 23 ta' Jannar 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: TRAN

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabbiltà skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali ta' Rapportar Finanzjarju (IFRS) 2 Pagament ibbażat fuq l-azzjonijiet (D052729/01 - 2017/2891(RPS) - skadenza: 7 ta' Jannar 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
opinjoni: JURI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Appendiċijiet tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) fir-rigward tas-sustanzi CMR (D052843/01 - 2017/2892(RPS) - skadenza: 13 ta' Jannar 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
opinjoni: ITRE (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura), IMCO (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tal-aċidu fosforiku, tal-fosfati, tad-difosfati, tat-trifosfati u tal-polifosfati (E 338-452) f'ċerti preparati tal-laħam iffriżat fuq sfiefed vertikali (D052941/02 - 2017/2920(RPS) - skadenza: 19 ta' Diċembru 2017)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għall-komposti tal-merkurju f'ċerti prodotti jew fuqhom (D052945/02 - 2017/2893(RPS) - skadenza: 13 ta' Diċembru 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta' residwi għat-2-fenilfenol, għall-bensulfuron-metil, għad-dimetaklor u għal-lufenuron f'ċerti prodotti jew fuqhom (D052946/02 - 2017/2911(RPS) - skadenza: 18 ta' Diċembru 2017)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI


5. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)

L-abbozzi ta' atti delegati ntbagħtu lill-Parlament:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex jiġu stabbiliti kundizzjonijiet biex jiġi vvalutat l-impatt li jirriżulta mill-waqfien ta’ parametri referenzjarji eżistenti jew mit-tibdil tagħhom (C(2017)06537 - 2017/2889(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-3 ta' Ottubru 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2015/751 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tariffi tal-interkambju għat-tranżazzjonijiet ta' pagament ibbażati fuq kards fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji li jistabbilixxu rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati minn skemi ta' kards ta' pagament u l-entitajiet ta' pproċessar biex tkun żgurata l-applikazzjoni ta' rekwiżiti ta' indipendenza f'termini ta' kontabbiltà, organizzazzjoni u l-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet (C(2017)06652 - 2017/2890(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-4 ta' Ottubru 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness IIIb tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (C(2017)06902 - 2017/2915(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-18 ta' Ottubru 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: INTA

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment għal obbligi ta' kreditu skaduti (C(2017)06940 - 2017/2912(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment tad-19 ta' Ottubru 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 658/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aġġustament fir-rata tal-inflazzjoni tal-ammonti tat-tariffi pagabbli lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għat-twettiq ta' attivitajiet ta' farmakoviġilanza fir-rigward ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (C(2017)06946 - 2017/2923(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-18 ta' Ottubru 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2195 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew, fir-rigward tad-definizzjoni tal-iskali standard ta' spejjeż għal kull unità u s-somom f'daqqa għar-rimborż tan-nefqa mill-Kummissjoni lill-Istati Membri, u li jikkoreġi dak ir-Regolament Delegat (C(2017)06953 - 2017/2917(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-20 ta' Ottubru 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: EMPL

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi I, II, VI, VIII u IX tar-Regolament (UE) Nru 1007/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ismijiet ta' fibri ta' tessuti u t-tikkettar u l-immarkar relatati tal-kompożizzjoni tal-fibri ta' prodotti tat-tessut (C(2017)06967 - 2017/2918(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-20 ta' Ottubru 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/86 li jistabbilixxi pjan ta' skartar għal ċertu sajd demersali fil-Baħar Mediterran (C(2017)06981 - 2017/2914(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-23 ta' Ottubru 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: PECH

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jistabbilixxi eżenzjoni de minimis għall-obbligu tal-ħatt l-art għal ċertu sajd ta' ħut pelaġiku żgħir fil-Baħar Mediterran (C(2017)06982 - 2017/2919(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-23 ta' Ottubru 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: PECH

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jistabbilixxi pjan għall-iskartar għal ċertu sajd demersali u fil-baħar fond fl-ilmijiet tal-Majjistral għas-sena 2018 (C(2017)06990 - 2017/2913(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-20 ta' Ottubru 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: PECH

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/2374 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar għal ċertu sajd bit-tkarkir tal-qiegħ fl-ilmijiet tal-Lbiċ (C(2017)06995 - 2017/2921(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-20 ta' Ottubru 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: PECH

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jistabbilixxi pjan għall-iskartar għal ċertu sajd demersali fil-Baħar tat-Tramuntana u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni IIa tal-ICES għas-sena 2018 (C(2017)06997 - 2017/2916(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-20 ta' Ottubru 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: PECH

Abbozzi ta' atti delegati li għalihom it-terminu għall-oġġezzjonijiet ġie prorogat fuq talba tal-kumitat kompetenti:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1233/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' ċerti linji gwida fil-qasam tal-krediti ta' esportazzjoni uffiċjalment appoġġati (C(2017)06315 – 2017/2863(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-25 ta' Settembru 2017

Proroga tat-terminu għal oġġezzjoni: xahrejn

irriferut lill-kumitat responsabbli: INTA

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati (C(2017)06339 – 2017/2871(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-27 ta' Settembru 2017

Proroga tat-terminu għal oġġezzjoni: xahrejn

irriferut lill-kumitat responsabbli: INTA

Abbozzi ta' atti delegati li għalihom it-terminu ġie modifikat minn xahar għal 3 xhur fuq talba tal-kumitat responsabbli:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/571 li jissupplimenta d-Direttiva2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-awtorizzazzjoni, ir-rekwiżiti organizzazzjonali u l-pubblikazzjoni tat-tranżazzjonijiet għall-fornituri tas-servizzi tar-rapportar tad-dejta - (C(2017) 6337 – 2017/2864(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-26 ta' Settembru 2017.
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar arranġamenti tal-ikklerjar indirett - (C(2017) 6268 – 2017/2860(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-22 ta' Settembru 2017.
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON


6. Monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE fl-2015 (dibattitu)

Rapport dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE fl-2015 [2017/2011(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Kostas Chrysogonos (A8-0265/2017)

Kostas Chrysogonos ippreżenta r-rapport.

Intervent ta': Vytenis Povilas Andriukaitis (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Kazimierz Michał Ujazdowski (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AFCO), Cecilia Wikström (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat PETI), Daniel Buda f'isem il-Grupp PPE, Sylvia-Yvonne Kaufmann f'isem il-Grupp S&D, Angel Dzhambazki f'isem il-Grupp ECR, Jean-Marie Cavada f'isem il-Grupp ALDE, Jiří Maštálka f'isem il-Grupp GUE/NGL, Heidi Hautala f'isem il-Grupp Verts/ALE, Jane Collins f'isem il-Grupp EFDD, Gilles Lebreton f'isem il-Grupp ENF, Krisztina Morvai Membru mhux affiljata, Pavel Svoboda, Claudia Țapardel, Bernd Kölmel, Ángela Vallina, Eleonora Evi, Rosa Estaràs Ferragut, Sergio Gaetano Cofferati, Anders Primdahl Vistisen, Nikolaos Chountis, Francis Zammit Dimech, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Marek Jurek, Emil Radev, Evelyn Regner, Notis Marias, Tomáš Zdechovský, Maria Grapini, Csaba Sógor u Stanislav Polčák.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Costas Mavrides, António Marinho e Pinto u Georgios Epitideios.

Interventi ta': Vytenis Povilas Andriukaitis u Kostas Chrysogonos.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 10.10 tal-Minuti ta' 26.10.2017.


7. Implimentazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali (dibattitu)

Rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (l-"ELD") [2016/2251(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Laura Ferrara (A8-0297/2017)

Laura Ferrara ippreżentat ir-rapport.

Intervent ta': Vytenis Povilas Andriukaitis (Membru tal-Kummissjoni).

PRESIDENZA: Ryszard CZARNECKI
Viċi President

Interventi ta': Emil Radev f'isem il-Grupp PPE, Benedek Jávor (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ENVI), Jytte Guteland f'isem il-Grupp S&D, Angel Dzhambazki f'isem il-Grupp ECR, Anneli Jäätteenmäki f'isem il-Grupp ALDE, Kostas Chrysogonos f'isem il-Grupp GUE/NGL, Heidi Hautala f'isem il-Grupp Verts/ALE, Jane Collins f'isem il-Grupp EFDD, Gilles Lebreton f'isem il-Grupp ENF, Lampros Fountoulis Membru mhux affiljat, Pavel Svoboda, Tiemo Wölken, Julie Girling, Frédérique Ries, Nikolaos Chountis, Mireille D'Ornano, Rosa Estaràs Ferragut, Evelyn Regner, Jiří Maštálka u Sergio Gaetano Cofferati.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Ivica Tolić, Nicola Caputo, Notis Marias, Eleftherios Synadinos, Stanislav Polčák, Maria Grapini, Krisztina Morvai u Jean-Paul Denanot.

Interventi ta': Vytenis Povilas Andriukaitis u Laura Ferrara.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 10.2 tal-Minuti ta' 26.10.2017.

(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 11.40.)

PRESIDENZA: Antonio TAJANI
President


8. Tkomplija tas-seduta

Ħin li fih tkompliet is-seduta: 12.05.


9. Premju Sakharov 2017 (tħabbir tar-rebbieħa)

Il-President ikkomunika li l-Konferenza tal-Presidenti ddeċidiet li tagħti l-Premju Sakharov 2017 lill-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela : l-Assemblea nazzjonali (irrappreżentata mill-President tagħha Julio Borges) u l-ħabsin politiċi kollha li l-ismijiet tagħhom tħabbru “mill-Foro Penal Venezolano” (Il-Forum Penali tal-Venezwela), irrappreżentati minn Leopoldo López, Antonio Ledezma, Daniel Ceballos, Yon Goicoechea, Lorent Saleh, Alfredo Ramos u Andrea González.

L-għoti tal-premju se jsir waqt il-perjodu ta' sessjoni ta' Diċembru 2017 fi Strasburgu.


10. Ħin tal-votazzjonijiet

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ.) jidhru fl-Anness “Riżultati tal-Votazzjonijiet”, mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit Europarl.


10.1. Elezzjoni ta' Viċi President tal-Parlament Ewropew (votazzjoni)

Il-President iddikjara li kien irċieva l-kandidatura ta' Heidi Hautala.

Billi Heidi Hautala kienet l-unika kandidata, Il-President ippropona lill-Assemblea li tipproċedi bl-elezzjoni b'akklamazzjoni, skont l-Artikolu 15(1) tar-Regoli ta' Proċedura.

Il-President ipproklama lil Heidi Hautala Viċi President tal-Parlament Ewropew u ferħilha għall-elezzjoni tagħha.

Bi qbil mal-Artikolu 20(1) tar-Regoli ta' Proċedura, hija ħadet, fl-ordni ta' preċedenza, il-kariga tal-predeċessur tagħha Ulrike Lunacek.

Intervent

Knut Fleckenstein dwar l-elezzjoni ta' viċi presidenti uxxenti oħrajn.

PRESIDENZA: Pavel TELIČKA
Viċi President


10.2. Implimentazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (l-"ELD") [2016/2251(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Laura Ferrara (A8-0297/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2017)0414)


10.3. Qafas għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni dwar it-titolizzazzjoni u li joħloq qafas Ewropew għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE, 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 [COM(2015)0472 - C8-0288/2015 - 2015/0226(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Paul Tang (A8-0387/2016)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

FTEHIM PROVVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2017)0415)


10.4. Rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti ta' investiment ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u għad-ditti ta' investiment [COM(2015)0473 - C8-0289/2015 - 2015/0225(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Othmar Karas (A8-0388/2016)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

FTEHIM PROVVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2017)0416)


10.5. Ir-rispett għall-ħajja privata u l-protezzjoni ta' data personali f'komunikazzjoni elettronika u t-tħassir tad-Direttiva 2002/58/KE (Regolament dwar il-Privatezza u l-Komunikazzjoni Elettronika)

Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rispett għall-ħajja privata u l-protezzjoni ta’ data personali f’komunikazzjoni elettronika u li jħassar id-Direttiva 2002/58/KE (Regolament dwar il-Privatezza u l-Komunikazzjoni Elettronika) (COM(2017)0010 – C8- 0009/2017 – 2017/0003(COD)). Rapporteure: Marju Lauristin (A8-0324/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)

DEĊIŻJONI GĦAL DĦUL F'NEGOZJATI INTERISTITUZZJONALI

Approvazzjoni

Interventi

Qabel il-votazzjoni, Birgit Sippel u wara l-votazzjoni, Marju Lauristin (rapporteur) u Petri Sarvamaa.


10.6. Il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-UE (votazzjoni)

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni B8-0576/2017, B8-0577/2017, B8-0578/2017, B8-0579/2017, B8-0580/2017, B8-0581/2017 u B8-0582/2017 (2017/2897(RSP))

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA RC-B8-0576/2017

(flok B8-0576/2017, B8-0577/2017, B8-0578/2017, B8-0579/2017, B8-0580/2017 u B8-0582/2017):

imressqa mill-Membri li ġejjin:

—   Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, f'isem il-Grupp PPE;

—   Gianni Pittella, Costas Mavrides, Evelyn Regner, Nicola Caputo, Karoline Graswander-Hainz, Nicola Danti, Simona Bonafè, Clara Eugenia Aguilera García, Elena Valenciano, Brando Benifei, Soledad Cabezón Ruiz, Cécile Kashetu Kyenge, Claudia Țapardel, Sergio Gutiérrez Prieto, Inés Ayala Sender, Iratxe García Pérez, Maria Arena, Hugues Bayet, Vilija Blinkevičiūtė, Biljana Borzan, Udo Bullmann, Nessa Childers, Mady Delvaux, Mary Honeyball, Edouard Martin, Julie Ward, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Maria Noichl, Tonino Picula, Dietmar Köster, f'isem il-Grupp S&D;

—   Arne Gericke, f'isem il-Grupp ECR;

—   Martina Dlabajová, Hilde Vautmans, Ivo Vajgl, Renate Weber, Ivan Jakovčić, Fredrick Federley, Frédérique Ries, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Nils Torvalds, Yana Toom, Kaja Kallas, Ulrike Müller, Gerben-Jan Gerbrandy, Matthijs van Miltenburg, Cecilia Wikström, Johannes Cornelis van Baalen, Jan Huitema, Louis Michel, Dita Charanzová, Beatriz Becerra Basterrechea, Catherine Bearder, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar, Izaskun Bilbao Barandica, Filiz Hyusmenova, f'isem il-Grupp ALDE;

—   Malin Björk, Ángela Vallina, Paloma López Bermejo, Stefan Eck, Sabine Lösing, Kateřina Konečná, Jiří Maštálka, Nikolaos Chountis, Marie-Pierre Vieu, Marie-Christine Vergiat, Tania González Peñas, Merja Kyllönen, Miguel Urbán Crespo, Josu Juaristi Abaunz, Curzio Maltese, Marina Albiol Guzmán, Eleonora Forenza, Patrick Le Hyaric, Dimitrios Papadimoulis, Kostadinka Kuneva, Martina Anderson, Matt Carthy, Lynn Boylan, Liadh Ní Riada, Maria Lidia Senra Rodríguez, Javier Couso Permuy, Stelios Kouloglou, Xabier Benito Ziluaga, Estefanía Torres Martínez, f'isem il-Grupp GUE/NGL;

—   Ska Keller, Ulrike Lunacek, Philippe Lamberts, Max Andersson, Jan Philipp Albrecht, Bodil Valero, Karima Delli, Pascal Durand, Michael Cramer, Josep-Maria Terricabras, Alyn Smith, Julia Reda, Jordi Solé, Klaus Buchner, Marco Affronte, Florent Marcellesi, Linnéa Engström, Judith Sargentini, Helga Trüpel, Jill Evans, Igor Šoltes, Ernest Urtasun, Terry Reintke, Monika Vana, Molly Scott Cato, Bart Staes, Benedek Jávor, Bronis Ropė, Margrete Auken, Rebecca Harms, Heidi Hautala, Ian Hudghton, Yannick Jadot, Eva Joly, Tamás Meszerics, Michel Reimon, Michèle Rivasi, Indrek Tarand, Claude Turmes, f'isem il-Grupp Verts/ALE;

—   Daniela Aiuto, Isabella Adinolfi, f'isem il-Grupp EFDD.

Adozzjoni (P8_TA(2017)0417)

(Il-mozzjoni għal riżoluzzjoni B8-0581/2017 iddekadiet.)


10.7. Il-politiki ekonomiċi taż-żona tal-euro (votazzjoni)

Rapport dwar il-politiki ekonomiċi taż-żona tal-euro [2017/2114(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Gunnar Hökmark (A8-0310/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI ALTERNATTIVA (imressqa mill-Grupp ENF)

Rifjut

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI ALTERNATTIVA (imressqa mill-Grupp EFDD)

Rifjut

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI (Kumitat ECON)

Adozzjoni (P8_TA(2017)0418)


10.8. Il-mandat ta' negozjar għal negozjati kummerċjali mal-Awstralja (votazzjoni)

Rapport dwar ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill dwar il-proposta għal mandat ta' negozjar għal negozjati kummerċjali mal-Awstralja [2017/2192(INI)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Daniel Caspary (A8-0311/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2017)0419)


10.9. Il-mandat ta' negozjar għal negozjati kummerċjali ma' New Zealand (votazzjoni)

Rapport dwar rakkomandazzjoni lill-Kunsill dwar il-proposta għal mandat ta' negozjar għal negozjati kummerċjali ma' New Zealand [2017/2193(INI)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Daniel Caspary (A8-0312/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2017)0420)


10.10. Monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE fl-2015 (votazzjoni)

Rapport dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE fl-2015 [2017/2011(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Kostas Chrysogonos (A8-0265/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2017)0421)


11. Spjegazzjonijiet tal-vot

Spjegazzjonijiet tal-vot bil-miktub:

L-ispjegazzjonijiet tal-vot li tressqu bil-miktub, bi qbil mal-Artikolu 183 tar-Regoli ta' Proċedura, jidhru fil-paġni tal-Membri fis-sit tal-Parlament.

Spjegazzjonijiet tal-vot orali:


Rapport Paul Tang - A8-0387/2016
Andrejs Mamikins

Il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-UE - (2017/2897(RSP)) -RC-B8-0576/2017
Urszula Krupa, Anna Záborská u Marek Jurek

Rapport Gunnar Hökmark - A8-0310/2017
Andrejs Mamikins u Angel Dzhambazki

Rapport Daniel Caspary - A8-0311/2017
Jasenko Selimovic, Seán Kelly u Angel Dzhambazki

Rapport Daniel Caspary - A8-0312/2017
Jasenko Selimovic u Angel Dzhambazki

Rapport Kostas Chrysogonos - A8-0265/2017
Andrejs Mamikins


12. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot

Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jidhru fuq is-sit Europarl, "Plenarja", "Votazzjonijiet", "Riżultati tal-Votazzjonijiet" (Riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet) u fil-verżjoni stampata tal-anness "Riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet".

Il-verżjoni elettronika fuq is-sit Europarl tiġi aġġornata regolarment tul perjodu ta' mhux aktar minn ġimagħtejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.

Wara li jgħaddi dan il-perjodu, il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali.

Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 12.55.


PRESIDENZA: Evelyne GEBHARDT
Viċi President

13. Tkomplija tas-seduta

Is-seduta tkompliet fis 15.00.


14. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti

Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.


15. Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari

Il-President ħabbret, skont l-Artikolu 64(1) tar-Regoli ta' Proċedura, li rċeviet mingħand il-Kunsill il-pożizzjoni li ġejja, flimkien mar-raġunijiet li wasslu lill-Kunsill biex jadottaha, kif ukoll il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar:

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġestjoni sostenibbli ta’ flotot tas-sajd esterni, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 (11382/2/2017 - C8-0358/2017 – 2015/0289(COD) - (COM(2017)0633))

irriferut lill-kumitat responsabbli: PECH

Il-perjodu ta' tliet xhur għad-dispożizzjoni tal-Parlament sabiex jadotta l-pożizzjoni tiegħu jiddekorri għalhekk minn għada, 27 ta' Ottubru 2017.


16. Interpellanzi maġġuri (dibattitu)

Interpellanzi maġġuri għal tweġiba bil-miktub b’dibattitu

Sforzi koordinati fil-livell tal-UE biex tiżdied il-kopertura tat-tilqim

Interpellanza maġġuri għal tweġiba bil-miktub b'dibattitu (O-000074/2017 ta' Piernicola Pedicini, Laura Agea, Rosa D'Amato, Tiziana Beghin, Marco Valli, Marco Zullo, Fabio Massimo Castaldo, Ignazio Corrao, Laura Ferrara, Eleonora Evi, Isabella Adinolfi u Joëlle Bergeron f'isem il-Grupp EFDD, lill-Kummissjoni: Interpellanza maġġuri - Sforzi kkoordinati fil-livell tal-UE biex tiżdied il-kopertura tat-tilqim (2017/2867(RSP)) (B8-0603/2017)

Piernicola Pedicini daħal aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.

Vytenis Povilas Andriukaitis (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb il-mistoqsija.

Interventi ta': Seán Kelly f'isem il-Grupp PPE, Andrea Cozzolino f'isem il-Grupp S&D, Urszula Krupa f'isem il-Grupp ECR, Ivan Jakovčić f'isem il-Grupp ALDE, Joëlle Mélin f'isem il-Grupp ENF, Anna Záborská, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Piernicola Pedicini, Angel Dzhambazki u Jozo Radoš.

Intervent ta': Vytenis Povilas Andriukaitis.

Id-dibattitu ngħalaq.


17. Deċiżjonijiet dwar ċerti dokumenti

Deċiżjoni biex jiġu ppreparati rapporti ta' inizjattiva (Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura)
(B'segwitu għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tad-data 19 ta' Ottubru 2017)

Kumitat CONT

- Rapport Annwali 2016 dwar il-Protezzjoni tal-Interessi Finanzjarji tal-UE - Il-ġlieda kontra l-frodi (2017/2216(INI))

Kumitat CULT

- Il-Modernizzazzjoni tal-Edukazzjoni fl-UE (COM(2017)0247 - 2017/2224(INI))
(opinjoni: FEMM, EMPL (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura))

Kumitat ECON

- Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2018 (2017/2226(INI))
(opinjoni: FEMM, ENVI, REGI, BUDG (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura))

Kumitat REGI

- L-impatt tal-politika ta' koeżjoni tal-UE fuq l-Irlanda ta' Fuq (2017/2225(INI))
(opinjoni: CONT)

Kumitati assoċjati (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

(B'segwitu għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tad-19 ta' Ottubru 2017)

Kumitat ECON

- Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2018 (2017/2226(INI))
(opinjoni: FEMM, ENVI, REGI, BUDG (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura))

Kumitat CULT

- Il-Modernizzazzjoni tal-Edukazzjoni fl-UE (COM(2017)0247 - 2017/2224(INI))
(opinjoni: FEMM, EMPL (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura))

Deċiżjoni biex jiġu ppreparati rapporti ta' inizjattiva (Artikolu 216(8) tar-Regoli ta' Proċedura)

Kumitat PETI

- Rapport dwar id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, l-Artikolu 216(7), matul is-sena 2016 (2017/2222(INI))

Riferiment lil kumitati

Kumitat FEMM

- Is-sitwazzjoni fl-Ungerija (wara r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Mejju 2017) (2017/2131(INL))
irriferut lill-kumitat responsabbli: LIBE
opinjoni: FEMM, AFCO, CULT

Kumitat IMCO

- Id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (riformulazzjoni) (COM(2017)0548 - C8-0324/2017 - 2017/0237(COD))
irriferut lill-kumitat responsabbli: TRAN
opinjoni: IMCO, JURI (Artikolu 104 tar-Regoli ta' Proċedura)


18. Trażmissjoni tat-testi adottati waqt is-seduta li għaddejja

Il-Minuti ta' din is-seduta se jiġu ppreżentati lill-Parlament għall-approvazzjoni tiegħu fil-bidu tas-seduta li jmiss, bi qbil mal-Artikolu 192(2) tar-Regoli ta' Proċedura.

Bil-qbil tal-Parlament, it-testi li jiġu adottati se jintbagħtu minnufih lid-destinatarji msemmija fihom.


19. Kalendarju tas-seduti li jmiss

Is-seduti li jmiss se jsiru mid-data 13 ta' Novembru 2017 sad-data 16 ta' Novembru 2017.


20. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 15.44.


21. Interruzzjoni tas-sessjoni

Is-sessjoni tal-Parlament Ewropew ġiet interrotta.

Klaus Welle

Antonio Tajani

Segretarju Ġenerali

President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Preżenti:

Adaktusson, Ademov, Adinolfi, Affronte, Agnew, Aguilera García, Aiuto, Aker, Albiol Guzmán, Albrecht, Ali, Anderson Lucy, Andersson, Andrieu, Andrikienė, Annemans, Arena, Arimont, Arnautu, Arnott, Ashworth, Assis, Auken, Ayala Sender, Ayuso, Bach, Balas, Balčytis, Balczó, Balz, Batten, Bay, Bayet, Bearder, Becerra Basterrechea, Becker, Belet, Bendtsen, Benifei, Benito Ziluaga, Beňová, Berès, Bergeron, Bettini, Bilbao Barandica, Bilde, Bizzotto, Björk, Blanco López, Blinkevičiūtė, Bocskor, Böge, Bogovič, Bonafè, Boni, Borghezio, Borrelli, Borzan, Boştinaru, Bové, Boylan, Brannen, Bresso, Briano, Briois, Brok, Buchner, Buda, Bullmann, Bullock, Buzek, Cabezón Ruiz, Cadec, Calvet Chambon, van de Camp, Campbell Bannerman, Caputo, Carthy, Carver, Caspary, Castaldo, Cavada, Charanzová, Chauprade, Childers, Chinnici, Chountis, Christoforou, Chrysogonos, Cicu, Cirio, Clune, Coburn, Coelho, Cofferati, Collin-Langen, Collins, Comi, Corbett, Cornillet, Corrao, Costa, Couso Permuy, Cozzolino, Cramer, Cristea, Csáky, Czarnecki, Czesak, van Dalen, Dalli, Dalton, Dalunde, Dance, Dăncilă, Danjean, Danti, Dantin, Dati, De Castro, Delahaye, Deli, Delli, Delvaux, Demesmaeker, De Monte, Denanot, Deprez, Deß, Díaz de Mera García Consuegra, Dlabajová, Dohrmann, Dorfmann, D'Ornano, Durand, Dzhambazki, Eck, Ehler, Eickhout, Elissen, Engel, Engström, Epitideios, Erdős, Ernst, Ertug, Estaràs Ferragut, Etheridge, Evans, Evi, Fajon, Federley, Ferber, Fernandes, Fernández, Ferrand, Ferrara, Finch, Fisas Ayxelà, Fjellner, Flack, Flanagan, Fleckenstein, Florenz, Fontana, Forenza, Foster, Fotyga, Fountoulis, Fox, Freund, Frunzulică, Gahler, Gambús, García Pérez, Gardini, Gasbarra, Gebhardt, Geier, Gentile, Gerbrandy, Gericke, Geringer de Oedenberg, Gierek, Gieseke, Gill Neena, Gill Nathan, Girling, Giuffrida, Goddyn, Goerens, Gollnisch, Gomes, González Peñas, González Pons, Gosiewska, de Grandes Pascual, Grapini, Gräßle, Graswander-Hainz, Griesbeck, Griffin, Grigule-Pēterse, Grossetête, Grzyb, Gualtieri, Guerrero Salom, Guillaume, Guteland, Gutiérrez Prieto, Gyürk, Hadjigeorgiou, Halla-aho, Harkin, Harms, Hautala, Hayes, Hazekamp, Hedh, Henkel, Herranz García, Hetman, Hoc, Hohlmeier, Hökmark, Hölvényi, Honeyball, Hookem, Hortefeux, Howarth, Hudghton, Huitema, Hyusmenova, in 't Veld, Iturgaiz, Ivan, Iwaszkiewicz, Jaakonsaari, Jäätteenmäki, Jadot, Jahr, Jakovčić, Jalkh, James, Jamet, Járóka, Jáuregui Atondo, Jávor, Jazłowiecka, Ježek, Jiménez-Becerril Barrio, Joly, de Jong, Jongerius, Joulaud, Juaristi Abaunz, Jurek, Juvin, Kadenbach, Kaili, Kalinowski, Kallas, Kalniete, Kammerevert, Kappel, Karas, Kari, Kariņš, Karlsson, Karski, Kaufmann, Kefalogiannis, Kelam, Keller Jan, Keller Ska, Kelly, Khan, Kirton-Darling, Kłosowski, Koch, Kofod, Kohlíček, Kohn, Kölmel, Konečná, Korwin-Mikke, Kósa, Köster, Kouloglou, Kouroumbashev, Kovatchev, Kozłowska-Rajewicz, Krasnodębski, Krehl, Krupa, Kudrycka, Kuhn, Kumpula-Natri, Kuneva, Kuźmiuk, Kyenge, Kyllönen, Kyrkos, Kyrtsos, Kyuchyuk, Lalonde, Lamassoure, Lambert, Lange, de Lange, Langen, Lauristin, Lavrilleux, Lebreton, Lechevalier, Le Hyaric, Leinen, Lenaers, Lewandowski, Liese, Lietz, Lochbihler, Loiseau, Løkkegaard, Loones, Lope Fontagné, López, López Bermejo, López-Istúriz White, Lösing, Lucke, Ludvigsson, Łukacijewska, Lundgren, Łybacka, McAllister, McAvan, McGuinness, McIntyre, Macovei, Maletić, Malinov, Mamikins, Mănescu, Maňka, Mann, Marcellesi, Marias, Marinescu, Marinho e Pinto, Martin David, Martin Dominique, Martin Edouard, Marusik, Maštálka, Matera, Mato, Matthews, Maurel, Mavrides, Mayer Georg, Mayer Alex, Mazuronis, Meissner, Mélin, Melior, Melo, Meszerics, Metsola, Michel, Michels, Mihaylova, Mikolášik, Millán Mon, van Miltenburg, Mizzi, Mlinar, Mobarik, Moi, Moisă, Molnár, Monot, Monteiro de Aguiar, Montel, Moody, Moraes, Morano, Morgano, Morin-Chartier, Morvai, Mosca, Müller, Nagy, Nekov, Neuser, Nica, Nicholson, Nicolai, Niebler, Niedermayer, Niedermüller, Nilsson, Ní Riada, van Nistelrooij, Noichl, Novakov, Obermayr, O'Flynn, Olbrycht, Ożóg, Pabriks, Paet, Pagazaurtundúa Ruiz, Paksas, Palmer, Panzeri, Paolucci, Papadakis Demetris, Papadakis Konstantinos, Papadimoulis, Pargneaux, Parker, Paşcu, Pavel, Payne, Pedicini, Peillon, Peterle, Petersen, Petir, Philippot, Picierno, Picula, Piecha, Pieper, Pimenta Lopes, Piri, Pirinski, Pitera, Plura, Poc, Polčák, Popa, Poręba, Post, Preda, Preuß, Procter, Proust, Quisthoudt-Rowohl, Radev, Radoš, Radtke, Rangel, Rebega, Reda, Reding, Regner, Reid, Reimon, Reintke, Revault d'Allonnes Bonnefoy, Ribeiro, Ries, Riquet, Rochefort, Rodrigues Liliana, Rodríguez-Piñero Fernández, Rodust, Rolin, Ropė, Rosati, Ruas, Rübig, Ruohonen-Lerner, Saïfi, Sakorafa, Salafranca Sánchez-Neyra, Salini, Salvini, Sander, Sant, dos Santos, Sârbu, Sargentini, Sarvamaa, Saryusz-Wolski, Sassoli, Saudargas, Schaffhauser, Schaldemose, Schlein, Schmidt, Schöpflin, Schreijer-Pierik, Schulze, Schwab, Scott Cato, Sehnalová, Selimovic, Senra Rodríguez, Sernagiotto, Siekierski, Silva Pereira, Simon Siôn, Sippel, Škripek, Škrlec, Sógor, Šojdrová, Solé, Šoltes, Sommer, Sonneborn, Spinelli, Staes, Starbatty, Štefanec, Steinruck, Štětina, Stevens, Stolojan, Stuger, Šuica, Sulík, Šulin, Svoboda, Swinburne, Sylikiotis, Synadinos, Szájer, Szanyi, Szejnfeld, Tajani, Takkula, Tănăsescu, Tang, Tannock, Țapardel, Tarabella, Tarand, Taylor, Telička, Terricabras, Thomas, Thun und Hohenstein, Toia, Tőkés, Tolić, Tomaševski, Tomašić, Tomc, Toom, Torres Martínez, Tošenovský, Troszczynski, Ţurcanu, Turmes, Ujazdowski, Ujhelyi, Ulvskog, Ungureanu, Urbán Crespo, Urtasun, Urutchev, Vaidere, Vajgl, Valcárcel Siso, Valenciano, Valero, Valli, Vallina, Vana, Van Brempt, Vandenkendelaere, Van Orden, Vaughan, Vautmans, Väyrynen, Vergiat, Verheyen, Viegas, Vieu, Vilimsky, Viotti, Virkkunen, Vistisen, Voigt, Voss, Vozemberg-Vrionidi, Wałęsa, Ward, Weber Renate, Weidenholzer, von Weizsäcker, Wenta, Wieland, Wierinck, Wikström, Winberg, Winkler Hermann, Winkler Iuliu, Wiśniewska, Wölken, Woolfe, Záborská, Zahradil, Zammit Dimech, Zanni, Zanonato, Zarianopoulos, Ždanoka, Zdechovský, Zdrojewski, Zeller, Zemke, Zijlstra, Žitňanská, Złotowski, Zoffoli, Zorrinho, Zovko, Zver, Zwiefka

Skużati:

Boutonnet, Cesa, Crowley, Händel, Hübner, Le Pen, Matias, Maydell, Punset, Seymour, Tamburrano, Żółtek

Avviż legali - Politika tal-privatezza