L-awtoritajiet kompetenti tan-Netherlands għarrfu li Cora van Nieuwenhuizen inħatret membru tal-Gvern b'seħħ mis-26 ta' Ottubru 2017.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Estonja għarrfu tmiem il-mandat ta' Marju Lauristin b'seħħ mis-6 ta' Novembru 2017 b'segwitu tal-elezzjoni tagħha fil-kunsill muniċipali ta' Tartu (Estonja).
Elisabeth Köstinger ġiet eletta deputata fil-parlament nazzjonali Awstrijak b'seħħ mid-9 ta' Novembru 2017.
Il-Parlament ħa nota li, bi qbil mal-Artikolu 7(1), (2) u (3) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, dawn il-funzjonijiet mhumiex kompatibbli ma' dawk ta' Membru tal-Parlament Ewropew u jistabbilixxi l-postijiet vakanti tagħhom b'seħħ mis-26 ta' Ottubru, mis-6 u mid-9 ta' Novembru 2017, rispettivament, u jinforma lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti b’dan.
° ° ° °
Jutta Steinruck ippreżentat ir-riżenja tagħha bħala Membru tal-Parlament Ewropew b'seħħ mill-1 ta' Jannar 2018.
Bi qbil mal-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament jiddikjara l-post vakanti ta' Jutta Steinruck b'seħħ mill-1 ta' Jannar 2018, u jinforma lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti b’dan.
° ° ° °
L-awtoritajiet kompetenti tal-Estonja u tal-Awstrija għarrfu lill-Parlament Ewropew bl-elezzjoni ta' Ivari Padar u Thomas Waitz b'seħħ mis-6 ta' Novembru 2017 u mill-10 ta' Novembru 2017, biex jieħdu post Marju Lauristin u Ulrike Lunacek, rispettivament.
Il-Parlament ħa nota tal-eleazzjoni tagħhom.
Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħhom jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Ivari Padar u Thomas Waitz jieħdu posthom fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdu mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikunu għamlu d-dikjarazzjoni li huma ma għandhom ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.