Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 13 ta' Novembru 2017 - Strasburgu

11. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni

- Proposta emendata għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ online u mill-bogħod ta’ oġġetti, li temenda r-Regolament (KE) Nru2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2017)0637 - C8-0379/2017 - 2015/0288(COD))
F'konformità mal-Artikolu 137(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

IMCO

opinjoni :

CULT, JURI

2) mill-kumitati parlamentari :

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika integrata tal-azjendi agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1166/2008 u (UE) Nru 1337/2011 (COM(2016)0786 - C8-0514/2016 - 2016/0389(COD)) - Kumitat AGRI - Rapporteur: Viorica Dăncilă (A8-0300/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-istrumenti ta' dejn mhux garantiti fil-ġerarkija tal-insolvenza (COM(2016)0853 - C8-0479/2016 - 2016/0363(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Gunnar Hökmark (A8-0302/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Korp tar-Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjoni Elettronika (COM(2016)0591 - C8-0382/2016 - 2016/0286(COD)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Evžen Tošenovský (A8-0305/2017)

- * Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE u d-Direttiva 2009/132/KE fir-rigward ta' ċerti obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-provvisti ta' servizzi u għall-bejgħ mill-bogħod ta' prodotti (COM(2016)0757 - C8-0004/2017 - 2016/0370(CNS)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Cătălin Sorin Ivan (A8-0307/2017)

- Rapport dwar rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE dwar is-Sħubija tal-Lvant, fit-tħejjija għas-Summit ta' Novembru 2017 (2017/2130(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteurs: Laima Liucija Andrikienė, Knut Fleckenstein (A8-0308/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, mill-korpi, mill-uffiċċji u mill-aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu tat-tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (COM(2017)0008 - C8-0008/2017 - 2017/0002(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Cornelia Ernst (A8-0313/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar servizzi ta' konsenja tal-pakketti transfruntiera (COM(2016)0285 - C8-0195/2016 - 2016/0149(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Lucy Anderson (A8-0315/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2016)0468 - C8-0325/2016 - 2016/0225(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Malin Björk (A8-0316/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (COM(2016)0128 - C8-0114/2016 - 2016/0070(COD)) - Kumitat EMPL - Rapporteurs: Elisabeth Morin-Chartier, Agnes Jongerius (A8-0319/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) (COM(2013)0535 - C7-0240/2013 - 2013/0256(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Axel Voss (A8-0320/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/59/KE dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta' prodotti jew passiġġieri u d-Direttiva 2006/126/KE dwar il-liċenzji tas-sewqan (COM(2017)0047 - C8-0025/2017 - 2017/0015(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Peter Lundgren (A8-0321/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399 u (UE) 2016/1624 (COM(2016)0731 - C8-0466/2016 - 2016/0357A(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Kinga Gál (A8-0322/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/794 bl-għan tal-istabbiliment ta' Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) (N8-0050/2017 - C8-0306/2017 - 2016/0357B(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Kinga Gál (A8-0323/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rispett għall-ħajja privata u l-protezzjoni ta' data personali f'komunikazzjoni elettronika u li jħassar id-Direttiva 2002/58/KE (Regolament dwar il-Privatezza u l-Komunikazzjoni Elettronika) (COM(2017)0010 - C8-0009/2017 - 2017/0003(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Marju Lauristin (A8-0324/2017)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Każakistan, min-naħa l-oħra (12409/2016 - C8-0469/2016 - 2016/0166(NLE)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Liisa Jaakonsaari (A8-0325/2017)

- Rapport dwar il-Pjan ta' Azzjoni dwar is-Servizzi Finanzjarji għall-Konsumatur: (2017/2066(INI)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Olle Ludvigsson (A8-0326/2017)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar ir-Relazzjonijiet u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u New Zealand, min-naħa l-oħra (15470/2016 - C8-0027/2017 - 2016/0366(NLE)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Charles Tannock (A8-0327/2017)

- Rapport dwar ir-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew fl-2016 (2017/2126(INI)) - Kumitat PETI - Rapporteur: Marlene Mizzi (A8-0328/2017)

- Rapport dwar l-użu ta' strumenti tal-politika ta' koeżjoni mir-reġjuni biex jiġi indirizzat it-tibdil demografiku (2016/2245(INI)) - Kumitat REGI - Rapporteur: Iratxe García Pérez (A8-0329/2017)

- Rapport dwar insalvaw il-ħajjiet: insaħħu s-sikurezza tal-karozzi fl-UE (2017/2085(INI)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Dieter-Lebrecht Koch (A8-0330/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dazji doganali addizzjonali fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka (kodifikazzjoni) (COM(2017)0361 - C8-0226/2017 - 2014/0175(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Jiří Maštálka (A8-0331/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/40/UE fir-rigward tal-perjodu għall-adozzjoni ta' atti delegati (COM(2017)0136 - C8-0116/2017 - 2017/0060(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Gesine Meissner (A8-0332/2017)

- Rapport li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar ir-Relazzjonijiet u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u New Zealand, min-naħa l-oħra (2017/2050(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Charles Tannock (A8-0333/2017)

- Rapport dwar l-Istrateġija UE-Afrika: spinta għall-iżvilupp (2017/2083(INI)) - Kumitat DEVE - Rapporteur: Maurice Ponga (A8-0334/2017)

- Rapport li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, ta' Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Każakistan, min-naħa l-oħra (2017/2035(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Liisa Jaakonsaari (A8-0335/2017)

- * Rapport dwar il-ħatra proposta ta' Karel Pinxten bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (10606/2017 - C8-0328/2017 - 2017/0812(NLE)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Indrek Tarand (A8-0336/2017)

- * Rapport dwar il-ħatra proposta ta' Pietro Russo bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (11872/2017 - C8-0329/2017 - 2017/0813(NLE)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Indrek Tarand (A8-0337/2017)

- * Rapport dwar il-ħatra proposta ta' Hannu Takkula bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (12248/2017 - C8-0330/2017 - 2017/0814(NLE)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Indrek Tarand (A8-0338/2017)

- Rapport dwar il-ġlieda kontra l-inugwaljanzi bħala xprun biex tingħata spinta lit-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi (2016/2269(INI)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Javi López (A8-0340/2017)

- * Rapport dwar in-nomina ta' Bettina Jakobsen bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (10762/2017 - C8-0332/2017 - 2017/0816(NLE)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Indrek Tarand (A8-0341/2017)

- * Rapport dwar il-ħatra proposta ta' Baudilio Tomé Muguruza bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (11345/2017 - C8-0331/2017 - 2017/0815(NLE)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Indrek Tarand (A8-0342/2017)

- * Rapport dwar il-ħatra proposta ta' João Alexandre Tavares Gonçalves de Figueiredo bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (11871/2017 - C8-0333/2017 - 2017/0817(NLE)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Indrek Tarand (A8-0343/2017)

- * Rapport dwar il-ħatra proposta ta' Iliana Ivanova bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (12247/2017 - C8-0334/2017 - 2017/0818(NLE)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Indrek Tarand (A8-0344/2017)

- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni ppreżentata mill-Italja – EGF/2017/004 IT/Almaviva) (COM(2017)0496 - C8-0322/2017 - 2017/2200(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Daniele Viotti (A8-0346/2017)

Avviż legali - Politika tal-privatezza