L-abbozz definittiv tal-aġenda tas-seduti plenarji ta' Novembru I 2017 (PE 613.258/PDOJ) tqassam u fir-rigward tiegħu ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 149a tar-Regoli ta' Proċedura):
It-Tnejn Talba tal-grupp ENF biex jiġu miżjuda bħala l-ewwel punt ta' wara nofsinhar dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar it-“Terremot fl-Iran u fl-Iraq”.
Intervent ta': Franz Obermayr, f'isem il-Grupp ENF, biex titressaq it-talba.
Il-Parlament irrifjuta t-talba.
Talba tal-grupp ENF biex jiddaħħlu bħala t-tieni punt ta' wara nofsinhar dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-“Dimostrazzjonijiet tat-Tnejn l-iswed fl-Afrika t'Isfel”.
Intervent ta': Janice Atkinson, f'isem il-Grupp ENF, biex titressaq it-talba.
Il-Parlament irrifjuta t-talba.
It-Tlieta
Talba tal-grupp EFDD biex jiġu miżjuda bħala t-tieni punt fl-aġenda għat-Tlieta filgħodu dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar is-“Sitwazzjoni fil-Katalunja”. Konsegwentement id-dibattitu dwar ir-rapport dwar il-“Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi” Rapport Olga Sehnalová - A8-0077/2017 (punt 15 tal-PDOJ) jitressaq għal wara nofsinhar, b'votazzjoni l-Erbgħa.
Interventi ta': James Carver f'isem il-Grupp EFDD, biex titressaq it-talba, u Esteban González Pons f'isem il-Grupp PPE, kontra din it-talba.
Talba tal-grupp Verts/ALEbiex jiddaħħlu fl-aġenda għat-Tlieta wara nofsinhar dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar “Il-pilastru soċjali”. Id-dibattitu jingħalaq bit-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni.
Interventi ta': Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, biex titressaq it-talba, Maria João Rodrigues f'isem il-Grupp S&D, kontra din it-talba u biex tipproponi li d-dibattitu jseħħ f'Diċembru u Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, biex jikkonferma l-proposta inizzjali tiegħu.
Talba tal-grupp EFDD biex tiġi miżjuda bħala r-raba' punt fl-aġenda għat-Tlieta wara nofsinhar dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar iċ-“Ċaħda ta' aċċess għall-qrati tad-drittijiet tal-bniedem għall-impjegati ta' organizzazzjonijiet internazzjonali”, id-dibattitu jingħalaq bit-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni.
Intervent ta': Gerard Batten f'isem il-Grupp EFDD, biex titressaq it-talba.